Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 8 Is-sena li kienet...is-sena MINN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Lulju F'Lulju, il-gazzetta ILLUM żvelat kif tal-gabbani f 'Bieb il-Belt irċevew ittra ta' żgombru mill-post, minħabba l-proġett tad-daħla tal-Belt. Minkejja l-inkwet tagħhom, il-gazzetta baqgħet tirraporta matul ix-xahar kif kienu għaddejjin negozjati mas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri għal soluzzjonijiet ġusti. L-ILLUM tiżvela kif fil- fatt kif kien deċiż li l-proġett il-ġdid se jinkorpora 10 gabbani. Matul Lulju irraportajna dwar żgombru ta' erba' ħwienet ukoll, din id-darba madwar il-Kon-Katidral minħabba proġett li se jsir hemm u rrapurtajna dwar kif rekwiżiti għal impjieg ta' leading electrician mal-Gozo Channel jinbidlu tliet darbiet biex l-impjieg jieħdu persuna 'ta' ġewwa'. Matul dan ix-xahar, trattajna l-ewtanasja skont stħarriġ mit- tobba Jurgen Abela u Pierre Mallia, il-liċenzji ta' karozzi antiki, il-koedukazzjoni u anke akkużi mill-Kunsillier Laburista tal-Qala Pawlu Buttigieg li kien hemm min prova jixtri s-silenzju tiegħu fil- kwistjoni tal-proġett ta' Ħondoq ir-Rummien. L-ILLUM trattat b'mod intensiv il-kolp ta' stat fit-Turkija u kellmet lil mara Torka li kienet f 'Istanbul meta seħħ il-ġlied, żvelajna dettalji dwar il-liċenzji l-ġodda tal-karozzini u trattajna temi soċjali bħad-dipressjoni. NEWSPAPER POST Nr 507 • 03 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mar-referì Ingliż Howard Webb Ara paġni 34 u 35 Tkompli fil-paġna ta' wara www.visitgozo.com MINISTRY FOR GOZO Iċ-Ċittadella Is-Sibt 9 ta' Lulju 2016 7:30pm - nofsilejl Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta' Facebook Cittadellagozo Cittadellagozo Tkompli f 'paġna 11 Tkompli f 'paġna 4 Tal-gabbani żgumbrati Deborah Schembri tmexxi negozjati wara li tal-gabbani ġew ordnati jiżgumbraw - Il-Pjazza tat-Tritoni se tingħata lura lin-nies Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa numru ta' sidien tal-11-il gabbana li hemm fid-daħla tal-Belt Valletta rċevew ittra mid- Dipartiment tal-Artijiet li fiha qed ikunu infurmati bi żgumbrament. Mill-ittra li rat din il-gazzetta jirriżulta li dawn is-sidien ġew infurmati li sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, jew ħmistax minn mindu rċevew l-ittra, kellhom jiżgumbraw mill-post hekk kif il-pjani u diskussjonijiet dwar il-proġett għall- 'Pjazza Tritoni' waslu fil-fażijiet finali. Din l-ordni tiġi wara xhur sħaħ ta' inċertezza, kemm dwar il-futur ta' dawn is-sidien kif ukoll dwar il-proġett innifsu. F'kummenti mal- ILLUM, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal- Artijiet Deborah Schembri żvelat kif kuntrarjament għall-pjani oriġinali, il-proġett tal-pjazza se jinkorpora fih 10 gabbani. Fid-dawl ta' dan, għaddejjin negozjati li Schembri ddeskreviethom bħala "mhux faċli" minħabba diversi fatturi, fosthom it-titli differenti tal-gabbani, li jfisser il-bżonn ta' ftehim differenti għal numru ta' sidien. Minkejja dan, qalet ukoll li tinsab kunfidenti li proposta li hi se tressaq din il-ġimgħa stess għandha twassal għal żblokk u għal laqgħat mas-sidien tal-gabbani fiż-żmien li ġej. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew li huwa fl-interess tal-awtoritajiet u tal- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li l-kwistjoni ma tittawalx iżżejjed u mingħajr bżonn, hekk kif il-proġett tal-pjazza għandu jkun finalizzat sal-2018. Pruvaw jixtruni bil-pulit Minn John Busuttil "KIENU anke jippruvaw jixtruni bil-pulit, fejn kien hemm min offrieli l-kuntratt kollu tax-xogħol tal- injam tal-proġett..kien hemm min anke offrieli impjieg bħala uffiċjal maċ-ċivil taħt Gvern Nazzjonalista." Dan huwa kliem il-viċi sindku