Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
F 'Niskata (TVM) kien hemm mistiedna membru tal- Kunsill Lokali ta' Bormla tispjega x'se jsir għar-raba' edizzjoni ta' Christmas by the Dock, spettaklu-festa tul il- Baċir ta' Bormla. Din hi r-raba' sena li l-festa qed issir b'ħafna talent u ħafna entużjażmu. Il-ħsieb hu li jkun riġenerat il-baċir permezz ta' artiġġjanat, wirjiet b'talent Bormliż u saħansitra trasport bil-karozzella għat-tfal. Il-Kunsill qed jagħmel minn kollox biex janima l-Baċir b'mod oriġinali. Tant hemm ħsieb wara dan il-proġett li l-Kunsill organizza trasport anki bil- vapurett mill-belt Valletta għax-xatt ta' Bormla. Christmas by the Dock hi inizjattiva mhux tas-soltu li kienet organizzata għall-jiem tal-festi natalizji. Kellu bżonn il-Kunsilli joħorġu b'aktar proġetti oriġinali bħal dawn għall-komunitajiet lokali u lil hinn minnhom. Il-Presidenza ta' Malta Is-sena tal-presidenza ta' Malta fuq l-istati membri tal-Unjoni Ewropea waslet ukoll. Bejn Jannar u Ġunju tal- 2017, Malta se tkun qed tippresedi wara snin ta' stennija. L-attenzjoni tal-media internazzjonali, l-aktar dik kontinentali, se tkun fuqna. Fuq nett tal-aġenda se jkun hemm il-problema tal-immigrazzjoni, bil- konċentrazzjoni fuq il-Mediterran ċentrali. L-Unjoni Ewropea ilha s-snin li ħalliet lill-Malta u lill-Italja, l-aktar lill-Italja, jfendu għal rashom fejn jidħlu immigranti li qed jaħarbu mill- faqar u żoni ta' kunflitt. L-Italja u Malta kienu qed jippruvaw ilaħħqu maż-żieda drammatika migratorja mill-Afrika ta' Fuq għall-Ewropa. L-operazzjoni Mare Nostrum ippruvat tintervjeni u saħansitra timblokka t-traffiku tal- immigrazzjoni kriminali. L-awtriċi Caroline Moorehead kienet irreferiet għal dan it-traffikar kriminali fil-ktieb impressjonanti Human Cargo (2006). Malta se jkollha biċċa xogħol delikata biex tistudja sew il-fenomenu tal- immigrant. Moorehead tiddeskrivi tliet xenarji tal-immigrant: 1. Il-firda, fejn trid tkun eżaminata r-raġuni (jew raġunijiet) għaliex l-immigranti jħallu pajjiżhom (eż. il-faqar jew il-gwerra) 2. It-tranżizzjoni, fejn ikunu eżaminati t-tbatijiet attwali fiċ-ċaqliqa u 3. Il-problemi tal-inkorporazzjoni jew integrazzjoni fejn l-immigranti jridu jaraw kif se jidhru fil-komunitajiet ġodda, bil-falliment jew is-suċċess. Malta trid tkompli tistinka mal- membri tal-Unjoni Ewropea (li ħafna drabi baqgħu ċassi, għajr għall- Ġermanja, quddiem it-traġedja tal- immigrazzjoni). B'hekk is-soċjetà mhux biss tintervjeni, imma tiċċelebra l-kuraġġ ta' dawk il-bnedmin li jagħtu xhieda tad-determinazzjoni tagħhom għas- sopravivenza anki meta kollox jidher ġej kontrihom. Ħalli nispiċċa b'żewġ versi tal-poeta Mourad Barghouti: L-ispostament hu bħall-mewt. Naħsbu li jiġri biss lil nies oħrajn. Tassew li Malta għandha fejn tissikka bl-aġenda tagħha dwar l-immigrazzjoni u t-traġedji li qed tkompli ġġib magħha fil-Baħar tan-Nofs. Ma tridx tkun kompjaċenti. Ma ninsewx li l-Operazzjoni Mare Nostrum (OMN) kienet twaqqfet għax l-UE ma baqgħetx tagħti fondi għall-operazzjoni mmexxija mill-Italja, li kienet qed tiswa lill- peniżola 9 miljun ewro fix-xahar. Mhux ta' min jinsa li tul il-presidenza ta' Malta hemm fuq l-aġenda wkoll l-UE fil-kuntest tal-Brexit. Pellikola fuq TVM Wieħed mill-aħjar programmi kulturali fuq TVM hu Pellikola. Dan il-programm dan l-aħħar espanda l-operat fejn jidħol ix-xogħol awdjo-viżiv. Ħafna produtturi u diretturi lokali ħadmu jiġġeneraw films żgħar b'mezzi tassew imkittfin. Kien jixraq li f 'edizzjoni reċenti kien rikonoxxut il-filmografu anzjan u modest Elio Lombardi. Tul it-82 sena tiegħu, Lombardi ħoloq 90 film popolari. Ilmenta b'ħasra li x-xogħol tiegħu għadu mhux rikonoxxut kif jistħoqqlu. Programmi tal-Milied Il-biċċa l-kbira tal-programmi bit-TV għal lejliet il-Milied kienu, bejn wieħed u ieħor, ripetizzjonijiet ta' edizzjonijiet imgħoddija. F'Sibtek (TVM) ippruvaw xi ħaġa differenti: ġabu lit-tfal jikkompetu ma' xulxin, lebsin kostumi natalizji inkluż ingravajjet u xalel kbar b'mottivi tal- istaġun. Iżda l-programm kien ikkontaminat b'ikkuppjar ta' telebejgħ. Li jfisser li lit-tfal diġà bdew jikkondizzjonawhom bil-virus tal-kummerċ. Bħal