Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

nqabad bil-qalziet imniżżel. 6) Għax irriżulta li l-kont ta' Mizzi kien sar biex ikunu jistgħu jidħlu fih kummissjonijiet ukoll, għalkemm mhux ċar minn fejn kienu se jiġu dal- kummissjonijiet. 7) Għax biex tgħaxxaq, id-dati tal-ftuħ tal-istess kontijiet/ kumpaniji saru eżatt wara l-elezzjoni u allura ngħatat l-impressjoni li l-ftuħ tagħhom kien premeditat. 8) Għax Konrad Mizzi kien il-Ministru responsabbli minn diversi kuntratti kbar u importanti. Fatt li lagħab parti importanti fl-insinwazzjonijiet ta' bosta li b'xi mod hemm rabta bejn il-kontijiet u l-kuntratti. 9) Għax ikkonfrontat minn dan kollu, Konrad mhux talli ma rreżenjax minn jeddu, talli tefa' l-ballun f 'saqajn Muscat u qallu li jekk irid ikeċċih hu 10)- Għax ġab lill-Prim Ministru Joseph Muscat jidher bla saħħa u mhux deċiżiv biżżejjed bil-konsegwenza li beda jitlef l-awtorità morali li kellu għal tant żmien. Jekk qatt kien hemm qassata, kienet din. Qassata, taħraq, għadha ħierġa mill-forn, mimlija rkotta friska u perfetta għal ma' dik in-naqra kikkra te. Taf x'jonqsha biss? Naqra egrant on- the-side. Evarist Bartolo– Niżel Wara t-torta tat-tnawwir f 'Jannar, u l-qassata bl-egrant minn Frar sas-sajf, is-sena għalqet b'naqra deżerta ħelwa. L-istarter ħadnieh Triq Zekka, il-main course fil-Panama u d-deżerta fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Lejn l-aħħar tas-sena, il-gazzetta Maltatoday żvelat kif Philip Rizzo, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kien irreżenja wara li ma felaħx għal aktar mill-allegat korruzzjoni u inazzjoni dwarha fejn kien qed imexxi. Ipponta subgħajh lejn Edward Caruana. Min hu dan? Person of trust tal-Ministru Evarist Bartolo. Alla jbierek, dan Caruana allegatament kien imur hu bil-cash għand il-kuntratturi! U iva, b'daqshekk! Qisek sejjer titfa' s-soldi fis-sassla tal-Kapillan, hux? Ifhem vera, Varist kixef ħafna mill-emails u ħafna mill- korrispondenza li kellu mal- istess Rizzo u vera li ddistanzja lilu nnifsu minn Dwardu u li m'hemm xejn s'issa x'jindika li Varist imdaħħal. Imma l-fatt li dan Caruana, li issa għaddejja investigazzjoni fuqu, kien kanvasser tal-istess Bartolo ma tefgħux eżattament fl-isbaħ dawl. Ma' min rajtek xebbaħtek, jgħid il- Malti u min tagħżel biex idawrek, jiddefinik fil-politika. Ħa nfakkru naqra f 'analiżi fuq din il-gazzetta stess nhar l-24 ta' Jannar 2016. Dakinhar, dwar il- Torta ta' Gaffarena u r-reżenja ta' Falzon konna għidna hekk: 'Jeħtieġ li jidħol kodiċi strett, mhux biss għall-Ministri preżenti u prospettivi, iżda wkoll għal dawk li l-Ministri jimpjegaw magħhom. Ma jistax ikun li jibqa' jkollna każi ta' nies li jaħsbu li għax huma qrib persuna ta' poter, allura jistgħu jieħdu l-liġi b'idejhom jew jgħawġu r-regoli kif jaqbel lilhom. Għax wara kollox, meta niġu għas-si u n-no, dawn il- cowboys kollha jmorru jinħbew.' Issa aħna nafu li l-ILLUM ma taqlax wisq inċens mingħand ebda partit. Ma jimpurtax, sinjal li qed nagħmlu xogħolna. Imma tal-inqas nippretendu li dawk li ma jgħidux li jaqrawna għax m'aħniex importanti (però xorta jaqrawna) jagħtu każ tal-messaġġ li qed jitwassal. Insomma, Varist vera li ma kellux valanga ta' twerżiq ġej għal wiċċu bħal 'sieħbu' l-għażiż Konrad, imma xorta dan il-każ tappanlu xi ftit mill-immaġini tiegħu. Għalhekk ma kinitx sena tajba għal Varist. Nisperaw li l-Pana-assata għoġbitkhom, kif għoġbitkom it-torta ta' Strada Gaffa...eh sorry Zekka u anke d-deżerta mżewqa b'togħmiet tajbin li jafu jagħmlu biss Varist u l-persons of trust tiegħu! Tantx idumu titfewquhom, għax jista' jkun li l-kbir xorta għadu ġej! Aħbarijiet 5 Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016