Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
Minn Albert Gauci Cunningham ISSIT illum.com.mt esperjenza l-aktar sena b'saħħitha mit-tliet snin li ilu jopera, bi stejjer varjati mill-ġurnalisti kollha li ħadmu fuqha primarjament John Busuttil, Veronica Lynn Mizzi u Ruben Anthony Xuereb, flimkien miegħi bħala tim. L-aktar stejjer popolari laħqu lill-eluf kbar ta' nies li bosta minnhom ħallew kummenti u u reazzjonijiet. Mingħajr sorpriża, l-istejjer soċjali, tan-nies, ta' dawk li jkunu għaddejjin minn esperjenzi pożittivi jew negattivi baqgħu l-aktar stejjer popolari. L-aktar storja popolari għall-2016 kienet dik dwar SMS li kien bagħat Marco Cirone lill-maħbuba tiegħu Jolanda Inchingolo, vittma ta' inċident ferrovjarju f 'Bari. Fil-messaġġ hu qalilha 'għidli li li tħobbni darb'oħra. Ċempilli. Fejn qiegħda?' Issegwi tiġi l-istorja dwar il-fatt li l-Malta Union of Teachers (MUT) allegat li wieħed mill-agressuri li allegatament abbużaw mit- tifla fl-iskola tal-Ħamrun huwa t-tifel li nqabad tliet darbiet isuq bla liċenzja. Din l-istorja kienet parti mir-rappurtaġġ estensiv tal-illum.com.mt dwar l-allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali minn għalliem, flimkien ma' grupp studenti subien, fuq xi studenti bniet fil-Liċeo tal-Ħamrun. It-tielet l-aktar storja popolari matul din is-sena kienet dik esklussiva, tat- traġedja sfortunata li ħalliet lil DJ Lito bla ħajja nhar id-29 ta' Mejju f 'Bormla. It- temp jibqa' suġġett popolari mhux biss mal-qarrejja tagħna, iżda ma' bosta oħrajn. L-ewwel tbassiriet ta' maltemp għal Settembru ġibdu ħafna qarrejja lejn is-sit, kif ġibdet eluf ta' qarrejja storja dwar tfajla ta' 17-il sena li ġiet stuprata meta kienet fis-sakra waqt li sħabha ġibdu l-filmat, u bagħtuhulha. Il-każ seħħ f 'diskoteka f 'Rimini, l-Italja meta ġuvni mill-Albanija ħa lit-tfalja li kienet fis- sakra, fil-kamra tal-banju, u abbuża minnha waqt li hi ma kinetx f 'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni. It-tfajla skopriet x'kien ġara l-lejl ta' qabel meta l-għada, fetħet il-mobile tagħha u fuq Whatsapp issib filmat miġbud minn 'sħabha', tagħha qed tiġi stuprata. Stejjer oħrajn li kienu popolari ħafna u li kienu segwiti minn eluf ta' qarrejja kienu dawk dwar Marina Abramovich li qalet li għamlet abort tliet darbiet biex issalva l-karriera, hekk kif issostni li dawn huma 'diżastru'. Issegwi kien hemm il-kummenti u ċaħda pjuttost irrabjata tal-Kap tal-Iskola ta' San Pawl il-Baħar Josette Dalmas għal storja f 'sezzjoni oħra tal-midja li allegat li l-iskola qed twaqqaf lill-istudenti milli jieħdu 'lunch' bil- perżut minħabba studenti Musulmani. In-nuqqas ta' ilma, mara li spiċċat b'gidma ta' serp hi u tilgħab il-Pokémon, long weekends fl-2017, l-Istrina u l-prodotti taż-żejt mhux eżattament ġenwini mingħand il-LIDL kienu fost l-aktar 20 storja li nqraw matul l-2016. Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet NOTICE 2016 The Directors of BR Services JV declare their intention to register their Joint Venture for an Employment License in accordance to Article 23 of the Employment and Training Services Act, 1990 (Act XXVIII of 1990). The activities proposed to be carried out are the following: 1) Recruitment Consultancy 2) Interviewing, selection and placements of candidates in employment 3) Recruitment of persons from abroad for employment in Malta or in any EU member state 4) Recruitment of persons in Malta for employment in Malta or in any EU member state 5) Advertising of the filling of vacancies 6) Keeping a register of applicants for employment The Directors of BR Services JV are the following: Barbara Farrugia (Director) Simon Farrugia (Director) 0316900L 718144M 120 Triq Il Giebja 120 Triq Il Giebja Swieqi SWQ 3570 Swieqi SWQ 3570 Joe Brincat (Director) Brian Bondin (Director) 121267M 163269M 29, Bonica, Triq Il Katlan 33, St. Anthony, Attard ATD 2750 National Assembly Street San Gwann SGN 3030 Registered Office: BR Services J.V. 3, Actif House, Guze Flores Street, Santa Venera SVR1950. I.D. Responsible Person: Brian Bondin 163269M. Mit-terremot sal-abbuż sesswali L-aktar 20 storja li nqraw fuq l-illum.com.mt matul din is-sena Matul l-2016 in-nies baqgħu jridu jaqraw dwar in-nies...l-istejjer umani l-aktar popolari fl-2016