Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 6 Joseph baqa' minn fuq, MINN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 2016: Pillola qarsa għal Muscat Kieku kelli nqabbel lil Muscat u l-Gvern li mexxa fl-2016 ma' bastiment, inqabblu ma wieħed li qala' skoss mewġ, inbarax ma' kemm Alla ħalaq blat u li fih beda dieħel l-ilma, imma li xorta qed isalpa lejn il-port. Muscat jibqa' popolari għax 1) – Bħalissa pajjiżna qed jesperjenza tkabbir ekonomiku qawwi ħafna b'Malta fost l-aqwa fl-UE 2) - Għax il-Gvern tiegħu daħħal u wettaq/ lesta proġetti li kienu ilhom fuq l-ixkaffa snin 3) – Għax żamm il-finanzi tal-pajjiż fis-sod u ressaq baġits li tal-PN kienu jressquhom biss qabel l-elezzjoni 4) – Għax huwa katalist għal tibdiliet soċjali u 5) – Għax bena relazzjoni eċċellenti ma' nies influwenti u fin-negozju li jħossu li ma' Muscat hemm attitudni 'can-do' 6) – Għax għandu magna sħiħa li taħdem biex tgħin lil dawk l-individwi li jistaqsu għaliha 7) – Għax minkejja kollox, jibqa' oratur u komunikatur tajjeb ħafna u 8) għax b'riżultati tajbin f 'bosta setturi bħas- saħħa u l-edukazzjoni, jista' jitkellem b'aktar faċilità dwar 'bread and butter issues' minn Busuttil. L-akbar ass ta' Muscat, ekonomija tajba kemm hi tajba, huwa li hu meqjus bħala għażla 'ħafna aħjar' mill-avversarju tiegħu. Anke Simon Busuttil stess jafha din. Minkejja li jibqa' aktar poplari minn Busuttil, Muscat qala' xebgħa politika tajba. Il-każ Gaffarena dgħajfu, u l-każ Panama tah erba tumakki f 'daqqa. Se jkollu ħafna x'jaħdem u ħafna bibien xi jħabbat u ħafna, ħafna, ħafna enerġija x'jiddedika man-nies, fost in-nies, fost il- Laburisti, fl-irħula, fl-ibliet u fit- toroq. Għax kull battalja dejjem hemm intrebħet. Il-pożi u ċ-ċerimonji li se jkollna matul il-Presidenza, importanti daqs kemm jistgħu jkunu, mhu se jbiddlu xejn mill- fortuni qarsa li ġabitlu l-2016. 2016: L-apiċe li se twasslu għal telfa? Simon Busuttil kellu sena tajba. Kienet l-aktar sena li fiha deher b'saħħtu, assertiv u popolari fost ħafna mill-għeruq tiegħu. Il-każ 'Panama' ta lil Busuttil dik l-ispinta qawwija li kellu bżonn biex iniżżel is- suldati tiegħu għal gwerra u jispara u jispara, sakemm forsi jġarraf is-swar ta' Muscat. Panama, bħal ma għidna fuq din il-gazzetta, hija l-baqra li minnha Busuttil ħaleb kemm felaħ u jista' jkun li għad irid jaħleb. Imma, minkejja kollox, Busuttil għandu erba' 'għedewwa': 1) – Il- mument li ninsabu fih: Eluf ta' nies sempliċiment mhux preparati jerġgħu jdaħħlu l-istess nies Kastilja li sa ftit ilu kienu qed jiffoxxnaw daqs xi Laburisti llum (jew aktar jew anqas), l-istess nies arroganti li kienu għajjew imexxu u li ħadu deċiżjonijiet żbaljati jew dubjużi. Fi ftit kliem; ċrieki bi ċrieki, aħjar nibqgħu biċ-ċrieki tal-lum. 2) – Għal xi raġuni, hawn ċerta bruda għal Busuttil, anke fost nies fil-PN stess. Għadu mhux qed iqanqal l-emozzjoni li mexxej jeħtieġ iqajjem biex jiġbed il-masses 3) – Il- PN illum, huwa nieqes minn viżjoni li tgħaqqad setturi ta' nies flimkien warajh. M'hemmx 'raison d'etre' ċar għajr dak li Muscat jinżel mill-poter u 4) – Aċċetta li jkun Viċi Kap tal-PN qabel l-aħħar elezzjoni u għalhekk deher kompliċi mhux biss fl-akbar disfatta storika li qala' l-partit, imma parti wkoll minn grupp ta' nies li ħallew partit warajhom fallut u demoralizzat. L-2016 kienet tajba għal Busuttil xorta. Imma se tkun l-apiċe (kmieni) li laħaq qabel telfa fl-2018? John Bundy: Tela' waħda