Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 29 gowls l-Gatorade Futsal League Logħba oħra ferm eċitanti kienet dik bejn Mriehel ESS u Qormi. Mriehel ESS fetħu l-iskor wara għaxar minuti logħob permezz ta' Julian Rodriguez. Minuta mit-tmiem tal-ewwel taqsima Adrian Fenech għamilhom 1-1. Jekk l-ewwel taqsima kienet nieqsa xi ftit mill-azzjonijiet, it-tieni taqsima offriet diversi gowls fuq kull naħa u kellna r-rebħa Qormija bl-iskor ta' 7-6. Għal Mriehel ESS skurjaw ukoll Ayoub Ahmed, Fabio Grech, Ahmed Abu Naama u darbtejn Emmanuel Muscat. Għal Qormi reġa' skurja Adrian Fenech, Antoine Galea, Luca Mallia, doppjetta għal George Chircop u l-gowl aħħari f 'inqas minn sekonda mit-tmiem ta' Miguel Alcaraz. It-Tielet Ġurnata It-Tielet Ġurnata tal-Kampjonat bdiet bi Msida jegħlbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta' 7-5. Huma kienu dominanti fl-ewwel taqsima hekk kif sabu x-xibka permezz tad-doppjetti ta' Liam Cachia u George Frendo. Vince Camilleri naqqas id-distakk għal Tarxien JMI, erba' minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima. Msida komplew ikabbru l-vantaġġ b'gowl ieħor għal George Frendo u Liam Cachia, flimkien mal-gowl ta' Armando Gjepali. Għall-Misidjani tkeċċa l-goalkeeper tagħhom Gallen Mifsud u Tarxien JMI skurjaw erba' gowls oħra permezz ta' Preston Ellul, Mark Micallef u doppjetta għal Silvio Saliba. Safi San Lorenzo jibqgħu bla rebħ, hekk kif ġew megħluba minn Swieqi bl-iskor ta' 7-1. Għal Swieqi skurjaw darbtejn il-Bulgari Dimitar Petev u Boicho Marev, flimkien mal- gowls ta' Andre Ciancio, Christian Wismayer u Redeemer Borg. Il-gowl ta' konsolazzjoni għal Safi San Lorenzo wasal mingħamd Clive Calleja. Qrendi ħarġu rebbieħa fuq it-tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi bl-iskor ta' 10-4. Għal Qrendi kellna erba' gowls kull wieħed għal Alan Spiteri u Craig Pickard u doppjetta għal Bertram Azzopardi. Swieqi U21 irrispondew Nikolai Dimech, Karl Sciortino, Dylan Pace u Dale Vella. Intant, il-logħba bejn it-tim tal- Università u Zurrieq Wolves, ġiet abbandunata meta fit-tieni taqsima beda dieħel ammont kbir ta' ilma tax-xita mis-saqaf tal-padiljun. Sa dak il-ħin l-iskor kien qed jara lill-Universitarji minn fuq bl-iskor ta' 4-0. L-għada, il-Futsal Malta Association ikkomunikat mill-ewwel mal-Assoċjazzjoni Sport Hibernians, b'dawn tal-aħħar għamlu t-tiswijiet meħtieġa u b'hekk setgħu jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet għal din il- ġimgħa. Luxol għelbu lill-Msida bl-iskor ta' 7-2, b'doppjetti ta' Glenn Bonello u Carl Azzopardi, flimkien mal-gowls ta' Frane Despotovic, Andy Mangion u Celino Alves. Floren Manea skurja ż-żewġ gowls ta' Msida. Fl-aħħarnett, Swieqi għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 8-2. Spikka l-Bulgaru Boicho Marev li skurja erba' gowls, flimkien mal-gowls ta' Kurt Bartolo, Christian Wismayer, Fredrik Johansson u Redeemer Borg. Iż-żewġ gowls ta' Qormi waslu mingħand Antoine Galea u Miguel Alcaraz. Ir-Raba' Ġurnata Fir-raba' ġurnata tal-Kampjonat, Luxol u Valletta komplew juru bis- saħħa li se jkunu huma li jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat. Dan hekk kif dawn iż-żewġ timijiet qed juru logħob sabiħ, b'ħafna gowls li qajla qed jagħtu ċans lill-avversarji tagħhom li joffrulhom oppożizzjoni denja. Fil-jiem li għaddew, iċ-champions Valletta għelbu lill-Imsida bl-iskor ta' 11-2. Għal darb'oħra s-surmast fil-logħba kien il-Brażiljan ta' Valletta Raphael Felipe Ortiz de Oliveira, li l-wirja brillanti tiegħu, ssarfet f 'erba' gowls. Għall-Beltin, Jovica Milijic irnexxielu wkoll jagħmel tripletta, flimkien mad-doppjetta ta' Denis di Maio, gowl ta' Dyla Musu u awtogowl. Il-gowls ta' konsolazzjoni Misidjani waslu mingħand Armando Gjepali u George Frendo. Luxol ukoll kellhom rebħa massiva ta' 22-0 fuq Qrendi. It-tim minn St. Andrew's iddomina b'Andy Mangion li skurja erba' gowls, tripletta ta' Mark Zammit, doppjetti għal Zvezdan Vukovic, Frane Despotovic, Carl Azzopardi, Nicola del Re, Glenn Bonello u Giancarlo Sammut flimkien mal-gowl ta' Emil Raducu. Qrendi komplew ikunu sfortunati li wettqu wkoll awtogowl. Intant waslet l-ewwel rebħa għal Safi San Lorenzo, hekk