Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345
Aħbarijiet 9 Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum kienet...is-sena skont il-gazzetta ILLUM NEWSPAPER POST Nr 520 • 2 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Eric Borg Saywell Ara paġni 34 u 35 Muscat viċin li jwaqqaf in-negozjati minn Albert Gauci Cunningham ILPRIM Ministru Joseph Muscat huwa viċin ħafna li jwaqqaf id- diskussjonijiet u n-negozjati biex l-Alitalia tikseb sehem ta' 49% tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, ħames xhur biss wara li kien iffirmat Memorandum of Understanding mal-istess linja tal-ajru. Sorsi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru spjegaw kif Muscat mistenni jieħu din id-deċiżjoni b'mod imminenti, anke jekk tmur kontra l-parir ta' wħud mill- persuni li huma mdaħħlin fin- negozjati. "Il-PM huwa riżolut li kull deċiżjoni meħuda fil- konfront tal-Air Malta, tkun ta' frott għall-kumpanija, għall-pajjiż u għall- ħaddiema tal-istess kumpanija," sostnew mal-ILLUM. Is-sorsi mill-Ufiċċju tal-Prim Ministru spjegaw kif id- deċiżjoni, Muscat ħadha hekk kif min- negozjati qed jirriżulta dejjem aktar ċar li "kulħadd se jkun qed jitlef. Se jitlef il-Gvern Malti u se titlef l-Air Malta fuq kollox, imma jista' jkun li titlef ukoll l-Alitalia." Intant l-ILLUM hija infurmata li Muscat se jkun qed jiddirezzjona kollox għal 'Pjan B' tal- Gvern. "Il-PM huwa deċiż. Fl- aħħar mill-aħħar huwa l-PM u apparti l-interessi kummerċjali, qiegħed hemm biex jindirizza l-interessi tal-ħaddiema wkoll. Għalhekk huwa viċin li jieħu deċiżjoni li tista' tfisser li jaqgħu n-negozjati mal-Alitalia u b'hekk il-Gvern idur għall- Pjan B." Tkompli f 'paġna 10 ...deċiżjoni imminenti mill-PM tista' twaqqaf in-negozjati bejn l-Air Malta u l-Alitalia F'intervista li qed tidher f 'paġni 12 u 13 Evarist Bartolo jinsisti li hu ma biddilx l-opinjoni tiegħu dwar il-każ Panama u jerġa' jinsisti li Konrad Mizzi għandu jirreżenja minn Ministru. "Għadni naħsibha kif kont naħsibha," sostna Bartolo mal-ILLUM. Mistoqsi jekk iħossx li Leo Brincat bata l-konsegwenzi tal-iżbalji ta' ħaddieor meta l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew ivvotat kontrih kien skjett, u wieġeb "Iva." Bartolo skjett: 'Nibqa' ngħid li Konrad għandu jirreżenja' Kap Nazzjonalist. Diskors ta' Soċjalist? Ara analiżi tal-aħħar diskors pubbliku ta' Busuttil fuq paġna 9 €1.00 Muscat viċin li jwaqqaf in-negozjati ...deċiżjoni imminenti mill-PM tista' twaqqaf in-negozjati bejn l-Air Malta u l-Alitalia NEWSPAPER POST Nr 524 • 30 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Qlibna siegħa lura 'Iktibli l-kont...inħallsek għada' Ara paġni 8 u 9 Lanqas min se jibni ma jaf x'se jiġri dwar il-proġett minn A.Gauci Cunningham u Ruben. A. Xuereb TLIET snin wara li kienet ippubblikata 'espressjoni ta' interess' għal Cruise Liner Terminal minflok il-barriera tas-Simar, fil-limiti tal-Qala Għawdex, u wara sena li fiha ma kien hemm ebda żblokk dwar il-kwistjoni tal-akkwist tal-art, kollox qed jindika li l-proġett jinsab 'fil-friża'. Mal-gazzetta ILLUM, Alessia Mendichi, rappreżentanta tad-design studio Chapman Taylor ta' Milan, filwaqt li kkonfermat li l-kumpanija għadha responsabbli mid- disinni tal-proġett, spjegat ukoll kif "sfortunatament, fil-mument, il-proġett jinsab fuq 'stand by'." Il-konsorzju Kalamarine stess, fdat