tal-Qala Pawlu Buttigieg, wieħed mill- aktar nies li opponew l-iżvilupp fil-Bajja tal-Ħondoq, li din il- ġimgħa kien rifjutat. F'rapport li qed ikun ippubblikat fil-paġna ta' wara, Buttigieg jallega li taħt gvern preċedenti kien hemm min ipprova jixtri s-silenzju tiegħu b'wegħdi ta' impjiegi u kuntratti. Hu jgħid ukoll li l-Prim Minstru Joseph Muscat wegħdu l-appoġġ fil-kruċjata tiegħu kontra dan l-iżvilupp, "u baqa' jappoġġjani sal-lum." Din il-ġimgħa, wara 14-il sena ta' battalji u protesti minn Buttigieg u numru ta' għaqdiet ambjentali, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvutat b'mod unanimu kontra żvilupp ta' villaġġ turistiku u yacht marina f 'din il-bajja popolari Għawdxija. Il-ġenituri u l-istudenti kuntenti...l-għalliema dubjużi dwar il- koedukazzjoni Aqra aktar fl-analiżi f 'paġni 6 u 7 NEWSPAPER POST Nr 509 • 17 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mal-president ta' Gżira United, Sharlon Pace Ara paġni 34 u 35 'Allahu akbar u qabdu jisparaw' Sitt xhur wara u għadu lampa stampa... minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li għaddew sitt xhur sħaħ minn meta din il-gazzetta kienet ippubblikat storja dwar l-inġustizzja li sofra Edgar Farrugia fl-2005, hu u l-familja Farrugia għadhom jittewbu u bla ebda forma ta' kumpens. Dan wara li l-proprjetà tagħhom fi Triq San Nikola l-Belt Valletta kienet rekwiżita fl-1988 u sussegwentement, fl-2005 trasferita darbtejn f '24 siegħa minn wara daharhom u mingħajr ma ħadu sold f 'kumpens. Anke jekk fil-fatt id-Dipartiment tal- Artijiet ammetta l-iżball, sitt xhur wara li kienet ippubblikata din l-istorja, 11-il sena wara li kienet trasferita l-proprjetà ta' Farrugia lill-kumpanija lokali minn wara dahru u 16-il sena wara r-rekwiżizzjoni, Farrugia għadu lampa stampa. Mhux talli hekk, talli f 'kuntatt ma' din il-gazzetta Farrugia qal li minn mindu żvela l-każ tiegħu mal-ILLUM sab biss bibien magħluqin. Żgumbrament ieħor fil-Belt Tkompli f 'paġna 5 ERBA' ħwienet u dawk li jaħdmu fihom fil-Belt Valletta qed jiffaċċjaw futur inċert hekk kif intbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament u s'issa jidher li għadhom ma ngħatawx post alternattiv għan-negozju tagħhom. L-ILLUM hija infurmata li tnejn minn dawn il-ħwienet qegħdin man- naħa tal-faċċata tal-Konkatidral u tnejn oħra fi Triq il-Merkanti. Dan qed isir hekk kif il- Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann bdiet bi proġett ambizzjuż ta' estensjoni tal-Mużew biex ikun jista' jesebixxi aħjar it-tapizzeriji mill-isbaħ. Kelliema għas-Segretarjat tal- Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva ikkonfermat in- notifikazzjoni tal-iżgombru u qalet li s-Segretarjat jiltaqa' mal-avukati rispettivi tan-negozjanti, ladarba "jkollna l-informazzjoni mill-Fondazzjoni." Edgar Farrugia minn Albert Gauci Cunningham u John Busuttil "ILPARTITARJI tal- President Erdogan bdew jgħajtu Allahu Akbar huma u joqtlu suldati li wara kollox huma Torok bħalhom." Hekk sostniet Fairuza*, mara Torka li tgħix Istanbul u li esperjenzat il- ġlied u l-qtil fit-toroq ta' din il-belt Torka, f 'kolp ta' stat li ħalla 160 persuna mejta u b'idejn Erdogan aktar b'saħħithom fuq pajjiżu milli qatt kienu. "Bqajt skantata meta Erdogan mar fuq it-TV u fuq ir-radju u beda jħeġġeġ lill-partitarji tiegħu biex joħorġu jiġġieldu għalih. Ara kif spiċċajna! Torok joqtlu t-Torok għalih. Jiddispjaċini u nweġġa' li kelli nara tant nies jinqatlu imma, kieku ma kienx kollu teatrin, kont nixtieq li l-kolp irnexxa u Erdogan tilef postu." F'kuntatt dirett ma' din il-gazzetta, Fairuza li ma tiddejjaqx tgħid li temmen fis-sekulariżmu u għalhekk li l-istat u r-reliġjon m'għandhomx ikunu ħaġa waħda, spjegat kif is-sitwazzjoni fit-Turkija issa hija agħar milli qatt setgħet kienet. "L-affarijiet issa sejrin ħażin ħafna, kollox riesaq lejn l-estrem, anke fl-iskola m'uliedna qed naraw sistema li qed ddur dejjem aktar mal- ideoloġija reliġjuża. In-nies fil-Gvern iridu bilfors jaqblu ma' Erdogan jekk iridu jibqgħu fil-poter." Araw xi prezz qed inħallsu għall-ambizzjonijiet ta' politiku. Qed inħallsu bil- mibgħeda bejnietna stess." *Il-mara li kellmitna ma xtaqitx tikxef l-identità tagħha "għax tant għandna demokrazija fit-Turkija li jekk ninkixef, nispiċċa l-ħabs." Fairuza huwa isem fittizju. 