kif għelbu lill-ġirien tagħhom Zurrieq Wolves bl-iskor ta' 11-1. It-tim ta' Safi San Lorenzo lagħab il-logħba tal-pussess tal-ballun, bi Clive Calleja li kien ta' ispirazzjoni għal sħabu. Mexxa sew lit-tim kemm fid- difiża u kemm fl-attakk, b'mod speċjali minn fuq in-naħa leminija. Għal Safi San Lorenzo kellna lil Sean Vella li skurja erba' darbiet, Jonathan Bellizzi u Terrence Cachia skurjaw darbtejn u gowl kull wieħed għal Franklin Seisun, Desmond Kind u Wayne Hamer. It-tim tal-Università kellu rebħa tajba ta' 8-0 fuq it-tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi. L-Universitarji kellhom diġà vantaġġ ta' ħames gowls qabel il-mistrieħ. Il-plejer Serb Djordje Maksimovic u Jake Azzopardi serqu x-xena bi ġmiel ta' tliet gowls. Andrea Farrugia, Martin Caruana, Leo Muscat u awto-gowl ta' Luca Zarb issiġillaw din ir-rebħa għat-tim tal-Università. Marsaskala Construct Furniture wkoll kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom, meta għelbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta' 5-3. L-Iskalin ipproduċew logħob sabiħ u skurjaw fil-mumenti kruċjali tal-logħba.Tarxien kellhom isofru t-tielet telfa konsekuttiva, minkejja li ppruvaw minn kollox biex jieħdu mqar punt minn din il-logħba. Reuben Degabriele skorja darbtejn għal Marsascala, flimkien mal-gowls ta' Denzil Pisani, Franklin Abela u Ryan Mifsud. Għal Tarxien JMI kellna doppjetta ta' Silvio Saliba u gowl ta' Michele Bucciano. Il-Ħames Ġurnata Fil-ħames ġurnata tal-Kampjonat, it-timijiet tan-naħa ta' fuq tal- klassifika komplew jiskurjaw aktar gowls. Iċ-champions Valletta ġabu fix-xejn lil Qrendi meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 25-2. Luxol u Ħamrun Tre Angeli min-naħa l-oħra ma għadux lura wkoll milli jirbħu bi skor kbir, meta għelbu lit-tim tal- Università 14-1 u lil Zurrieq Wolves 19-0 rispettivament. Il-Brażiljan Raphael Felipe Ortiz de Oliveira reġa' kien eċċezjonali meta skurja waħdu 14-il gowl għal Valletta. Il-Beltin komplew din ix- xalata ta' gowls b'doppjetti ta' Jovica Milijic, Mohammed Elamari u Chris Cardona. Stefan Vella, Dylan Musu, Melvin Borg u Carlo Scicluna skurjaw ukoll gowl kull wieħed flimkien ma' awtogowl. Għal Qrendi skurjaw gowl kull wieħed Antonello Brincat u Alan Spiteri. Għal Luxol skurja erba' darbiet Celino Alves, tliet darbiet Mark Zammit, darbtejn Frane Despotovic u Andy Mangion u gowl kull wieħed għal Emil Andre Raducu u Giancarlo Sammut. L-Universitarji kienu sfortunati li wettqu awtogowl u skurjaw il-gowl ta' konsolazzjoni tagħhom permezz ta' Andrew Camilleri. Rebħa bla risposta għal Ħamrun Tre Angeli, bis-sitt gowls ta' Everton Veve, doppjetti ta' Daniele Degennaro, Luke Stivala u Jason Mifsud, gowl kull wieħed għal Matthew Mifsud, Daniel Mifsud, Cleaven Portelli, Florin Anton, Frank Paul Azzopardi, Peter Pullicino u awtogowl. Swieqi wkoll komplew b'aktar rebħiet meta għelbu lil Mriehel ESS bl-iskor ta' 6-3. Għal Swieqi, il-Bulgaru Boicho Marev reġa' kien il-protagonista b'doppjetta, flimkien mal-gowls ta' Christian Wismayer, Dimitar Petev, Redeemer Borg u Fredrik Johannson. Mrieħel ESS naqsu l-iskor b'doppjetta ta' Wisam El Zaredei u gowl ta' Emmanuel Muscat. Msida kellhom rebħa faċli ta' 10-2 fuq Marsascala Construct Furniture, b'George Frendo jiskurja sebgħa mill- għaxar gowls tat-tim tiegħu. Għall- Misidjani skurjaw ukoll Ricardo Ortega Toro u Armando Djepali. Il- gowls ta' konsolazzjoni għall-Iskalin waslu mingħand Franklin Abela u Reuben Degabriele. Doppjetta ta' George Chircop u gowl ta' George Falzon ssiġġillaw ir-rebħa ta' Qormi fuq Sliema. Sliema kellhom nieqes lil Nikolay Filipov u fl-ewwel taqsima kienu l-Qriema li marru fil-vantaġġ. Wara t-tieni gowl ta' Qormi, is-Slimiżi wettqu reazzjoni aggressiva u damu ħafna jżommu lill- Qriema milli jiskurjaw it-tielet gowl. Safi San Lorenzo kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi bl-iskor ta' 8-2. Għal Safi San Lorenzo skurjaw darbtejn Mauro D'Amato u Clive Calleja. Franklin Seisun u Terrence Cachia skurjaw ukoll gowl kull wieħed. Min-naħa l-oħra, Dale Vella u Lydon Baldacchino skurjaw għat- tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi. Raphinha -azzjoni kontra Qrendi