sew Bundy tela' waħda sew dis-sena. Iva, għax ħaqqu u għax kapaċi, nafu. Imma tela' xorta. U taħt il-Labour tela' (tiftakruh fl-1996 kien bagħat lill-Laburisti jixtru t-toilet paper...biex imbagħad kellu jixtrih hu). Mill-kantant tad-diska Pajjiż tal-Mickey Mouse u DJ Nazzjonalista b'erba' pedigrees, għal preżentatur fuq il- ONE żmien wara li n-Nazzjonalisti ramewh bħalma tarmi lumija wara li tgħasarha f 'tazza te'. Illum Bundy jmexxi l-istazzjon nazzjonali, l-aktar kariga li probabbilment verament ħaqqu li jkollu u mid-dehra mistagħġbin kemm huma kuntenti bih! U min għasru, baqa' bix-xewqa. Sewwa jgħidu, min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar. Salvu Mallia: Niżel Salvu raġel sew, ta' żaqqu fommu u jgħid dak li jħoss. M'hemmx kantunieri, qrib il-popolin u n-nies fit- triq. Politikament, mil-lat teatrali ta' kif jiddibatti biss, qisu l-Beppe Grillo ta' Malta. Mela għalfejn niżel? Minn meta twaqqaf/ tneħħa/tqaċċat mill-PBS fejn kien jippreżenta programm kulturali bil-għan li jifhmuh in-nies, mhux bil-għan li l-preżentatur joqgħod jixxarrab għas- suppost intelliġenza tiegħu stess, Salvu tilifha żżejjed u qed iħalli r-rabja tagħmel bih. Qed idur għal midja soċjali u jobżoq dak li jħoss, kelma b'kelma, fuq Facebook. Min għamilha fil- passat, jaf xi żball hu dak. Għajjar lil-Laburisti li jitfewqu minflok jitkellmu, Joseph Muscat qal li hu agħar mill-pesta, qal lil xi ħadd biex idaħħal l-lollipops f 's**mu, għajjar lil ħafna fil-PL 'mafja'. Insomma kullana kkulurita sew li tant dejqet Nazzjonalisti, li anke t-Times spiċċat irrappurtat li hemm min fil- PN li jrid iqaċċtu 'l barra. Għall-gost tal-ftit u minħabba rabja kbira, (rabja ġustifikata għax programm tajjeb kellu Salvu fuq il- PBS) Salvu jista' mhux qed jibni immaġini ġusta biżżejjed tal-vera politiku uman, popolari u xellugi li jista' verament ikun. Chris Fearne – Tela' Jekk kien hemm xi ħadd li tela' l-iskaluni fil-Gvern żgur li huwa Chris Fearne. Mhux qed ngħiduh aħna dan, lanqas xejn. Qaluh il-fatti fl-istħarriġ tal- MaltaToday li wera kif Fearne huwa l-aktar Ministru popolari fost il-poplu u t-tielet l-aktar popolari fost il-Laburisti. Li Fearne tela' erba skaluni f 'daqqa, probabbilment huwa minħabba li bħal diversi Ministri oħrajn (u qed ninkludu lil Evarist Bartolo hawn) il-qasam li jmexxi hu, ħa spinta 'l quddiem u problemi li kienu ilhom hemm, jew ġew solvuti jew bdew jkunu solvuti. Dan ma tgħidux l-ILLUM, dan 'qalu' Joseph Muscat stess din is-sena meta tah promozzjoni għall-Ministru, u kulħadd, mhux l-ILLUM biss, qal li Fearne kien tassew ħaqqu. Ben Camille- Tela' Sa ftit snin ilu, tisma' ismu kont taħseb li Ben L-2016 kienet tajba għal Busuttil xorta. Imma se tkun l-apiċe (kmieni) li laħaq qabel telfa fl-2018? John Bundy: Tela' waħda sew Bundy tela' waħda Ben Camille- Tela' Sa ftit snin ilu, tisma' ismu kont taħseb (tiftakruh fl-1996 kien jixtru t-toilet paper...biex spiċċat irrappurtat li hemm min fil- PN li jrid iqaċċtu 'l barra. Għall-gost tal-ftit u minħabba rabja kbira, (rabja ġustifikata għax programm tajjeb kellu Salvu fuq il- PBS) Salvu jista' mhux qed jibni immaġini qrib il-popolin u n-nies fit- triq. Politikament, mil-lat teatrali ta' kif jiddibatti biss, qisu l-Beppe Grillo ta' ninkludu lil Evarist Bartolo hawn) il-qasam li jmexxi hu, ħa spinta 'l quddiem u problemi li kienu ilhom hemm, jew ġew solvuti jew bdew jkunu solvuti. Dan ma tgħidux l-ILLUM, dan 'qalu' Joseph Muscat stess