'Spiċċajna niġġieldu bejnietna u nxerrdu demm xulxin, tgħid mara Torka mal-Illum' Tkompli f 'paġni 10 u 11 Tkompli f 'paġna 2 NEWSPAPER POST Tkompli fil-paġna ta' wara www.visitgozo.com MINISTRY FOR GOZO Tkompli f 'paġna 11 Tkompli f 'paġna 4 diskussjonijiet dwar il-proġett għall- diskussjonijiet dwar il-proġett għall- 'Pjazza Tritoni' waslu fil-fażijiet finali. 'Pjazza Tritoni' waslu fil-fażijiet finali. Din l-ordni tiġi wara xhur sħaħ Din l-ordni tiġi wara xhur sħaħ ta' inċertezza, kemm dwar il-futur ta' inċertezza, kemm dwar il-futur ta' inċertezza, kemm dwar il-futur ta' dawn is-sidien kif ukoll dwar il-proġett innifsu. F'kummenti mal- ILLUM, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal- Artijiet Deborah Schembri żvelat kif fih 10 gabbani. Fid-dawl ta' dan, fih 10 gabbani. Fid-dawl ta' dan, għaddejjin negozjati li Schembri għaddejjin negozjati li Schembri ddeskreviethom bħala "mhux faċli" ddeskreviethom bħala "mhux faċli" minħabba diversi fatturi, fosthom minħabba diversi fatturi, fosthom minħabba diversi fatturi, fosthom it-titli differenti tal-gabbani, li jfisser Tkompli f 'paġna 4 it-titli differenti tal-gabbani, li jfisser Tkompli f 'paġna 4 il-bżonn ta' ftehim differenti għal Tkompli f 'paġna 4 il-bżonn ta' ftehim differenti għal Tkompli f 'paġna 4 numru ta' sidien. Minkejja dan, qalet ukoll li tinsab kunfidenti li proposta li hi se tressaq tal-gabbani fiż-żmien li ġej. Sorsi li tal-gabbani fiż-żmien li ġej. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew li huwa tkellmu mal-ILLUM sostnew li huwa fl-interess tal-awtoritajiet u tal- fl-interess tal-awtoritajiet u tal- Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li l-kwistjoni ma tittawalx iżżejjed u mingħajr bżonn, hekk kif il-proġett tal-pjazza għandu jkun finalizzat sal-2018. Pruvaw jixtruni bil-pulit Pawlu Buttigieg, wieħed mill- aktar nies li opponew l-iżvilupp fil-Bajja tal-Ħondoq, li din il- ġimgħa kien rifjutat. F'rapport li qed ikun ippubblikat fil-paġna ta' wara, Buttigieg jallega li taħt gvern preċedenti kien hemm min ipprova jixtri s-silenzju tiegħu b'wegħdi ta' impjiegi u kuntratti. Hu jgħid ukoll li l-Prim Minstru Joseph Muscat wegħdu l-appoġġ fil-kruċjata tiegħu kontra dan l-iżvilupp, "u baqa' jappoġġjani sal-lum." Din il-ġimgħa, wara 14-il sena ta' battalji u protesti minn Buttigieg u numru ta' għaqdiet ambjentali, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvutat b'mod unanimu kontra żvilupp ta' villaġġ turistiku u yacht marina f 'din il-bajja popolari Għawdxija. Il-ġenituri u l-istudenti kuntenti...l-għalliema dubjużi dwar il- koedukazzjoni Aqra aktar fl-analiżi f 'paġni 6 u 7 Sitt xhur wara u għadu lampa stampa... minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li għaddew sitt xhur sħaħ minn meta din il-gazzetta kienet ippubblikat storja dwar l-inġustizzja li sofra Edgar Farrugia fl-2005, hu u l-familja Farrugia għadhom jittewbu u bla ebda forma ta' kumpens. Dan wara li l-proprjetà tagħhom fi Triq San Nikola l-Belt Valletta kienet rekwiżita fl-1988 u sussegwentement, fl-2005 trasferita darbtejn f '24 siegħa minn wara daharhom u mingħajr ma ħadu sold f 'kumpens. Anke jekk fil-fatt id-Dipartiment tal- Artijiet