Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum fuq, imma niżel Camille huwa xi prodott tal- fwieħa jew xi krema tal-wiċċ. Illum anke grottlu taħt blata jaf min hu dan Ben Camille. F'Strada Stetta hemm Ben Camille, fir-riklami hemm Ben Camille, programm ta' waranofsinhar jippreżenta Ben Camille, il-Eurovision tat- tfal ippreżentah Ben Camille, il-Eurovision tal-kbar ippreżentah Ben Camille, fuq il-billboards riklami tal-għamara, Ben Camille. Insomma Ben Camille here, Ben Camille there, Ben Camille everywhere. Mhux għax idejjaqna ta', gustuż tant. Beppe Fenech Adami - Niżel Din kienet is-sena li min ma kienx jaf fejn jgħix Beppe Fenech Adami, issa sar jaf. Għax kellna ritratti minn kull angolu, mit-triq, mill- ajru, mill-għoljiet u mill-kampnari, tad-dar, jew 'palazz' ta' Fenech Adami. L-akkużi kienu li Fenech Adami bena pixxina fuq art li mhux suppost inbniet jew ġiet żviluppata (ODZ) u mit-triq kollha, hu biss ingħata permess biex itella' iktar sulari. Dawn l-akkużi ta' preferenzi, li Fenech Adami ċaħad, ġew fid- dawl ta' kritika tal-PN għal bini fuq art ODZ. Xi ftit jew wisq, din il-kwistjoni tappnet il-kampanja tal- PN kontra bini fuq art ODZ u allura Fenech Adami ma kienx qed jidher f 'dawl pożittiv. Ira Losco – Niżlet 'Se nirbħuħ', 'Il- Eurovision ġej Malta', 'F'idejna ċ-ċintorin', 'Ara kemm se jkollna feel-good- factor la jkollna l-Eurovision Malta'. Jew waħda jew l-oħra, żgur li smajt qabel beda l-Eurovision fi Stokkolma. Imma kif jgħidu bil- Malti, minn dak li għidna m'hemm assolutament xejn. Fil-fatt, qgħadna ngħollu l-moral tal-poplu għalxejn għax mhux talli ma rbaħniex talli lanqas biss ġejna mal- ewwel 10 kanzunetti. Ira Losco hija kantanta bravissima u d-diska kienet waħda ferm tajba, imma għollewha mas-sema, biex imbagħad minn muntanja twieled ġurdien. Kien ikollha sena aħjar Ira kieku ma daħlet xejn għal Eurovision u kompliet bis-suċċessi li diġà kienet qed tagħmel. Marie Louise- Telgħet Il-President Marie Louise Coleiro, kif fil-fatt iddedikajna ħafna spazju f 'din il-gazzetta ġimagħtejn ilu, kabbret l-istatura tagħha bħala President. Id-diskors ta' Jum ir- Repubblika saħħaħ lill-President hekk kif intlaqa' b'mod pożittiv ħafna mill-midja kollha lokali. Is- suċċess rekord tal-Istrina, kompla jonfoħ ir-riħ fil-qala ta' Coleiro Preca, li minkejja kritika mqanżħa, hija President maħbuba ħafna mill-poplu, kważi daqs, jekk mhux aktar mill-President Emeritus George Abela, li bħalha kien ħalla l-pompa u ċ-ċerimonja quddiem il-bieb ta' barra tal-palazz ta' San Anton. Kienet sena tajba għall-mara ta' Ħal Qormi! Chris Bonnett: Tela' Fil-qasam u d-dinja tal- futbol lokali Chris Bonnett huwa fost l-aktar nies li telgħu u li sparaw 'il fuq. L-avukat mill-Gżira tela' ftit skaluni mhux ħażin hekk kif minn Viċi President tal-Malta Football Assosciation (MFA) ingħata l-kariga ta' Integrity Officer mal-UEFA. Bonnett ma kienx waħdu, fil- fatt Bjorn Vassallo li kien Segretarju Ġenerali tal-MFA, ngħata kariga pjuttost prestiġjuża mal-FIFA. Definittivament għal dawn it- tnejn, l-2016 kienet sena eċċezzjonali. Donald Trump – Tela' waħda sew Għajruh baħnan, buffu, razzist, maskilista, anti- demokratiku, miġnun u minn kollox. Ħadd ma bassar li qatt jista' jkun president, u ħadd m'għaddielu minn moħħu li kapaċi jasal sal-White House. Imma rebaħ u se jkun il-President Amerikan li jmiss. Donald Trump seraq ix-xena politika u l-attenzjoni tad-dinja kollha kienet fuqu fl-aħħar xhur tas-sena. Kulħadd jitkellem dwaru u dwar ir-rebħa li għamel. Minkejja