Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Għalkemm l-akbar attakk sar mill-membru Ewropew tal-PPE Werner Langen fejn il-membru Parlamentari Ġermaniż li qabel l-istess seduta deher jitkellem ma' David Casa allega wkoll li Joseph Muscat rebaħ l-elezzjoni, "għax xtrajtu l-voti għax hekk qed jgħidu." Attakka lil Keith Schembri għax injora l-Parlament Ewropew u ma marx iwieġeb quddiemhom u b'ċertu rabja ħares lejn il-Prim Ministru, "tista' tindħal kemm trid, imma mhux se nħallik kwiet u se nkompli nsegwik anke jekk xtrajtu l-voti biex irbaħt l-elezzjoni għax hekk qed jgħidu." Dwar Langen Muscat qal lill-ġurnalisti wara d-dibattitu, "Langen m'għandix problema li jsegwini, ir-risposta nagħtihielu meta jkollna r-rapport tal-inkjesta u nurih kemm kien żbaljat. Niskanta kif Langen jiġi hawn jirrapporta dwar fake news li dehret fil-media soċjali." Wara dan l-attakk mill-ftit preżenti, fejn kienu biss 5% li għaddew kummenti fil-każ tal- Panama l-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat wieġeb b'ċertu serenità, "m'iniex irrabbjat għal dak li ntqal u naċetta l-ispirtu ta' dan id-dibattitu u niskanta kif il-preisdent Manfred Webber ma semma' xejn dwar każ fil-Panama ta' wieħed mill-familja tiegħu, mill-PPE. Roberta Metsola stess qalet li għaddejjin erba' inkjesti maġisterjali u dan jagħtina raġun għax juri kemm aħna trasparenti u jekk ikun il-każ minn dak li joħroġ fl-inkejsti ikun hemm ir-riżenji." "Dwar dawk li qed jikkritikaw s-sistema ta' taxxa tagħna," kompla jgħid Muscat "ngħidlu li din is-sistema hi unika u ilha hemm minn żmien l-aħħar gwerra u meta ngħaqadna mal- Unjoni Ewropea ħadd ma qalilna xejn. Dwar min semma' lili jew lil marti, din kienet gidba kbira fil-konront tiegħi u tal-familja tiegħi u ttieħdet minn blog u rapporti mhux veritiera. Jekk ikun hemm farka ta' verità li toħroġ mill-inkjesta jien nirriżenja mmdejatament," sostna Muscat simili għal dak li kien qal diversi drabi qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. għażla u l-oppożizzjoni kellha ħafna x'taħbi wkoll' Muscat mal-ġurnalisti Maltin X'qalu waqt is-seduta? Jeppe Kofad tal-S&D qal li l-parlament Ewropew mhux il-post fejn kellu jiġi diskuss il-Panama Papers u temm bis-sentenza, "Fatti mhux akkużi". Bernd Lucke tal-ECR ilmenta billi qal li dan id- dibattitu kellu jsir qabel l-elezzjoni ta' Malta ħalli l-poplu seta' jkun jaf il-verità qabel ivvota. Jezec Petr mill-ALDE qal lill-Prim Ministru Malti, "li kont president tal-Kunsill Ewropew l-istituzzjoni kienet tkun aktar dgħajfa." Fabio De Masi mill-GUE/NGL qal li Malta hi rifuġju fiskali sħiħ, "erġajt ġejt elett għax il-poplu ma kellux għażla, għax l-oppożizzjoni kellhom ħafna x'jaħbu wkoll." Sven Giegold mill-ALE semma' l-fatt li Ninu Zammit, Keith Schembri u Brian Tonna għandhom jidhru quddiem il-kumitat u s'issa dawn irrifjutaw. David Coburn mill-EFDD iddefenda lil Malta, "dibattitu sħiħ tattakkaw lil dan il-pajjiż żgħir. U mhux tattakkaw l-aġenda moħbija li joħolqu unjoni ta' taxxi fuq iċ-ċittadin. Għalhekk aħna l-Ingliżi vvutajna biex nitilqu minn magħkom." Barbara Kappell mill-ENF qalet li Malta qiegħda fuq quddiem fl-ekonomija għax hi bbażata fuq vantaġġi fiskali. Lampros Fountgulis mill-NI qal li l-korruzzjoni mhux f 'Malta biss teżisti u għandha tkun Malta stess li tistħarreġ dawn l-akkużi għax il-Parlament Ewropew mhux imħallef. 'Ma żammejtx rassenja... seta' kien hawn persuna waħda xorta kont niġi u niddefendi lil pajjiżna' Muscat iltaqa' mal-ġurnalisti Maltin li kienu preżenti fi Strasburgu. Meta l-ILLUM staqsieh kif iqisha li kien hemm inqas minn 50 membru preżenti b'5% biss jikkummentaw fosthom il-ħames MPE Maltin u minnhom kien hemm min tefa' mistoqsija u telaq il-barra immedjatament Muscat wieġeb bi tbissima, "Il-konkorrenza għad-dibattitu kienet tidher li kien dibattitu xprunat mill-politika lokali. M'iniex hawn biex nagħmel rassenja, iżda neħodha bħala kunsiderazzjoni. Dak xogħolkom il-ġurnalisti biex teżaminaw dan kollu. Seta' kien hemm persuna waħda xorta kont se niġi u niddefendi lil pajjiżna. Jien ma ssorpendieni xejn it-ton min-naħa tal-MPE. Jien iddefendejt isem Malta u la kont aggressiv u lanqas pastaż. Nieħu biss pjaċir li l-maġġoranza tal-gruppi ddeċidew li dan ma kellux ikun dibattitu li jsir waqt kampanja elettorali. Għalkemm issorprendejt ruħi li kien hemm ċert livell ta' misinformazzjoni minn dawk preżenti. Li jkun hemm stqarrijiet li huma skorretti, dik iva għandi problema..." Meta mistoqsi dwar ċerta kritika li kien hemm fosthom fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri, Muscat qal, "kienet kritika mitmugħa mill-politika lokali fejn in-nies diġà ddeċidew dwar Konrad Mizzi u Schembri qal li jekk jinstab xi ħaġa irregolari fil-każ tiegħu jirriżenja." Il-ġurnalisti jistaqsu lill-Prim Ministru wara d-dibattitu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017