ammetta l-iżball, sitt xhur wara li kienet ippubblikata din l-istorja, 11-il sena wara li kienet trasferita l-proprjetà ta' Farrugia lill-kumpanija lokali minn wara dahru u 16-il sena wara r-rekwiżizzjoni, Farrugia għadu lampa stampa. Mhux talli hekk, talli f 'kuntatt ma' din il-gazzetta Farrugia qal li minn mindu żvela l-każ tiegħu mal-ILLUM sab biss bibien magħluqin. Żgumbrament ieħor fil-Belt Tkompli f 'paġna 5 ERBA' ħwienet u dawk li jaħdmu fihom fil-Belt Valletta qed jiffaċċjaw futur inċert hekk kif intbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament u s'issa jidher li għadhom ma ngħatawx post alternattiv għan-negozju tagħhom. L-ILLUM hija infurmata li tnejn minn dawn il-ħwienet qegħdin man- naħa tal-faċċata tal-Konkatidral u tnejn oħra fi Triq il-Merkanti. Dan qed isir hekk kif il- Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann bdiet bi proġett ambizzjuż ta' estensjoni tal-Mużew biex ikun jista' jesebixxi aħjar it-tapizzeriji Edgar Farrugia "Bqajt skantata meta Erdogan mar fuq it-TV u fuq ir-radju u beda jħeġġeġ lill-partitarji tiegħu biex joħorġu jiġġieldu għalih. u għalhekk li l-istat u r-reliġjon m'għandhomx ikunu ħaġa waħda, spjegat kif is-sitwazzjoni fit-Turkija issa hija agħar milli qatt NEWSPAPER POST Nr 510 • 24 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva ma' Dorianne Theuma Ara paġni 34 u 35 'Jobżqulek ġol-ikel, u jekk tkellimhom joqtluk' minn Veronica Lynn Mizzi EMOZZJONAT u mtaqqal bil-passat tiegħu, Dominic Chircop, jitkellem mal- ILLUM dwar l-esperjenza qarsa tiegħu f 'ħabs fil- Filippini. "Fil-ħabs rajt minn kollox. Rajt anke qtil quddiemi. Jobżqulek fl-ikel u ma tistax tkellimhom, għax joqtluk," qal Chircop li qatta' erba' snin f 'ħabs fil- Filippini mingħajr qatt ma nstab ħati ta' ebda reat. "Darba kien daħal wieħed filgħaxija b'martell f 'idu u ħasadni. Għamilli sinjal biex noqgħod kwiet u mar bil- martell maġenb priġunier ieħor u faqgħalu rasu bil- martell. L-għada filgħodu ġew il-pulizija, gerrbuh f 'liżar abjar u telqu bih. La investigaw...xejn." Wara din l-esperjenza li kissritu, is-sena li għaddiet, Chircop wasal Malta fejn wara xi jiem jorqod fl-ajruport, ingħata l-għajnuna u saqaf fuq rasu permezz tal-Fondazzjoni Suret il- Bniedem. F'dawn l-aħħar ġimgħat, ħajjet Chircop kompliet tieħu xejra pożittiva, hekk kif ġie allokat akkomodazzjoni soċjali li mistenni jidħol fiha fiż- żmien li ġej. Bid-dmugħ f 'għajnejh, Dominic jirrakonta l-istorja kerha li għadda minnha fil- Filippini. Tkompli f 'paġni 10 u 11 Maħduma bizzilla minn John Busuttil "APPLIKAZZJONI toħroġ tliet darbiet u fejn jidħol electrician, jinbidlu r-rekwiżiti u tispiċċa li biex tilħaq 'leading electrician' m'għandek bżonn kważi xejn. Basta wasslu biex bażużlu jaqbeż tnejn minn sħabu." Hekk spjega magħna ħaddiem tal-Gozo Channel li talabna biex ma nsemmux ismu għax qal li, "wisq nibża' mir- riperkussjonijiet." Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM għandha f 'idejha l-formoli għall-applikazzjoni għal postijiet battala fil-Gozo Channel, bl-ewwel sejħa toħroġ fit-3 ta' Ġunju fis- 2:06pm. Waħda mir-rekwiżiti għal 'Leading electrical officer afloat' kienet li jrid ikun ilu impjegat mal-kumpanija aktar minn għaxar snin u rekwiżit ieħor, fost diversi oħrajn, kien li jrid ikollu ċertifikat tal-Liċenzja A fl-elettriku. Siegħa u tliet kwarti wara fl-istess ġurnata, jiġifieri fl-3:47pm l-ewwel rekwiżit inbidel u minflok għaxar snin esperjenza, wieħed ried ikun impjegat mal-kumpanija għal ħames snin. Ħamest ijiem wara, fit-8 ta' Ġunju fid-9.16 am ħarġet it- tielet applikazzjoni emendata għall-istess pożizzjoni fejn din id-darba waqa' r-rekwiżit tal-Liċenzja A fl-elettriku, u l-applikant kulma kellu bżonn kien minimu ta' diploma