Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 557 • 18 ta' Ġunju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Tkompli fuq paġna 8 Tkompli f 'paġna 13 NEWSPAPER POST 'Dak li jingħad bejni u bejn il-PM, jibqa' bejnietna' Minn Albert Gauci Cunningham Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Prim Ministru Joseph Muscat offra Segretarjat Parlamentari lill-Avukat Robert Abela, iben il-President Emeritus George Abela u kandidat tal-PL għall-ewwel darba fl-elezzjoni li għaddiet. L-ILLUM tinsab infurmata li Muscat talab lil Abela biex imexxi Segretarjat Parlamentari, imma dan tal-aħħar għal raġunijiet mhux magħrufin, ma xtaqx. Minkejja dan, jidher illi f 'laqgħat li saru bejn il-PM Muscat u Abela ntlaħaq qbil li Abela jingħata l-kariga ta' Konsulent Legali tal-Prim Ministru. Ikkuntattjat minn l-ILLUM u mistoqsi jikkonfermax illi hu ġie offrut Segretarjat Parlamentari, Abela la kkonferma u lanqas innega, 'la se ngħid iva u lanqas se ngħid le,' qal lil din il-gazzetta. Żied jgħid ukoll li 'dak li jingħad bejni u bejn il-PM jibqa' bejnietna.' L-irwol li ngħata Abela huwa simili ħafna għal dak li kellu missieru George Abela meta dan kien jattendi l-laqgħat tal-kabinett fit-22 xahar illi matulhom kien hemm Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Aktar kmieni din il-ġimgħa mal-gazzetta The Times, Abela kkonferma li huwa mhux membru tal- kabinett imma li se jkollu l-irwol li jagħti pariri legali u anke politiċi lill-PM. Huwa kkonferma li għalkemm l-irwol tiegħu għadu mhux determinat dan se jkun simili għal dak li kellu missieru. Robert Abela kien offrut Segretarjat Parlamentari 'L-interess Malti fl-Air Malta huwa reali' Ara paġna 11 Grech ma jeskludi xejn...jgħid li l-PN jeħtieġ jiffoka fuq il- politika mhux it-tgħajjir Minn Albert Gauci Cunningham IDDEPUTAT Nazzjonalista Claudio Grech, wieħed mill-favoriti biex jieħu post il-Kap kurrenti tal-PN, Simon Busuttil, mal- ILLUM m'eskludiex illi jitfa' n-nomina tiegħu għal din il-kariga għalkemm sostna għal bosta drabi illi "dan huwa proċess ta' ħsieb li jeħtieġ ċertu ħin. Din mhix xi deċiżjoni jekk issirx president ta' każin. Hija xi ħaġa li trid tikkunsidraha b'responsabbilità kbira." Minkejja dan, f 'kuntatt li din il-gazzetta għamlet miegħu, Grech qal illi anke jekk għad irid ikun stabbilit b'mod definit jekk Busuttil hux se jibqa' jew jitlaq mill-kariga, "min isir kap jeħtieġ jagħmel sforz qawwi għal viżjoni ta' fejn jeħtieġ imur il-pajjiż, mhux ta' fejn sejjer il-partit biss. Għandu jara li tiħrax il- kompetizzjoni bejn il-partiti fuq livell ta' politika, mhux fuq livell ta' tgħajjir." Helena Dalli fit-tellieqa Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tiżvela illi l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli se tkun qed ittellaq għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL għall- Affarijiet tal-Parlament, liema kariga hija t-tieni l-aktar għolja fl-istrutturi tal-Partit Laburista u li min jokkupaha jkun ukoll id-Deputat Prim Ministru. Helena Dalli kienet eletta mit- Tielet Distrett elettorali b'1,787 vot u eletta wkoll mit-Tieni Distrett Elettorali fejn kisbet 650 vot, u ġiet it-tielet kandidata bl-akbar numru ta' voti wara Joseph Muscat u Joe Mizzi. Dalli kienet waħda mill-aktar Ministri popolari fl-aħħar leġiżlatura hekk kif mexxiet 'il quddiem il-Liġi tal-Unjoni Ċivili, il-Liġi tal-Ġeneru kif ukoll ħaffet il-proċess biex Joanne Cassar tkun tista' tiġi rikonoxxuta bħala mara u tidħol fiż-żwieġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017