Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Opinjoni 17 A lternattiva Demokratika ilha żmien twil li rrikonoxxiet l-importanza strateġika tal-formazzjoni ta' alleanza pre-elettorali meta dan ikun meħtieġ u possibbli. Qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008 kienet Alternattiva Demokratika stess li ħadet inizzjattiva f 'dan is-sens. Ir-riżultat elettorali tal- 2008, eventwalment, kien tant viċin li kull xorta ta' alleanza elettorali, bla dubju, kien ikollha impatt sostanzjali fuq ir-riżultat. Id-differenza fil-voti bejn il- Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista fl-elezzjoni ta' Marzu 2008 kienet ta' 1,580 vot, filwaqt li AD dakinnhar kisbet 3,810 voti fl-ewwel għadd. Issa alleanza pre-elettorali tista' tkun jew waħda bbażata fuq il-prinċipji, inkellha waħda pragmatika, għall- konvenjenza. Alleanza bbażata fuq il- prinċipji jew fuq it-twemmin politiku tħares fit-tul u tfittex li tibni l-pontijiet b'mod li dak miftiehem iservi. Għax mibnija fuq qbil fit- twemmin, alleanza ta' din ix-xorta hu iktar faċli li tkun aċċettata mill-elettorat u dan minħabba li tkun fil-forma ta' proposta pożittiva, proposta ta' viżjoni komuni. Min-naħa l-oħra alleanza pre-elettorali bbażata fuq il-pragmatiżmu hi waħda ta' konvenjenza u mmexxija biss min-numri. Tiġbor flimkien kull xorta ta' ħsieb bi qbil minimu. Il-viżjoni mhix daqstant komuni. Il-Front Nazzjonali mwaqqaf minn Simon Busuttil u Marlene Farrugia hu alleanza ta' konvenjenza li barra mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku tinkludi wkoll lil dawk mill-PN stess li fil-passat kienu mwarrba minħabba li l-PN innifsu qieshom bħala li ma jistax jassoċja ruħu magħhom. Il-PN kien qieshom bħala inkompatibbli ma' twemminu u warrabhom. Il-Front Nazzjonali lil dawn ġabarhom mill-iskip politiku. Analiżi tal-voti miksuba mill-Front Nazzjonali juri li l-voti miksuba bħala riżultat ta' din l-alleanza ma wasslet għall-ebda kisba ta' voti addizzjonali attribwibbli lill-Partit Demokratiku. Uħud jistgħu jargumentaw li l-voti miksuba fil-ħames distrett elettorali (id-distrett ta' Marlene Farrugia) mill- kandidati tal-PD wasslu biex il-PN rebaħ siġġu Parlamentari mingħand il-Partit Laburista. Dan mhuwiex minnu għax il-kisba mill-PN tat-tieni siġġu fuq il-ħames Distrett elettorali seħħet biss minħabba tibdil fil-konfini tad-distrett: Marsaxlokk tneħħa mill-ħames distrett u mar mat-tielet distrett u kien sostitwit minn Ħal Farruġ li nqata' mis-sitt distrett. L-alleanza bejn il-PN u l-PD ma laħqitx l-oġġettiv aritmetiku tagħha għax ma rnexxieliex tilħaq votanti mgerrxa assoċjati mal- Partit Laburista. Pjuttost imbuttathom b'messaġġi negattivi u fil-parti l-kbira reġgħu marru lura fil-Partit Laburista. Sfortunatament dan kollu jfisser li ser jgħaddi żmien mhux ħażin sakemm jerġa' jkollna min jipprova jifforma alleanza pre- elettorali oħra. Għamlet tajjeb Alternattiva Demokratika meta ma aċċettatx li tipparteċipa f 'dan l-esperiment li falla. Issa, qiegħed jirriżulta dejjem iktar ċar kemm AD kellha raġun. Konna qed inkunu bbumbardjati minn xi ġurnalisti "indipendenti" u xi psewdo-intellettwali minn dawk li moħħhom biss fihom infushom. Dawn mexxew 'il quddiem l-idea ta' Busuttil u Farrugia flok ma poġġew lill-PN innifsu taħt il-lenti għall-kontradzzjonijiet dwar il-governanza li kien, u għadu, qed jgħum fihom. Billi mexxew 'il quddiem lill-Front Nazzjonali mmexxi mill-PN, sfortunatament spiċċaw qed imexxu 'l quddiem l-iżbalji tal-PN meta messhom huma wkoll insistew mal-PN li jitnaddaf qabel ma jibda jilagħbha tat- tarka kontra l-korruzzjoni. F'kuntest differenti kien Tonio Fenech, eks Ministru tal-Finanzi, li qal waħda tajba f 'opinjoni ppubblikat din il-ġimgħa fl-Independent. Huwa u jwieġeb il-mistoqsija rettorika tiegħu nnifsu dwar dak li jemmen il-PN illum , Tonio Fenech iwieġeb: l-unika tweġba li nista' nagħti hi li ma nafx. Mhux waħdu. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com , http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... Bejn prinċipji u konvenjenza Il-Front Nazzjonali mwaqqaf minn Simon Busuttil u Marlene Farrugia hu alleanza ta' konvenjenza li barra mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku tinkludi wkoll lil dawk mill-PN stess li fil-passat kienu mwarrba... lil dawn ġabarhom mill- iskip politiku Konna qed inkunu bbumbardjati minn xi ġurnalisti "indipendenti" u xi psewdo-intellettwali minn dawk li moħħhom biss fihom infushom. Dawn mexxew 'il quddiem l-idea ta' Busuttil u Farrugia flok ma poġġew lill-PN innifsu CARMEL CACOPARDO