fl-inġinerija elettrika jew ekwivalenti. Dan sakemm fis-6 ta' Lulju fil-11:35am ħarġu l-ismijiet tas- sebgħa min-nies li nħatru f 'pożizzjonijiet, tnejn minnhom ħadu l-promozzjoni ta' Leading Electrical Officer Afloat. Rekwiżiti għal impjieg mal-Gozo Channel jinbidlu tliet darbiet f 'ħamest ijiem Kien dipressat u dejjem waħdu HEKK qed ikun deskritt it-tifel ta' 18-il sena li lbieraħ tefa' lil Munich f 'terrur f 'attakk li qed jingħad li jixbaħ ħafna lil dak tan- Norveġja fl-2011 mwettaq minn Anders Breivik u li ħalla mat-92 persuna mejtin. Ali Sonboly, Ġermaniż Iranjanan wassal għal mewt ta' disa' minn nies barra ristorant, fera 16 oħrajn u qatel ruħu b'idejh ftit wara l-attakk. Tkompli f 'paġni 4 u 5 Tkompli f 'paġni 10 u 11 Awwissu L-ILLUM bdiet Awwissu bl-ewwel kummenti ta' John Bundy, bħala Kap Eżekuttiv tal-PBS lill-midja. Dakinhar kien qal li min jakkużah li ħa xi ħaġa għax Muscat wiegħdu qabel l-elezzjoni 'ma jafx x'qed jgħid.' Matul dan ix-xahar, l-ILLUM bdiet ukoll tirraporta dwar in-nuqqas ta' ilma, n-nuqqas ta' pjanar dwar l-ilma u anke r-riskji ta' xitwa oħra xotta f 'termini agrikoli u anke ekonomiċi. Matul dan ix-xahar, l-ILLUM żvelat kif l-investigazzjoni dwar il-fond tal-Korp tinstab konkluża, li parti mill-qabda kbira ta' droga kokaina f 'Malta kienet destinata lejn is-suq Għawdxi b'mod partikolari għall-festi. Staqsejna lil nies fl- irħula jaqblux ma' bini għoli, trattajna l-bojkott propost minn Martin Scicluna kontra ta' Tumas u Gasan, interess Brittaniku lejn Malta wara l-vot Brexit u l-politika għall-protezzjoni ta' priġunieri trans. Settembru Settembru, l-ILLUM bdietu billi rrappurtat kif mistenni jerġa' jirxoxta l-proġett tal- Metropolis, wara snin f 'limbu totali, bi proposti diversi, fosthom waħda ta' torri ta' 50 sular. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li d-disinn rebbieħ għall-proġett kien dak tal- arkitett Olandiż Erik Von Egerat. Żvelajna kif il-Franġiskani t'Għawdex se jieħdu kwazi tlett kwarti ta' miljun għal esproprijazzjoni ta' biċċa art, analizzajna l-ewwel xhur ta' Josè Herrera bħala Minstru tal-Ambjent u għamilna eżerċizzju li kkalkula l-kont fl-ewwel jiem tal-iskejjel għal kull wild, fost l-oħrajn. Żvelajna kif Muscat kien qed jagħmel lobbying qawwi biex in-nomina ta' Leo Brincat fil-Qorti tal-Awdituri tal-UE tgħaddi, analizzajna l-istess nomina fid-dettall, żvelajna kif is-self għall-proprjetà mill-banek żdied b'7% u trattajna ħajja sana u d-dieti. Tkellimna ma' tal-vannijiet dwar il-miżati li jitolbu u komplejna l-artikli dwar il-kirjiet mingħand il-privat. NEWSPAPER POST Nr 513 • 14 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mal- President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża Geir þorsteinsson Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 4 Tbassir għal xitwa sħuna b'riperkussjonijiet gravi fuq Malta minn Albert Gauci Cunningham "RESQIN biex insiru deżert'. Dan sostnieh mal-ILLUM l-eks Assistent Direttur fid- Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent fil-MEPA Alfred Baldacchino b'reazzjoni għal tbassir li juri kif għat- tieni sena konsekuttiva hemm probabilità reali li pajjiżna u ż-żona tal- Mediterran jerġgħu jiffaċċjaw temperaturi ogħla min- normal matul l-ewwel tliet xhur tal-istaġun xitwi li jmiss. Mal-ILLUM, l-eks Kap tal-Uffiċċju Metereoloġiku u r-Rappreżentant Permanenti tal-Gvern Malti fl- Organizzazzjoni Dinjija tal- Metereoloġija Charles Galdies jispjega kif it-tbassir mill- Istitut Internazzjonali tar- Riċerka fil-Klima u s-Soċjetà fl-Università ta Kolumbja għax-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar tas-sena d-dieħla juru illi Malta mistennija, għal darb'oħra, tiffaċċja tempertauri li huma "ogħla min-normal". Fil-fatt, jgħid