Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Il-Bastiment ta' Muscat; B'saħħtu Il-PL għamel rebħa konvinċenti, imma jkun jaqbel li ma jħallix it-trijonfaliżmu jirkbu u jinduna bl-ewwel xquq .... FILWAQT li l-ġimgħa l-oħra tajna ħarsa lejn l-għajtiet fit-toroq li wasslu għal telfa kbira għall- PN, it-tielet tad-daqs tagħha mill-2013, illum se nħarsu aktar fil-fond lejn il-movimenti u kurrenti li kienu għaddejjin minn taħt u li huwa l-Partit Laburista li jrid joqgħod b'seba' għajnejn għalihom. Minkejja d-daqs tar-rebħa Laburista, li fil-fatt tagħtih ċertifikat qawwi ta' fiduċja wieħed xorta jeħtieġ jifhem aħjar u jiftakar f 'dawk l-għajtiet li jistgħu jerġgħu jinstemgħu fil-ħames snin li ġejjin jekk Gvern Laburista ma jismagħhomx u ma jifhimhomx biżżejjed. Fl- 2022 il-poplu jista' ma jkunx neċessarjament daqstant ħanin, jekk l-istess żbalji li dwarhom il- PM talab skuża jerġgħu jseħħu. Għalhekk, bħal ġimgħa l-oħra l-ILLUM qed terġa' tirrapporta dwar ftit għajtiet popolari li għalkemm setgħu għenu biex kważi 170,000 votant ivvutaw PL, jista' juru l-ewwel xquq f 'bastiment li s'issa qed isalpa b'saħħa. 1) - "It-tnejn korrotti... imma ma' dawn jiekol kulħadd, l-oħrajn għalihom biss jaħsbu" Din l-għajta qed nikkupjawha eżatt minn dik tal-ġimgħa l-oħra, jiġifieri meta għidna f 'dawn l-istess paġni illi din kienet għajta illi permezz tagħha l-PN tilef. Għalkemm dan huwa kollu minnu, fir-realtà xorta tibqa' raġuni xi ftit jew wisq dgħajfa u mibnija fuq sisen imrammlin għall-Gvern Laburista. Dgħajfa, fis-sens, illi tibqa' torbot biss sakemm l-ekonomija tibqa' sejra tajjeb, sakemm jibqa' jinħoloq ix-xogħol, sakemm il-Gvern ikollu l-lussu li jħabbar miżuri u benefiċċji li jħallu l-flus fil-but u sakemm jibqa' jkun hemm opportunitajiet min-naħa tal-Gvern illi jagħmel pjaċiri jew 'jaqdi' lin-nies. Jekk qatt jiġri xi ħaġa li tista' b'xi mod thedded is-saħħa u l-pedamenti ekonomiċi, il-Gvern Laburista jkollu problema. Jekk inħarsu lejn l-istorja politika riċenti nsibu illi l-poplu dejjem dejqitu l-korruzzjoni u qatt ma vvota favuriha. Imma vvota kontriha biss meta kien hemm allaċċjament ċar u li ftit jista' jkun ikkuntrarjat, mal-but. Kif kien aktar serju l-iskandlu taż-żejt mill- kontijiet fil-Panama? Sempliċi, x-xiri taż-żejt kien allaċċjat direttament mal-ħolqien tal-enerġija u allura mal-kontijiet tad- dawl u l-ilma. Il-Gvern Nazzjonalista kien għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, xi ħaġa li wasslet għall-protesti popolari u rabja fost settur kbir ta' nies. Din mhix kwistjoni ta' korruzzjoni tajba jew ħażina. Il-korruzzjoni hija dejjem ħażina, jagħmilha min jagħmilha imma huwa biss meta tolqot il-but jew il-post tax-xogħol, li dik il-korruzzjoni tiswilek ħafna voti. Il-Gvern Laburista jeħtieġ joqgħod attent li ma jiħux dan ir-riżultat bħala wieħed li jfisser illi m'għandux jindidirizza it-track record, s'issa pjuttost fqir, fil- governanza. 2) – "Ara, vera naħseb li għamlu ħażin fetħu kont il- Panama, imma..." Kienu ħafna dawk li emmnu u baqgħu jemmnu li l-fatt li nfetħu kontijiet/kumpaniji l-Panama minn Ministru u Chief of Staff tal-PM kienet xi ħaġa ħażina, jew xi ħaġa mhux daqstant aċċettabbli. Mhux l-ewwel darba li kont tisma' l-argument politiku jibda hekk; 'Ara naħseb li għamlu ħażin fetħu kont il-Panama, imma xorta se nivvota Labour għax..." Dan huwa vot ikkwalifikat bl- 'imma', vot li juri, anke fost diversi għeruq tal-Partit Laburista wkoll kienet teżisti ċerta skumdità b'dan il-każ. Skumdità li kienet tinbidel f 'ribelljoni kieku l-PL tilef jew inkella rebaħ b'distakk ta' bejn 3,000 u 6,000 vot. Għalkemm dan il-messaġġ mhux miktub fuq il-vot, kull min kien qed jisma' jaf illi fil-fatt kien hemm settur ta' votanti, speċjalment Laburisti inqas attivi fil-partit u switchers li kienu impressjonati bl- ekonomija imma mhux bil-mod kif kien il-PL tratta dan il-każ. 3) – 'Se nivvota għax Simon Busuttil ma jogħġobnix' Fl-2008, ħafna nies ivvutaw lill-PN għax ma ridux lil Alfred Sant Prim Ministru. Din id-darba reġa' nħass li kien jeżisti dan is-sentiment ta' 'iddiżappuntani l-Labour, imma ma rridx lil Simon Busuttil imexxi'. Huwa forsi għalhekk li ħafna Laburisti fuq il-midja soċjali qed jgħidu, anke jekk qed jgħiduha b'ċajta, li Busuttil għandu jibqa' għax bih fit-tmun tal-PN, il-PL ikollu ċans ħafna ikbar li jibqa' jirbaħ. Dan huwa eżatt l-istess sentiment li kienu jesprimu n-Nazzjonalisti fil-medda ta' snin illi fihom Sant kien il-Mexxej tal- Partit Laburista. Minkejja li din il-linja ta' ħsieb ikkontribwiet xi ftit mhux ħażin biex il-PL reġa' rebaħ l-elezzjoni bis-saħħa li rebaħha, xorta jħalli parti mill-fortuni tajbin tal-PL bħalissa f 'idejn l-għażla li se jagħmel il-PN meta jagħżel kap ġdid. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2009 wriet biċ-ċar illi mal-ewwel opportunità dawk li kienu lesti jivvutaw Labour imma stennew bidla fit-tmexxija għamlu agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham