Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 10 Is-sena li għaddiet f 'karikaturi MINN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-sena li se tispiċċa llum kienet irrappurtata mhux biss permezz tal-kitba, iżda wkoll permezz tal-karikaturi. Kull nhar ta' Ħadd, il-gazzetta ILLUM tippubblika karikatura li twassal il-messaġġ politiku u/jew soċjali bi ftit ta' tbissima wkoll. Fil-fatt, il-karikaturi ta' din il-gazzetta, mill-pinna tal-artist ferm bravu Mikiel Galea, huma fost l-aktar sezzjoni tal-gazzetta li l-qarrejja jfittxu. Ħarisna lura u għażilna l-aħjar karikaturi b' messaġġi dwar uħud mill-aktar kwistjonijiet jaħarqu u kontroversjali matul is-sena li se tintemm illum. Tiftakruha l-għajta ta' Michael Falzon fil-kampanja elettorali tal-2008, 'hawn huma l-iljuni tal-bidla'? Din il-karikatura, hija ispirata minn din l-għajta famuża ta' Falzon f 'mass meeting tal-Partit Laburista u x-xena famuża wkoll tal-MGM qabel jew wara kull film minn din id-dar ta' produzzjoni. Minflok iljun, hemm Falzon bil-kliem 'The End' hekk kif it-traġi- kummiedja ta' Gaffarena, li vera mar tajjeb mal-King tal-Lands, immarkat it-tmiem tal- karriera ta' Falzon bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Lands. Dawk l-imberkin switchers/floaters/opportunisti/tradituri dejjem iżommu l-miżien ta' kull stħarriġ fil-bilanċ. Minn stħarriġ wara l-ieħor tal-gazzetta oħt MaltaToday, jirriżulta li l-aktar settur ta' votanti apatetiċi u diżillużi bħalissa huma l-iswitchers. Simon qed jistad għalihom, s'issa mhux li qabad wisq...sajda fjakka! Joseph qabad kieku, probabbilment iktar mis-sajda mirakoluża tal-Galilej. Imma nofs l-iswitchers li qabad qed jaħarbulu mill-barmil, wieħed, wieħed. Ġejjin lura? Naraw fl- 2018! Din il-karikatura turi lil Simon Busuttil fil-bank fejn l-onestà hi kollox. Imma fil-bank tal-onestà deħlin tliet ħnieżer, li huma kollox barra onesti u li jixtiequ jagħtu l-flus lill-PN għax qalbhom, jaħasra, perżuta għall-onestà. Il-karikatura tirrifletti kritika li l-iskema Ċedoli se toħloq obbligi politiċi minn Gvern prospettiv tal-PN, lejn min 'għenu' fis-siegħa tal-bżonn. Busuttil, jiċħad u f 'intervista mal-ILLUM jgħid li min qed jaħseb hekk, qed "jissottovalutah." Karikaturi dwar il-Panama u Konrad Mizzi, l-ILLUM kellha mhux ħażin. Imma din tissimbolizza s-suppost demozzjoni li ngħata Konrad Mizzi, biex taparsi sar xi tibdil. Muscat jinkurunah ministru tax-'xejn', Mizzi kuntent bix-'xejn' u warajhom torċi qed ituha l-isfel, li jissimbolizzaw l-inkwiet intern fil-Partit Laburista fl-eqqel tal-kriżi 'Panama'. Marlene Farrugia tidher bl-ispotlight fuqha. Ngħiduha kif inhi, l-ispotlight Marlene tħobbha sew. Warajha Simon Busuttil, li stedinha għal kull protesta, stedinha għal kull programm fuq in-NET, ħelbilha kull kelma u sentenza biex jgħidilna Joseph kemm hu bażwi. Imma l-mument li Marlene bdiet partit, hemmhekk beda l-inkwiet. Minn din il-karikatura, li saret fiż-żmien meta twieled il-Partit Demokratiku, sa issa kienet imħabbra l-possibbilità ta' żwieġ politiku bejn Marlene u Simon. Imma mal-ILLUM, Simon qal li jekk Marlene titolbu ministeru, biex tifforma koalizzjoni mal-PN, hu jgħidilha biex tinsa kollox.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016