drabi oħra, il-Milied 2016 kien ippakkjat b'kull forma ta' teleshopping, minn presepji sa srievet fil-kaxxi, xugamani u tvalji bil-ponsjetti ħomor. Il-bejgħ għall-ikliet ta' nofsinhar, naturalment ma naqasx, mill-buffet sa fniek. Il-manija għall-kummerċ fil-Milied tidher li tinsab magħna biex tibqa'. It-tfal ukoll jixtiequ l-Milied 'bir-relax'. illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 18 MARIO AZZOPARDI Il-Milied mal-Baċir L-iżbilanċ ambjentali M inn dak li hu magħruf dwar l-inċidenza dejjem tikber tal-cancer, jidher li l-impatti ambjentali tal- ħidma tal-bniedem qed ikollhom effett qawwi. Ftit huma dawk li huma konxji dwar ir-rabtiet li hemm bejn il-ħsara ambjentali u wħud mill-mard rari li s-soċjetà tagħna qegħda tiffaċċja. Fil-ġranet tal-Milied, riżultat tal-ħidma bla heda tal-Community Chest Fund, nisimgħu dwar id-domanda ma tieqaf qatt għas-servizzi li jagħti l-istat lil dawk milquta minn kull forma ta' kanċer. Id-domanda hi tant kbira li riżorsi tal-istat huma mgħejuna mill-ġbir li jsir waqt l-Istrina, li, din is-sena laħaq is-somma rekord ta' €5.5 miljuni. Il-Gvern qed ixandar riklami dwar il-qalba tal- ġenerazzjoni tal-elettriku minn waħda dipendenti fuq il-heavy fuel oil għal waħda dipendenti fuq il-gass naturali. F'dawn ir-riklami qed jgħidulna li ser ikollna titjib fil-kwalità tal-arja bħala riżultat ta' din il-qalba. Din id-dikjarazzjoni (tar- riklami) hi biss parzjalment korretta. Dan minħabba li l-kontributur ewlieni għall- kwalità tal-arja f 'Malta qatt ma kienet il-ġenerazzjoni tal-elettriku iżda n-numru ta' karozzi fit-toroq li donnu ma jispiċċa qatt. Huma dawn il- karozzi fit-toroq li jiffurmaw parti mill-fabbrika reali tal- kanċer f 'Malta. Kif anke jidher mill- investimenti sostanzjali dedikati għal titjib fl- infrastruttura tat-toroq huwa ċar li r-rieda politika biex dan ikun indirizzat hi dgħajfa. Għax iktar ma titjieb l-infrastruttura tat-toroq, iktar ikunu inkoraġġiti karozzi fit-toroq, għax it-triq għalihom tkun iffaċilitata. It-titjib fl-infrastruttura tat- toroq, iżżid id-dipendenza tagħna lkoll fuq il-karozzi u bħala riżultat ta' dan, tostakola l-ħidma biex iktar nies tuża t-trasport pubbliku. Sar titjib fit-trasport pubbliku, anke bħala riżultat ta' diversi inizzjattivi li ttieħdu. Imma l-pajjiż qed jagħti sinjali konfliġġenti, għax filwaqt li qiegħed jinkoraġixxi l-użu tat- transport pubbliku, fl-istess ħin qed jinvesti flejjes sostanzjali biex jiffaċilità l-kontinwazzjoni tad- dominazzjoni tat-toroq tagħna mill-karozzi. Il-ħarsien tal-ambjent jinvolvi ħafna ħidma diversa. Jinkludi ħidma biex ikunu indirizzat b'serjetà s-sorsi differenti ta' ġenerazzjoni tal-iskart biex b'hekk infasslu t-triq li biha rridu naslu ħalli nilħqu l-mira ta' 'skart zero'. Din hi mira stabbilita mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Iskart u trid tintlaħaq sal- 2050. Dan ċertament li mhux biżżejjed. X'ngħidu għall-użu eċċessiv ta' pestiċidi li mhux biss qed jikkontamina dak li jkun prodott fir-raba' imma parti minnu jispiċċa wkoll f 'dak li baqa' mill-ilma tal- pjan? L-iżbilanċ ambjentali qiegħed dejjem jiżdied. Kull ġenerazzjoni qed tispiċċa żżid l-impatti mingħajr ma tindirizza sewwa l-impatti akkumulati li tkun wirtet mill-ġenerazzjoni ta' qabilha. Il-Gvernijiet qed jinkwetaw fuq l-iżbilanċ finanzjarju imma ftit wisq minnhom jinkwetaw fuq l-iżbilanċ ambjentali li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed imur għall- agħar. Ir-riżorsi tad-dinja qed jintużaw qishom bir bla qiegħ. In-natura għandha l-modi tagħha kif iġġegħelna nħallsu għal dan l-iżbilanċ ambjentali. It-tibdil fil-klima, il-kollass tal-agrikoltura f 'diversi pajjiżi kif ukoll iż-żieda qawwija ta' kull xorta ta' kanċer huma kollha tweġiba tan-natura li biha kull wieħed minna qiegħed jerfa' l-piż tal-ħsara li saret lin-natura. Dawn il-kontijiet li qed tibgħatilna n-natura jistgħu jonqsu fil- futur jekk nibdew minn issa ngħixu b'mod li joħloq inqas ħsara ambjentali. Jekk dan ma jseħħx il-kontijiet tan-natura, bla ebda dubju, iwasslu għal kollass totali. L-awtur hu viċi chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Skont Cacopardo...