li r-riżultat kien meqjus bħala wieħed ferm diżappuntanti għall-miljuni ta' nies, wieħed għad irid jara jekk ir-retorika issa hux se jinbidlu f 'fatti, biex verament inkunu nafu xi jsarraf Trump. Li hu ċert huwa li kulħadd donnu qed jissellef xi ftit mir-retorika t i e g ħ u issa. F'daqqa waħda qed nitkellmu dwar l-'establishment' u l-'post truth landscape/ politics'. S'issa r-rebħa ta' Trump serviet bħala tumakka tajba għal dawk il-politiċi li jħossuhom komdi ħafna fil-poter għax hemm min imexxilhom l-aġenda. Din ma kinitx biss sena tajba għal Trump. Din kienet is-sena ta' Trump u għalhekk, dan il-politiku tela', u tela' waħda sew. David Cameron – Niżel Jekk Donald Trump kellu sena ta' suċċess mhux l-istess jista' jingħad għall-eks PM Ingliż David Cameron, li kellu jirreżenja wara li l-maġġoranza tal-poplu tar- Renju Unit ivvota favur Brexit. Bħar-rebħa ta' Trump, il-vot Brexit kienet sorpriża kerha għal ħafna li qatt ma setgħu jobsru li r-Renju Unit se jagħżel li jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Imma bħal dejjem, ikun hemm biżgħat, rabja u fatturi ekonomiċi u soċjali li aħna minn barra ma nkunux qed naraw u li jilagħbu parti importanti ferm mid- deċiżjoni ta' kwalunkwe poplu. Cameron, naturalment ma kellux għażla oħra ħlief li jitlaq għax ma xtaqx imexxi negozjati li bħala prinċipju hu kontrihom. Però, it- tluq ta' Cameron kienet telfa, mhux biss għar-Renju Unit, imma anke għall-Ewropa. Cameron kien ukoll impoġġi f 'sitwazzjoni antipatka ferm hekk kif kien żvelat li missieru kellu kontijiet il-Panama, li minnhom hu bħala ibnu gawda wkoll. Kienet sena ħażina għal David Cameron. Il-Kummissarju Lawrence Cutajar – Tela' Il-Kummissarju Lawrence Cutajar tela' sew 'il fuq wara li ġie maħtur aġent Kummissarju, u sussegwentement Kummissarju tal-Pulizija, wara li Michael Cassar irreżenja mill-pożizzjoni, fejn qal li għamel dan minħabba raġunijiet ta' saħħa. L-ILLUM, lura, fit-8 ta' Mejju kienet żvelat li qabel ma nħatar Cutajar, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta kien avviċinat għal din il-kariga, iżda hu, min-naħa tiegħu m'aċċettax. Minkejja diversi dubji u kritika inizjali, jidher li Cutajar qed jinżel tajjeb ma' ħafna mill-membri tal-korp tal- Pulizija, u qed iżomm 'il bogħod mill-għajn tal-media u fil-fatt, s'issa franka ħafna kritika li kienu qalgħu kummissarji preċedenti. Dan, għaldaqstant jagħmel lil Cutajar ir-raba' kummissarju maħtur minn dan il-Gvern. Malti, minn dak li għidna m'hemm prestiġjuża mal-FIFA. Definittivament għal dawn it- tnejn, l-2016 kienet sena eċċezzjonali. Donald Trump – Tela' waħda ħafna mill-midja kollha lokali. Is- suċċess rekord tal-Istrina, kompla Preca, li minkejja kritika mqanżħa, t i e g ħ u issa. F'daqqa waħda qed nitkellmu dwar l-'establishment' u l-'post truth landscape/ politics'. S'issa r-rebħa ta' Trump serviet bħala tumakka tajba għal Dan, għaldaqstant jagħmel lil Cutajar ir-raba' kummissarju maħtur minn dan il-Gvern. Beppe Fenech Adami - Niżel Marie Louise- Telgħet Il-President Marie Louise Coleiro, kif fil-fatt iddedikajna ħafna spazju f 'din il-gazzetta ġimagħtejn ilu, kabbret l-istatura tagħha bħala President. Id-diskors ta' Jum ir- Repubblika saħħaħ lill-President hekk kif intlaqa' b'mod pożittiv ħafna mill-midja kollha lokali. Is- pożittiv. Ira Losco – Niżlet nirbħuħ', Eurovision ġej Malta', jobsru li r-Renju Unit se jagħżel li jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Imma bħal dejjem, ikun hemm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016