bl-iżvilupp tal- proġett, jidher li tħalla fil- għama wkoll. Tkompli f 'paġna 10 Fl-2019: Trattament għal min iwettaq stupru €950 żieda fil-paga 16-il għaqda tipproponi żieda ta' madwar €80 fi x-xahar fuq tliet snin fi l-paga minima minn Albert Gauci Cunningham SITTAXIL għaqda qed tipproponi li l-paga minima f 'pajjiżna tiżdied b'3.5% kull sena, għat-tliet snin li ġejjin. Dan ikun ifisser li ħaddiem bil-paga minima, eventwalment jara żieda ta' €18.30ċ fil-ġimgħa jew żieda totali ta' €950 fis-sena, fil- paga minima. L-għaqdiet, li qed jiffurmaw il- kampanja 'Paga Minima Diċenti' qed jitolbu li għall-ewwel sena, il-paga minima ta' ħaddiem full time tiżdied minn €168 għal ftit inqas minn €174 fil-ġimgħa, jiġifieri żieda ta' €5.88 fil-ġimgħa. Fit-tieni sena l-paga minima terġa' tiżdied bi ftit iktar minn €6, biex tlaħħaq il-€180 fil- ġimgħa u fl-aħħar sena terġa' tiżdied, din id-darba b'€6.30, biex tlaħħaq il-€186.27 fil-ġimgħa. Dan ifisser li bil-proposta tal-'Kampanja Minima Diċenti', il-paga minima, eventwalment, tiżdied b'€18.30ċ fil- ġimgħa, €79 fix-xahar, jew inkella b'€950 fis-sena. Il-proposta ta' dawn l-għaqdiet, li jinkludu l-Alleanza Kontra l-Faqar, il-Caritas, il-Forum Komunità Bormla, Aditus u l-għaqda Mid- Dlam għad-Dawl, ġiet milqugħa, ftit sigħat wara li ħarġet, mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu ddeskriva din il-proposta bħala "waħda raġonevoli" u li "għandha tkun appoġġjata." Tkompli f 'paġni 14 u 15 Ara paġna 3 Ħarsa lejn l-istrateġija għall-prevenzjoni mill-kriminalità NEWSPAPER POST Kap Nazzjonalist. Diskors ta' Soċjalist? Ara analiżi tal-aħħar diskors pubbliku ta' Busuttil fuq paġna 9 Nazzjonalist. Diskors ta' Soċjalist? analiżi tal-aħħar diskors pubbliku ta' Busuttil fuq paġna 9 għama wkoll. Fl-2019: Trattament għal min iwettaq stupru jara żieda ta' €18.30ċ fil-ġimgħa jew żieda totali ta' €950 fis-sena, fil- paga minima. L-għaqdiet, li qed jiffurmaw il- kampanja 'Paga minima terġa' tiżdied bi ftit iktar minn €6, biex tlaħħaq il-€180 fil- Minima Diċenti', il-paga minima, eventwalment, tiżdied b'€18.30ċ fil- ġimgħa, €79 fix-xahar, jew inkella b'€950 fis-sena. Il-proposta ta' dawn l-għaqdiet, li jinkludu l-Alleanza Kontra l-Faqar, il-Caritas, il-Forum Komunità Bormla, Aditus u l-għaqda Mid- Dlam għad-Dawl, ġiet milqugħa, ftit sigħat wara li ħarġet, mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu ddeskriva din il-proposta bħala "waħda raġonevoli" u li "għandha tkun appoġġjata." Tkompli f 'paġni 14 u 15 Tkompli f 'paġni 14 u 15 Ara paġna 3 Ħarsa lejn l-istrateġija għall-prevenzjoni mill-kriminalità FLEWWEL intervista tiegħu mal-ILLUM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiċħad b'qawwa kollha dawk li jsejjaħ 'insinwazzjonijiet' fuq il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u jagħmilha ċara li filwaqt li se jistenna l-eżitu tal-inkjesta mħabbra mill-Gvern, hu sema' lil Fenech Adami u se joqgħod fuq l-ispjegazzjoni li tah. Busuttil kien qed jirreferi għal storja li dehret il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta MaltaToday u li rrapurtat kif investigazzjonijiet tal-Pulizija f 'Jannar 2013, li qajmu suspetti ta' ħasil ta' flus mill- kumpanija CapitalOne, kienu mwaqqfin. Fenech Adami kien wieħed mid-diretturi ta' din il-kumpanija li toffri servizzi fiduċjarji. NEWSPAPER POST Nr 522 • 16 