illi l-previżjonijiet għax-xitwa 2017 "juru probabilità ta' bejn 40% u 50% ta' temperaturi li huma ogħla min-normal. Jekk dan il-persentaġġ huwa korrett," kompla jgħid Galdies mal-ILLUM, "allura huwa probabbli ħafna li nistennew temperaturi li huma simili għal dawk osservati matul ix- xitwa li għaddiet." Baldacchino ma jomgħodx kliemu u jgħid li Malta riesqa lejn "diżastru ekoloġiku, u xitwa oħra xotta se jkollha riperkussjonijiet kbar fuq pajjiżna għax se tgħaġġel il-proċess li bih qed jispiċċa l-ilma, qed imutu s-siġar, l-agrikoltura qed tmut u l-għelieqi jitħallew żdingati. Resqin biex insiru deżert bla ilma." Tkompli f 'paġni 8 u 9 1,000 applikazzjoni għall-bini f 'xahar wieħed biss minn Albert Gauci Cunningham LAWTORITÀ tal-Ippjanar, bħalissa fl-aħbarijiet minħabba d-deċiżjoni dwar il-proġetti ta' Townsquare f 'Tas-Sliema u proġett ieħor ta' bini għoli fl-Imrieħel, qed tiffaċċja pressjoni qawwija immens minn numru staordinarju ta' applikazzjonijiet għall-bini. L-ILLUM tinsab infurmata illi fl-aħħar xahar biss l-awtorità ġew quddiemha xejn inqas minn 1,000 applikazzjoni ġdida ta' bini mingħand individwi jew kumpaniji differenti. B'riżultat ta' dan l-awtorità qed tiffaċċja problema, bir-riżorsi tagħha jiġġebbdu sal-massimu. L-ILLUM hija infurmata li din l-'isplużjoni' fin-numru ta' applikazzjonijiet tiġi wara attività iktar kajmana fl- industrija tal-konstruzzjoni sforz l-inċertezza li ħolqot il-kwistjoni politika tal- Panama. Fil-fatt, l-ILLUM hija infurmata illi matul dan il- perjodu l-Awtorità tal-Ippjanar rat in-numru t'applikazzjonijiet għall-bini jaqa' b'madwar 400. Tal-Housing jinvestigaw LAWTORITÀ tad-Djar qed tinvestiga l-każ soċjali li kien irrapurtat fuq din il-gazzetta bħal-lum ġimgħa. Wara li l-ILLUM irraportat kif mara qed tgħix mal-erba' wliedha f 'żewġt ikmamar issa tinsab infurmata li dan il-każ qed ikun investigat u jingħata l-attenzjoni meħtieġa "flimkien ma' applikazzjonijiet oħra li jaqgħu fil-kriterji ta' homeless." Fil-fatt l-Awtorità tad-Djar infurmat lil din il-gazzetta kif l-investigazzjoni fuq fil-każ ta' Joanne* beda lura f 'Mejju li għadda l-ispettur "mar jagħmel spezzjoni fir-residenza u sab lil Joanne f 'dan il-post li jikkonsisti minn żewġt ikmamar u li ma kienx fi stat li jgħixu ħames persuni fih." * Joanne huwa isem fittizju Tkompli f 'paġna 11 Se nsiru deżert f 'paġni 8 u 9 1,000 applikazzjoni għall-bini f 'xahar wieħed biss l-awtorità ġew quddiemha applikazzjoni ġdida ta' bini mingħand individwi jew kumpaniji differenti. B'riżultat ta' dan l-awtorità qed tiffaċċja problema, bir-riżorsi tagħha jiġġebbdu sal-massimu. L-ILLUM hija infurmata li din l-'isplużjoni' fin-numru ta' applikazzjonijiet tiġi wara attività iktar kajmana fl- industrija tal-konstruzzjoni sforz l-inċertezza li ħolqot qed tinvestiga l-każ soċjali li kien irrapurtat fuq din il-gazzetta bħal-lum NEWSPAPER POST Nr 514 • 21 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista maċ-Chairman ta' Spor tMalta Luciano Busuttil Ara paġni 34 u 35 Ta' Montebello b'idejhom marbutin fuq il-Jerma minn Albert Gauci Cunningham IDEJN l-aħwa Montebello, sidien tal-kumpanija JPM Brothers, jinsabu marbutin waħda sew u minkejja rapporti li minflok il-Jerma se jsir żvilupp ta' boutique hotel u bajja, l-Awtorità tal-Ippjanar ilbieraħ ħarġet ordni ta' infurzar fuq żewġ siti, t-tnejn tal-istess JPM Brothers. Din l-ordni tiġi fid- dawl ta' deterjorament serju fis-sitwazzjoni finanzjarja tal- istess kumpanija, li għandha djun kbar xi tħallas lil banek lokali u internazzjonali, kif ukoll lil terzi persuni. Sorsi mill-Awtorità tal- Ippjanar infurmaw lill- ILLUM li fid-dawl tal-qagħda finanzjarja mwiegħra, l-aħwa fadlilhom biss ftit għażliet. Jew ibigħu, kif kienu diġà pruvaw