Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 33 Kavallieri RFC jassiguraw sponsorship ta' erba' snin ma' Footloose Fun Bar Qormi Football Ground jirbħu l-Christmas Cup tal-Pool FOOTLOOSE Fun Bar ta' Paceville żamm mar-reputazzjoni tiegħu li jospita entitajiet sportivi biex jissoċjalizzaw u jirrillassaw f 'ambjent sabiħ billi żied lil Kavallieri Rugby FC biex ikunu wieħed mill-isponsors ewlenin tagħhom. Kavallieri Rugby FC se jkomplu b'dik li tradizzjonalment fir-rugby hija magħrufa bħala t-tielet taqsima f 'ambjent li tassew jilqgħek, kif jaf joffri l-Footloose Fun Bar. Il-Footloose Fun Bar huwa rinomat li jospita diversi gruppi sportivi, waqt li huwa popolari ħafna kemm ma' klabbs tar-rugby lokali, kif ukoll ma' dawk barranin li jkunu qed iżuru lil Malta, minħabba li jkollhom xi logħba kontra avversarji Maltin. Dan il-ftehim ġie milħuq u finalizzat bejn Brian Miller li huwa l-president ta' Kavallieri Rugby FC u Dorian Dalli, li huwa d-Direttur Maniġerjali tal- Footloose Fun Bar. ITTIM tal-Pool ta' Qormi Football Ground għalqu s-sena b'nota pożittiva bir-rebħ tal- Maltasightseeing Christmas Cup Tournament li ġie organizzat mill-Malta Pool Asssociation. Fil-finali, it-tim ta' Qormi għeleb lil Ħamrun Liberty bl- iskor konvinċenti ta' 10-5. B'dan ir-riżultat, it-tim minn Ħal Qormi wettaq tpattija fuq l-istess Ħamrun Liberty meta dawn tal- aħħar kisbu l-unur tal-Heineken Team Knockout Tournament ftit ġimgħat ilu b'rebħa fuq l-istess tim ta' Qormi Football Ground fis-semi-finali. It-tim rebbieħ kien kompost minn Wayne Bonnici, Christ Cortis, Clayton Attard, Anton Cuschieri, Miguel Falzon, Claudio Cassar, Andrew Ciantar, Ryan Falzon u Ryan Pisani. L-assoċjazzjoni ħabbret li l-kampjonati tat-timijiet Bavaria, li fihom se jieħdu sehem 50 tim, se jibdew fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar. It-Tim rebbieħ ta' Qormi Football Ground

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016