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Souleymane Diamoutene Ara paġni 38 u 39 ILLEGALI Baġit 2017: Għada jitħabbar li minn Jannar se jsir illegali li tpejjep fil- karozza fil-preżenza tat-tfal minn Albert Gauci Cunningham MILLEWWEL ta' Jannar li ġej se jsir illegali li tpejjep fil-karozza, jekk fl-istess karozza jkun hemm ukoll it-tfal. Din il-miżura se titħabbar għada mill-Ministru Edward Scicluna fid-diskors tal-baġit wara insistenza mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Din il- leġiżlazzjoni, li mistennija tqajjem ħafna diskussjoni fil-pajjiż, diġà teżisti f 'numru ta' pajjiżi Ewropej oħrajn fosthom fir-Renju Unit, l-Olanda, l-Irlanda u Ċipru. Din il-miżura se tkompli l-ġlieda kontra t-tipjip passiv, speċjalment fid-dawl ta' żieda fl-inċidenza ta' problemi respiratorji fit-tfal u fl- adolexxenti. Intant l-ILLUM tista' tiżvela wkoll li għada fid-diskors tal- Baġit għas-sena 2017, il-Ministru Scicluna se jkun qed iħabbar żieda fis-sussidji li jingħataw lil persuni li qegħdin f 'kirjiet privati, miżura proposta mill-Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia bħala parti minn strateġija iktar fit-tul biex tkun indirizzata l-problema tal- housing. Apparti li se jkun qed jiżdied is-sussidju, li bħalissa jlaħħaq it-€83 fix-xahar, se jkun qed jitwessa' n-numru tal-benefiċċjarji tal-istess sussidju. X'nafu mill-Baġit s'issa? • Se tiżdied il-Pensjoni tad-Diżabbiltà u tibqa' tiżdied sakemm tilħaq il-paga minima • Jogħlew u jitwessgħu s-sussidji lil dawk li jikru mill-privat (bħalissa €82 fix-xahar) • Minn Jannar: Illegali li tpejjep fil-karozza fil-preżenza tat-tfal • Pazjenti bid-dijabete jerġgħu jingħataw il-benefiċċji tal-kartuna r-roża • Żieda ta' €1.75 f 'kumpens għall-Għoli tal-Ħajja (COLA) • Għajnuna fil-forma ta' 'mentoring' lill-familji fil-bżonn Tkompli f 'paġna 6 'Beppe ċaħad l-allegazzjonijiet u jien se noqgħod fuq il-kelma tiegħu' Ara paġni 12 u 13 Ottubru L-ILLUM bdiet ix-xahar billi żvelat kif xquq serji fin-negozjati mal-Alitalia se jwasslu biex il-Prim Ministru Joseph Muscat iwaqqaf l-istess negozjati, xi ħaġa li għadha mistennija li tiġri fiż-żmien li ġej. Fil-jum ta' qabel il-baġit, l-ILLUM żvelat kif minn għada se ssir illegali li tpejjep fil-karozza fil-preżenza tat-tfal, filwaqt li kienet l-aktar gazzetta li żvelat dettalji mill-baġit li kien se jitħabbar l-għada. Fl-aħħar tax-xhar, l-ILLUM irrapurtat bi prominenza t-talba ta' żieda ta' €950 fil-paga minima hekk kif proposta minn 16-il għaqda. Matul Ottubru trattajna wkoll l-ħwienet tal-massaġġi, il-Facebook u l-ħajja soċjali, inżilna Buġibba u staqsejna dwar il-Moskea u analizzajna d-diskors ta' Simon Busuttil fuq il-Fosos lejliet l-Indipendenza u laqqamnieh diskors ta' Soċjalist. Qabbilna l-iżbalji tattiċi, politiċi tal-passat ma' dawk tal-preżent u analizzajna fid- dettall il-baġit. Għamilna t-tielet stħarriġ dwar it-trasport pubbliku li wera li għad hemm element ta' nuqqas ta' sodisfazzjon fit-trasport pubbliku, għalkemm kien innotat ukoll progress kontinwu fir- rispons li qed nirċievu bħala gazzetta. Novembru Fil-bidu ta' Novembru, l-ILLUM żvelat kif qed isir bejgħ illegali tal-kmamar tal-Armier permezz ta' tpartit jew taħt il-'kappa' ta' ħlas ta' dejn. Storja ta' kif tagħmel il-profitt minn illegalità. Żvelajna kif Ċensu Galea se jkun kandidat fuq Għawdex u komplejna nirrapurtaw u nieħdu opinjonijiet