jagħmlu mingħajr suċċess lil Gasan, jew inkella jsibu investitur li huwa lest jinvesti f 'lukanda. Is-sorsi ta' din il- gazzetta qalu li fil-fatt, l-aħwa kellhom laqgħa informali ma' nies mill-awtorità biex jaraw kemm żvilupp ta' lukanda u moll fejn isir l-irmiġġ ta' dgħajjes hu possibbli fiż-żona, skont il-politiki tal-awtorità. L-aħwa Montebello mhux qed jintlaqgħu b'wisq interess għat-talba tagħhom ta' investiment ta' lukanda fiż- żona mill-iżviluppaturi b'bosta minnhom aktar interessati li jinvestu flushom fil-qasam tal-proprjetà ta' lussu, li hu suq li bħalissa hemm domanda qawwija għalih. Attentat simili ta' bejgħ mill-aħwa Montebello diġà sar, imma falla. Gasan, li quddiemu, ta' Montebello ressqu l-proposta, kien rappurtat jgħid li ma tantx kien komdu "għax bdew jgħaġġluna biex nikkonkludu l-ftehim." Tkompli f 'paġna 8 Interess minn Albert Gauci Cunningham IRRIŻULTAT tar-referendum seta' ġie bħala pillola qarsa għal ħafna fir-Renju Unit, madwar l-Unjoni Ewropea u anke għal ħafna f 'Malta. Iżda jidher li l-mixja Brittanika 'l barra mill-UE qed twassal għal interess qawwi ħafna minn diversi kumpaniji biex jirrilokaw hawn Malta. L-ILLUM tinsab infurmata li l-Malta Enterprise bħalissa għaddejja bi trattattivi ma' tliet kumpaniji li bħalissa qed joperaw fir-Renju Unit u li qed juru interess qawwi li jmexxu l-operat tagħhom f 'pajjiżna. L-ILLUM hija infurmata wkoll li dawn il-kumpaniji ġejjin mill-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-assigurazzjoni, żewġ setturi li fihom, bħalissa hemm inċertezza kbira fir- Renju Unit. Għadu mhux magħruf fiex waslu dawn id-diskussjonijiet, għalkemm jidher li sakemm ikun hemm ftehim finali, il-Malta Enterprise u l-Gvern se jibqgħu kemm jista' jkun kawti. Il-vot favur Brexit qed iwassal għall-inċertezza fost bosta li joperaw fis-servizzi finanzjarji, bil-bżonn ta' qafas regolatorju ġdid li se jkollu jkun imfassal qabel mar-Renju Unit jitlaq mill-UE. Jiżdied l-interess f 'Malta wara l-vot Brexit; Tliet kumpaniji mir-Renju Unit f 'diskussjonijiet mal-Malta Enterprise Tliet kumpaniji mir-Renju Unit f 'diskussjonijiet mal-Malta Enterprise Tkompli f 'paġna 6 Sena wara li daħal x-xena politika għax qal li emmen f 'Simon 'Qtajt qalbi' Ara paġna 6 NEWSPAPER POST Nr 516 • 4 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' David Elleray Ara paġni 34 u 35 Geared for Excellence. QORMI | BIRKIRKARA | LIJA | MSIDA MOTORS INC. IS A JOINT VENTURE BETWEEN PATER GROUP, TUM INVEST GROUP AND UNITED GROUP. Tliet kwarti ta' miljun fis-sassla Franġiskana Taraġ ta' €1 miljun biex minn tal-linja titla' s'għand il-Ministru minn Albert Gauci Cunningham ISSASSLA tal-Franġiskani Konventwali fir-Rabat Għawdex mistennija timtela' mhux ħażin hekk kif missithom ix- xorti li jirċievu madwar €750,000 fi flus għall- esproprijazzjoni ta' biċċa art, grazzi għal taraġ li l-Gvern iddeċieda li jrid jibni bħala parti minn proġett li se jsir fl-inħawi. L-ILLUM tinsab infurmata li dan it-taraġ li se jsir biex jgħaqqad il-venda tal-linja tar-Rabat Għawdex ma' Pjazza San Franġisk, fejn hemm il-Ministeru t'Għawdex, se jiswa mal-€1 miljun. Dawn jinqasmu fi kważi €750,000 lill- Franġiskani u €350,000 għall- bini tat-taraġ waħdu mingħajr finishings. Il-proġett kollu kemm hu se jkun qed jiswa €3 miljuni, li jfisser allura li dan it-taraġ waħdu, li minn tal-linja jieħdok s'għand il-Ministru, se jammonta għal 33% tan-nefqa totali. Tkompli f 'paġna 6 Tiela' Tiela' Tiela' 50 SULAR METROPOLIS: Se jerġa' jirxoxta bil-possibbiltà li jilħaq is-sema... mistenni jintagħżel id-disinn tal-arkitett Erik Von Egeraat minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tinsab infurmata li n-negozjant Libjan Jalal Husni Bey mistenni jerġa' jinjetta l-ħajja fil-mega