Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet 'Naħseb kien ikun aħjar kieku ħriġt għalija' Issa li għaddiet l-elezzjoni, l-ILLUM tfakkar lil Salvu fil-pjani oriġinali tiegħu... Minn Albert Gauci Cunningham KIEN f 'intervista ma' din il- gazzetta ppubblikata nhar il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 illi Salvu Mallia, aktar tard kandidat tal-PN qal illi kien beħsiebu joħroġ għall- elezzjoni waħdu, fuq l-ewwel u t-12-il distrett u jibni moviment madwaru li jagħmel riformi fis- sistema elettorali u li tneħħi dik li dakinhar kien iddeskriva bħala 'dittatura taż-żewġ partiti.' Issa li għaddiet l-elezzjoni, l-ILLUM staqsiet lil Mallia jekk iħossx li kieku kellu jreġġa' l-arloġġ lura kienx ikun aħjar li jikkontesta għal rasu kif kien pjanat- oriġinarjament, milli mal-PN. Wara sekondi ta' ħsieb Mallia wieġeb fl-affermattiv, "naħseb, iva. Naturalment qed inħarsu lura, imma naħseb kien ikun aħjar li kieku ħriġt għalija," jgħid Salvu Mallia li bħal fl-2016 jerġa' jiddeskrivi s-sistema politika lokali bħala 'dittatura taż-żewġ partiti." Mistoqsi għalfejn qed jitkellem b'dan il-mod Mallia wieġeb li anke jekk hu xorta baqa' jgħidha kif iħossha "xorta tħossok ristrett f 'partit. Għalkemm jiena xorta tkellimt b'mod miftuħ dwar il-każ ta' Toni Bezzina u anke l-veduti tiegħi dwar De Marco (dwar is- sehem tiegħu mal-kumpanija db) kienu pubbliċi. Bħalma tkellimt fuq tal-passaporti, l-ewwel għidna li ħażin filwaqt li kien hemm min kien qed jagħmel il-flus minnha (l-iskema IIP)." "Illum inqis lili nnifsi bħala bniedem mingħajr partit," sostna Mallia mal-ILLUM. 'Il-poplu ġabuh qisu tfal ta' koppja separata' Mallia, li akkwista 115-il vot minn żewġ distretti, esprima d-diżgust tiegħu għal dik li implika li kienet qisha ġirja biex wieħed jintogħġob aktar mal-poplu mill-ieħor. "Il- poplu spiċċa qisu tfal ta' koppja separata biż-żewġ ġenituri jwiegħdu minn kollox u jippruvaw iħassru t-tfal, biex wieħed jidher aħjar mill- ieħor." L-ILLUM staqsiet lil Mallia, kritiku ferventi ta' Joseph Muscat u eks-kandidat mill-aktar kontroversjali għalfejn iħoss li l-poplu vvota daqstant bi ħġaru lill-Partit Laburista, bir-risposta instantenja tiegħu tkun li l-poplu Malti ma jridx ibiddel. "Aħna poplu ta' bdiewa, bħal bdiewa nħobbu nimxu mat-tradizzjoni u ma rridux inbiddlu. In- nies imorru għal dak li jafu u marru għall-flus u hawnhekk dejjem għall-but ivvutajna," jkompli jgħid Mallia. L-eks Kandidat tal-PN jgħid li sakemm jibqa' jmexxi l-PL Joseph Muscat, li xebbhu ma' demagogu, "jibqa' jitkisser minn ġewwa imma jibqa' jirbaħ l-elezzjonijiet." Mara minn Ħal Qormi ssofri ġrieħi gravi GĦALLĦABTA tat- 8:30 a.m il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ aċċident fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il- post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta' 64 sena li tgħix Ħal Qormi kienet ntlaqtet minn vettura Toyota Ist, misjuqa minn raġel ta' 80 sena, residenti l-Pieta'. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 27 nomina għas-7 siġġijiet parlamentari vakati mill-PL Il-ħames distrett bl-iktar numru ta' kandidati għas- siġġu vakat minn Helena Dalli Minn Veronica Lynn Mizzi LELEZZJONIJIET każwali sabiex jimtlew it-tnax-il siġġu fil-Parlament li ġew ċeduti mid-deputati diġà eletti, se jkunu qed isiru nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġej għall-kandidati tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista rispettivament. Il-perjodu li fih il- kandidati eliġibbli tal-PL setgħu jitfgħu n-nomina bit-tentattiv li jkunu huma fil-Parlament fil-leġiżlatura li jmiss se jkun qed jagħlaq illum. Sal-bieraħ, kienu 27 nomina li waslu għand il-Kummissjoni Elettorali sabiex jimtlew is-seba' siġġijiet ċeduti minn deputati li ġew eletti fuq żewġ distretti. Fit-tieni, is-sitta u t-tmien distrett, il-kandidati kollha eliġibbli biex jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet każwali, diġà tefgħu n-nomina tagħhom, jiġifieri tlieta, tnejn u erba' kandidati rispettivament. Fuq il-ħames distrett, għas-siġġu ċedut mill- Ministru Helena Dalli, hemm l-akbar numru ta' kandidati, b'total ta' disa' bit-tama li jiġu eletti, u dan b'żewġ kandidati li sal-jum tal-bieraħ kienu għadhom ma tefgħux in- nomina tagħhom, u fost dawn hemm is-sindku ta' Marsaskala Mario Calleja. Fuq dan id-distrett, il- kandidat favorit li jkun elett huwa l-eks president tal-Partit Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi. Min-naħa l-oħra, it-tnax-il distrett, s'issa għad hemm biss żewġ nomini, minkejja li hemm ħames kandidati oħra li huma eliġibbli u ma tefgħux isimhom, fosthom l-eks deputat Franco Mercieca. Fuq dan id- distrett, kapaċi jkun hemm sorpriża hekk kif il-favorit għal dan id-distrett huwa fil-fatt il-viċi sindku tal- Mellieħa Clayton Bartolo u mhux l-eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri. Clayton Bartolo Stefan Zrinzo Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017