diversi dwar żiefa fil-paga minima. F'intervista esklussiva, il- Ministru t'Għawdex jiċħad li hu għamel xi forma ta' pressjoni biex il-futboler Bogdanovich jinħeles minn taħt l-arrest, storja żvelata fuq il-gazzetta MaltaToday u li wasset għal inkjesta li kkonfermat dak li qal Refalo mal-ILLUM. Irrapurtjana protesti u intervistajna lil Deborah Schembri dwar il- masterplan ta' Paceville, kif ukoll żvelajna kif is-sit magħżul għal Buskett 'żgħir' huwa fl-Imtaħleb. Irrapurtajna dwar il-każ ta' abbuż fil-Liċeo tal-Ħamrun, u r-rabja għad-deċiżjoni li tat żewġ siġġijiet lill-PN u ftaħna kaxxa ta' Pandora meta bdejna diskussjoni dwar il-ħlas lill-PRS, storja li bqajna nsegwu għal erba' ġimgħat. Kellimna lil Kirsten Dalmas dwar is-saħħa fiżika, irrapurtajna dwar kif parkers ma jiddikjarawx id-dħul tagħhom u li TM mhux se toħroġ aktar liċenzji għalihom, analizzajna l-liġi ta' koabitazzjoni u għamilna analiżi estensiva tal- elezzjonijiet fl-Istati Uniti. Żvelajna wkoll kif l-Għaqda Patrijotti Maltin ħerġin għall- elezzjoni b'kandidat fuq kull distrett. ħlas ta' dejn. Storja ta' kif tagħmel il-profitt minn illegalità. Żvelajna nirrapurtaw u nieħdu opinjonijiet minn John Busuttil IĊĊITTADELLA fir-Rabat Għawdex se ssir bil-ħlas. Dan ikkonfermah mal-gazzetta ILLUM iċ-chairman tal- Kumitat għall-Immaniġġjar taċ-Ċittadella, Mons. Joe Vella Gauci, li qal li "biex tmexxi ċ-Ċittadella, bilfors trid xi tip ta' introjtu, inkella l-piż ta' manutenzjoni se jkollu jaqa' fuq in-nies." Fil-fatt, Vella Gauci saħaq li sas-sena 2020, iċ-Ċittadella se jkollha bżonn €1.7 miljun għall-manutenzjoni tagħha. Meta mistoqsi dwar il-prezz tal-entratura jew meta se tkun introdotta din is-sistema, Vella Gauci qal li dan għad irid jiġi diskuss sabiex jilħaq jingħata ċ-ċans li jsiru l-bidliet neċessarji għal dan. NEWSPAPER POST Nr 525 • 6 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Rodmar Pulis Ara paġni 34 u 35 Kmamar illegali qed jinbiegħu taħt il-'kappa' ta' tpartit u 'ħlas ta' dejn' Mizzi jeskludi sistema ta' rotazzjoni tal-karozzi ILMINISTRU għat- Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi jeskludi li kemm idum Ministru hu, tidħol sistema ta' rotazzjoni ta' karozzi privati. Din is-sistema, li titħaddem f 'diversi bliet, l-aktar fl- Amerika t'Isfel imma anke fi bliet Ewropej b'mod temporanju, tfisser li karozza tkun tista' tinstaq f 'ċerti ġranet biss skont l-aħħar numri tan-number plate. Mizzi qal li din il-miżura ma taħdimx għal pajjiżna għax tivvantaġġja lil min jiflaħ jixtri aktar minn karozza waħda. Ara paġni 12-13 L-għażla bejniethom ... nhar it-Tlieta l-votazzjoni Ara paġna 11 Bejgħ 'legali' ta' kmamar illegali minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li minkejja li mhumiex legali, numru ta' kmamar fl-Armier u boathouses oħra, xorta qed ibiddlu l-idejn f 'bejgħ permezz ta' diversi modi, l-aktar ta' tpartit jew taħt il-premessa ta' ħlas ta' djun. Minkejja li l-oġġett tal- kuntratt, f 'dan il-każ kmamar illegali, m'għandhomx il-permessi meħtieġa, it- tranżazzjoni ta' bejgħ jew tpartit hija legali, anke jekk mhux neċessarjament dejjem valida. Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif qed isiru skritturi privati li jmorru quddiem in-nutar, li jkun mitlub biex ma jagħmilx ir-riċerki. Naturalment, minħabba li r-riċerki kieku juru li l-post mhux mibni bil-permess. Meta l-ILLUM tkellmet ma' xi nutara u anke avukati, dawn fakkru li minkejja li f 'tranżazzjoni ta' bejgħ, normalment issir ir-riċerka, jekk il-bejjiegħ u x-xerrej jaqblu li din ir-riċerka ma ssirx, in-nutar ma jkollu ebda obbligu bil-liġi li jipproċedi f 'dan is-sens. B'hekk issir skrittura bejn sid il-kamra illegali u x-xerrej, din tittieħed quddiem nutar, tiġi ttimbrata, jitħallas in-nutar u barra bid-daqq. B'hekk, min ikun bena kamra illegali, mhux talli jkun tħalla jgawdi l-illegalità, talli jkun jista' jagħmel kemxa flus minnha wkoll. Tkompli f 'paġna 8 Iċ-Ċittadella se ssir bil-ħlas Tkompli f 'paġna 10 Mons. Joe Vella Gauci żvelajna kif is-sit magħżul għal Buskett 'żgħir' huwa fl-Imtaħleb. Irrapurt abbuż fil-Liċeo tal-Ħamrun, u r-rabja għad-deċiżjoni li tat żewġ siġġijiet lill-PN u ftaħna kaxxa ta' Pandora meta bdejna diskussjoni dwar il-ħlas lill-PRS, storja li bqajna nsegwu għal erba' ġimgħat. Kellimna lil Kirsten Dalmas dwar is-saħħa fiżika, irrapurtajna dwar kif parkers ma jiddikjarawx id-dħul tagħhom u li TM mhux se toħroġ aktar liċenzji għalihom, analizzajna l-liġi ta' koabitazzjoni u għamilna analiżi estensiva tal- elezzjonijiet fl-Istati Uniti. Patrijotti Maltin ħerġin għall- elezzjoni b'kandidat fuq kull distrett. Tkompli f ' paġna 14 NEWSPAPER POST Nr 526 • 13 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Lisa Bezzina Ara paġni 34 u 35 'Niċħad u nibqa' niċħad' Taħt pressjoni: Refalo jiċħad li kien hu li ċempel lill-Pulizija biex jinħeles Bogdanovic Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo huwa ferm qrib il-klabb tal- futbol tax-Xewkija Tigers tant li ħareġ garanzija finanzjarja għalih u kien l-avukat tiegħu f 'każ ta' żgumbrament, ma' din il-gazzetta huwa jiċħad għal darba darbtejn li kien hu jew xi ħadd mill- Ministeru tiegħu li ċempel lill-uffiċjal tal-Pulizija biex il-futboler Daniel Bogdanovic, ikun rilaxxat minn taħt il- kustodja tal-Pulizija. It-telefonata saret waqt li Bogdanovic kien qed jinżamm arrestat wara allegat każ ta' vjolenza domestika u akkużi li kien qed iġorr arma liċenzjata barra mill-post fejn seta' jġorrha. Fit-telefonata uffiċjal tal- Pulizija kien ordnat jeħles lil Bogdanovic biex ikun jista' jilgħab f 'logħba "kruċjali" għax-Xewkija Tigers. "Niċħad, niċħad u nerġa' niċħad," saħaq għal bosta drabi l-Ministru Refalo fl-ewwel intervista minn mindu kien żvelat il-każ fuq il-Maltatoday il-Ħadd li għadda. "Niċħad li jien qatt ċempilt lil xi pulizija, lanqas biss nafu lil dan Bogdanovic jien," saħaq Refalo mal-ILLUM. "La jien u sa fejn naf jien ħadd mill-Ministeru tiegħi m'għamilna telefonati." Is-sorsi mill-Pulizija li tkellmu mal-gazzetta Maltatoday qalu li t-telefonata kienet ġejja minn wieħed mis-segretarjati Ministerjali. Minn dakinhar il-kowċ ta' Xewkija Tigers Jesmond Zammit, li huwa wkoll il-Kap tas-Segretarjat ta' Ian Borg, irreżenja mill-kariga tiegħu fit-tim. Meta din il-gazzetta rrimarkat li l-allegazzjoni li hu jista' jkun implikat ġej mill-fatt li hu qrib ħafna ta' dan il-klabb partikolari, f 'lokalità tradizzjonalment Laburista, Refalo wieġeb li hu jgħin lil kulħadd, mhux lil tax-Xewkija biss. Ma' din il-gazzetta Refalo jerġa' jħeġġeġ lid- Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex 'jirrepeti dak li qal barra l-Parlament u niftaħlu libell,' u jisħaq li għandha titneħħa l-immunità parlamentari. Intant fl-intervista ppubblikata f 'din il-ħarġa Refalo jerġa' jikkontradixxi lil Monsinjur Joe Vella Gauci dwar ħlas għaċ- Ċitadella u jammetti li l-proġett ta' Cruise Liner Terminal huwa wieħed 'ikkumplikat'. 