proġett multi-miljunarju ta' Metropolis fil-Gżira, billi jħabbar ir-rebbieħ tal- kompetizzjoni għad-disinn ġdid tal-bini. L-ILLUM għandha f 'idejha numru minn dawn id-disinni li qed ikunu kkunsidrati, b'uħud minnhom saħansitra jilħqu l-50 sular, jew 12-il sular ogħla mill-bini approvat fil-proġett ta' Townsquare f 'Tas-Sliema Sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu li kollox qed jindika li d-disinn rebbieħ, minn dawk preżentati, se jkun dak tal-Arkitett Olandiż Erik Von Egeraat, li mistenni jirriloka l-ħidma tiegħu f 'Malta u li diġà qed joffri xi forma ta' konsulenza fuq il-proġett tat-torrijiet tal-Imrieħel, kif ukoll dak ta' Villa Rosa fil- Bajja ta' San Ġorġ. Von Egeraat huwa magħruf għal bosta disinni li rebaħ, fosthom l-Università ta' Sberbank f 'Moska, l-Università ta' Erasmus fl-Olanda u d-disinn tal-bank Ċentrali Libjan. Tkompli f 'paġna 4 Erik Von Egeraat 'Il-papà kien u baqa' dejjem soċjalist' Ara paġni 12 u 13 Yana Bland Mintoff NEWSPAPER POST MOTORS INC. IS A JOINT VENTURE BETWEEN PATER GROUP, TUM INVEST GROUP AND UNITED GROUP. Erik Von Egeraat kien u baqa' dejjem NEWSPAPER POST Nr 518 • 18 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Frank De Bleeckere Ara paġni 34 u 35 Muscat jimbotta b'qawwa vot favur Leo Is-self għall-proprjetà jizdied b'7% f 'sena Minn Veronica Lynn Mizzi TLIET banek ewlenin f 'pajjiżna kkonfermaw li matul l-aħħar sena, ġiet reġistrata żieda fl- ammonti ta' talbiet għas-self tad-djar. Fil-fatt, bank partikolari li tkellem mal-ILLUM qal li fil- perjodu ta' bejn Settembru tal-2015 u Awwissu 2016 ġiet reġistra żieda ta' 7% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel, fl- ammonti ta' talbiet għal self tad-djar mill-bank, waqt li bank ieħor saħaq li dan it-tkabbir ilu prevalenti f 'dawn l-aħħar sentejn. Minn eżerċizzju li għamlet il- gazzetta ILLUM ma' tliet banek ewlenin f 'pajjiżna, irriżulta wkoll li l-ammonti li huma l-iktar popolari sabiex jingħataw bħala self mill-banek ivarjaw bejn il- €100,000 u l-€150,000, waqt li bank partikolari rrimarka li l-first time buyers huma l-iktar popolari. Minkejja li ġiet innutata żieda fl-ammonti ta' self li nħarġu, il- banek sostnew li min-naħa l-oħra ma kienx hemm żieda fir-rata ta' rifjut fuq is-self. Leo Brincat mistenni jkun approvat mill-Kunsill Tal-Ministri tal-UE Minn JOHN BUSUTTIL ILPRIM Ministru Joseph Muscat qatta' dawn l-aħħar ġranet f 'lobbying intensiv ħafna biex wara d-disfatta li sofra Leo Brincat fil-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri jagħti l-approvazzjoni tiegħu lin-nomina ta' Malta. L-ILLUM, fil-fatt hija infurmata minn sorsi li tkellmu magħha, li ħidmet Muscat se tfisser li "hemm kważi ċertezza li n-nomina ta' Brincat tgħaddi miż-żewġ stadji li għad fadal u b'hekk tkun approvata." L-ILLUM hija infurmata wkoll li n-nomina ta' Brincat għall-Qorti Ewropea tal- Awdituri, wara l-vot negattiv fil-Parlament Ewropew aktar kmieni din il-ġimgħa, mistennija tingħata l-ewwel indikazzjoni pożittiva fil- Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper II) biex imbagħad tkun approvata l-ġimgħa ta' wara mill-Kunsill tal-Ministri. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed juża s-saħħa politika li qed tikseb Malta bħalissa, hekk kif riesaq iż-żmien li pajjiżna jieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, biex jagħmel lobbying permezz ta' kompromessi politiċi dwar kwistjonijiet li pajjiżi differenti jkunu jridu jimbuttaw matul is-sena d-dieħla u preċiżament matul iż-żmien li Malta se jkollha r-riedni tal- UE f 'idejha. Tkompli f 'paġna 4 Wara d-disfatta ta' Leo... ara paġni 5-7, 17-19, 21 L-ikbar domanda għal self hi ta' bejn €100,000 u €150,000 Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016