'Niċħad u nibqa' niċħad' Taħt pressjoni: Refalo jiċħad li kien hu li ċempel lill-Pulizija biex jinħeles Bogdanovic Minn Albert Gauci Cunningham Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo huwa ferm qrib il-klabb tal- futbol tax-Xewkija Tigers tant li ħareġ garanzija finanzjarja għalih u kien l-avukat tiegħu f 'każ ta' żgumbrament, ma' din il-gazzetta huwa jiċħad għal darba darbtejn li kien hu jew xi ħadd mill- Ministeru tiegħu li ċempel lill-uffiċjal tal-Pulizija biex il-futboler Daniel Bogdanovic, ikun rilaxxat minn taħt il- kustodja tal-Pulizija. It-telefonata saret waqt li Bogdanovic kien qed jinżamm arrestat wara allegat każ ta' vjolenza domestika u Moira tibża' li se titlef darha ILPREŻENTATRIĊI popolari lokali Moira Delia tinsab inkwetata waħda sew hekk kif il-proprjetà tagħha f 'San Ġiljan qed tkun proposta għall-espropriju fil-masterplan li ġie propost mill-Awtorità tal- Ippjanar. Meta kellmet folla żgħira ta' madwar 100 persuna li lbieraħ ipprotestaw kontra t-tali masterplan, propost għaż-żona li se tesperjenza 'splużjoni' ta' żvilupp, minn lukandi ta' lussu sa blokok residenzjali, qalet illi dan l-iżvilupp qed jinkwetaha ferm. "Immaġinak kull filgħaxija qabel torqod tinkwieta x'ser jiġri mill-propjetà tiegħek għada," sostniet Delia. Ara intervista f 'paġni 12-13 Akkużat Abbuża minn tifla ftit wara li żżewweġ Ara paġna 3 Diċembru L-aħħar xhar tas-sena bdejnieh billi bħala gazzetta dħalna fid-dettalji tar-rapport tal-awditur f 'dak li jirrigwarda 'frejjeġ fl-armata' fl-aħħar ħames snin. Direct orders mhux approvati, kuntratti perpetwi, nuqqas ta' trasparenza u kumbinazzjonijiet, li kienu żvelati fir-rapport. Żvelajna wkoll kif l-imsieħba soċjali, fil- magħluq, qablu li jippreferu żieda u reviżjoni fil-COLA minflok żieda ta' €950 fil-paga minima. Irraportajna esperjenzi ta' qraba ta' priġunieri u intervistajna lil Freddie Portelli wara li ngħata Ġieħ ir-Repubblika, u żvelajna kif se jsirlu monument. Matul dan ix-xahar irrapurtajna l-emails bejn Evarist Bartolo u l-eks CEO tal-FTS Philip Rizzo u l-hijack, nhar lejliet il-Milied, bħal gazzetti lokali kollha. xhar tas-sena bdejnieh billi bħala gazzetta dħalna fid-dettalji tar-rapport tal-awditur f 'dak li jirrigwarda 'frejjeġ fl-armata' fl-aħħar ħames snin. Direct orders mhux approvati, kuntratti perpetwi, nuqqas ta' trasparenza u kumbinazzjonijiet, li kienu fil-COLA minflok żieda ta' €950 fil-paga minima. Evarist Bartolo u l-eks CEO tal-FTS Philip Rizzo minn Albert Gauci Cunningham ILMINISTRU tax-Xogħol u Edukazzjoni Evarist Bartolo ċaħad bil-qawwa l-akkużi fil-konfront tiegħu mill-eks Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada Philip Rizzo, li kif kienet żvelat il-gazzetta MaltaToday, irreżenja wara li allega korruzzjoni fil-mod kif kienu qed joħorġu d-direct orders. Fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet hemm Edward Caruana, il-kanvażer u person of trust tal-Ministru Bartolo kif ukoll ħuh, Joseph Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru li jmexxi Bartolo. Rizzo, fl-ittra tar-riżenja tiegħu, qed jakkuża lil Bartolo li prova jiskoraġġih milli jirraporta lil Caruana lill-Pulizija. "Ilu jaf ir-raġunijiet mill-aħħar ġimgħa t'April 2016 u ripetutament prova jiskoraġġini milli jifformalizza numru ta' nuqqasijiet, imwettqin primarjament minn xi ħadd mill- familja tiegħek," jgħid Rizzo fl-ittra tar-riżenja lil Joseph Caruana. "Assolutament gidba totali u assolutament mhu vera xejn," kienet ir-reazzjoni ta' Evarist Bartolo li skont korrispondenza li għandha f 'idejha l-ILLUM f 'email li bagħat nhar l-1 ta' Settembru 2016 lil Rizzo, il-Ministru sostna li l-eks CEO tal-Fondazzjoni għandu jmur għand il-Pulizija. "Int bħala CEO għandek biżżejjed provi prima facie biex tressaq l-allegazzjonijiet serji lill-Pulizija kif wara kollox huwa d-dover tiegħek. Żommni informat." NEWSPAPER POST Nr 529 • 4 ta' Diċembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Gylfi Sigurdsson Ara paġni 34 u 35 MINISTRY FOR GOZO Victoria Local Council PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR LOCAL GOVERNMENT www.visitgozo.com S P E C I A L G U E S T DESI CAMPBELL Novel | Upper lip | Strait ahead | DJ Brooks | DJ MatT & Geez Independence Square & St George's Square • 10pm onwards V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O Direct orders mhux approvati, kuntratti 'perpetwi', nuqqas ta' trasparenza u kumbinazzjonijiet żvelati fi r-rapport tal-Awditur minn Albert Gauci Cunningham FTIT inqas minn €1,000,000 f 'direct orders mingħajr l-approvazzjoni meħtieġa mingħand il-Ministeru tal- Finanzi, kuntratt ta' xahrejn isir wieħed ta' tliet snin u nofs bi spiża globali ta' €2.2 miljun u emails lil numru ta' fornituri ta' petrol u diesel, minflok ħruġ ta' tenders. Dawn huma wħud mill-elenku sħiħ ta' nuqqasijiet li l-Awditur Ġenerali jiżvela fir-rapport tiegħu ppubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa u li jagħti stampa pjuttost kerha tas-sitwazzjoni u tal-immaniġġjar tal-fondi fil-Forzi Armati ta' Malta, b'uħud minn nuqqasijiet imorru lura għall-2011. B'kollox, l-Awditur sab li f 'ħames każijiet, direct orders b'valur ta' €157,656 ma kellhomx l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Apparti dawn, kien hemm ukoll ftit inqas minn €820,000 f 'direct orders li ngħataw mingħajr ma ħarġet l-approvazzjoni formali neċessarja mill-Ministeru tal- Finanzi. L-akbar direct order kien dak fl-2015 li jammota għal €701,111 lill-kumpanija li tipprovdi l-fuel għall- ajruplani tal-Forzi Armati. Il-Ministeru tal-Finanzi jidher li ma kienx informat lanqas dwar direct order ta' €31,600 għal korsijet ta' taħriġ, €31,857 f 'direct order lill-kumpanija li kienet qed tforni s-servizz ta' telefonija bis-satellita u €50,200 lil kumpanija barranija għall- aċċess ta' data dwar tbassir ta' kurrenti u riħ. L-Awditur jinnota kif għalkemm f 'dawn l-aħħar erba' każijiet seta' kien hemm operatur wieħed li joffri s-servizz jew il- prodott, il-FAM xorta kienu obbligati li jinfurmaw lill- Ministeru tal-Finanzi hekk kif stipulat skont ir-regoli tal-Procurement u l-istess Ministeru tal-Finanzi. Frejjeġ fil-Forzi Armati Tkompli f 'paġna 8 Kull każ trattat għalih 'Mur għand il-Pulizija kif inhu dmirek' ILKAP tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, Bernard Micallef jgħid li ma jaqbilx li l-Malti ma jibqax rekwiżit għal studenti bl-awtiżmu u jinsisti li kull każ ikun trattat għalih. Tkompli f 'paġna 5 Philip Rizzo Evarist Bartolo Ara intervista f 'paġni 14 u 15 Buskett 'żgħir' huwa fl-Imtaħleb. diskussjoni dwar il-ħlas lill-PRS, storja li bqajna nsegwu għal erba' irrapurtajna dwar kif parkers ma jiddikjarawx id-dħul tagħhom liċenzji għalihom, analizzajna għamilna analiżi estensiva tal- wkoll kif l-Għaqda NEWSPAPER POST NEWSPAPER POST Nr 532 • 24 ta' Diċembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Il-Milied it-tajjeb! MINISTRY FOR GOZO Victoria Local Council PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR LOCAL GOVERNMENT www.visitgozo.com S P E C I A L G U E S T DESI CAMPBELL Novel | Upper lip | Strait ahead | DJ Brooks | DJ MatT & Geez Independence Square & St George's Square • 10pm onwards V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O minn Veronica Lynn Mizzi B'NUQQAS mill-palk u mix-xena teatrali għal diversi snin issa, l-attur ferm maħbub, Hector Bruno qed jikkunsidra li fiż-żmien li ġej, jagħmel ir-ritorn tiegħu. F'intervista ma' din il-gazzetta, għall-mistoqsija jekk hux se jkun qed jirtira, Hector Bruno l-attur u l-komiku, u jwieġeb li "dak ma jmur qatt minn ġo fik." Jispjega li anke f 'mumenti koroh, "anke fl-iktar mumenti diffiċli, bniedem li jkun it-tip tiegħi, naħseb li dejjem jipprova joħroġ bin-naħa pożittiva tas-sitwazzjoni." Dan minkejja l-problemi u d-diffikultajiet li jkun għaddej minnhom, għaliex kif jinsisti Bruno, mhux lakemm in-nies tarak tidħak u ddaħħak. Fil-fatt, Bruno jgħid kif, "bħall-pagliaccio, dak il-buffu li bid- dmugħ li jibki, ineħħi l-irtokk." Bruno jkompli jistqarr li għamel żewġ pantomimi waqt li għaddej bl- agħar ħinijiet tad-dipressjoni li kienet ħakmitu, waqt li jgħid kif in-nies ma jindunawx b'dan, u ħadd ma jinduna. 'Mhu se nirtira qatt inkun attur u ottimist' Aqra l-intervista sħiħa f 'paġni 12-13 Minn għawma l-baħar għall- isptar mat-tfal Tkompli f 'paġni 2 u 3 Ritratt: Chris Mangion Ara paġni 11 HIJACK Matul il-ġurnata tal-bieraħ, għajnejn id-dinja kienu fuq Malta, partikolarment fuq l-ajruport, hekk kif waħda mill-iktar ġranet beżlin tal- ajruport ftit qabel il-Milied, inbidel f 'jum ta' biżgħa u terrur. Ftit wara l-10:30 ta' filgħodu, ajruplan tal-linja tal-ajru Libjana Afriqiyah, li suppost kellu jinżel fil-belt kapitali Libjana Tripli, baqa' sejjer u niżel Malta, wara li żewġ persuni ħatfu l-kontroll tal-ajruplan u heddew li jekk ma jsirx dak li jgħidu huma, kienu se jisplodu kollox. Abbord kien hemm 118-il persuna li kienu jinkludu tarbija fost l-oħrajn. Wara madwar ħames sigħat ta' tensjoni fl- ajruport ta' Malta, il-hijacker aċċetta li jibdew neżlin il-passiġġieri u bdew neżlin gruppi ta' 25 persuna, sabiex finalment kien għad fadal huma flimkien ma' xi membri tal-ekwipaġġ. Irriżulta li l-armi li effettivament heddew lill-ajruplan nies bihom dawn il-hijackers, kienu biss repliki. Il- hijacker ġie ċċirkondat malli niżel mill-ajruplan u nnewtralizzat mill-Forzi Armati, waqt li għadu jinżamm fil-kustodja tagħhom. Intant, il- passiġġiera l-oħra sarulhom interrogazzjonijiet u tfittxijiet mal-inżul tagħhom. NOTA Editorjali: Nirringrazzjaw lill-qarrejja kollha tagħna, speċjalment l-eluf li jsegwuna fuq is-sit illum.com.mt tal-inkoraġġiment u l-appoġġ kbir li tawna matul din is-sena. Nwegħduhom aktar stejjer li jolqtu lilhom u lil pajjiżhom, stejjer mit-toroq u minn fost in-nies u stejjer li jagħmlu xi forma ta' differenza. GRAZZI mit-tim tal- ILLUM: Albert Gauci Cunningħan, Veronica Lynn Mizzi, Ruben Anthony Xuereb u John Busuttil