Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol JORDAN PICKFORD - Everton laħqu ftehim ta' €30 miljun ma' Sunderland biex jiffirmaw lill-goalkeeper internazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena, Jordan Pickford. Dan tal-aħħar kien qed jissemma' li seta' jingħaqad ukoll ma' Arsenal u ma' Manchester City wara li Sunderland sfaw relegati mill-Premier League, iżda Everton jinsabu ħerqana li jirbħu l-battalja għall-firma tiegħu. FEDERICO BERNARDESCHI - Chelsea u Manchester United jinsabu f 'taqtiegħa bejniethom waqt li daħlu fi sfida ma' Inter u Juventus għall-akkwist potenzjali tal-winger ta' Fiorentina, Federico Bernardeshi. Madankollu, jidher li l-Viola jridu jbiegħu lil dan il-plejer barra mill-pajjiż biex ma jagħmlux favuri lir-rivali tagħhom fl-ltalja. Huma se jkunu qed jagħmlu dan għal somma ta' mhux inqas minn €35 miljun. ALEXANDRE LACAZETTE - Arsenal kellhom taħdidiet ġodda ma' Lyon rigward l-akkwist potenzjali ta' Alexandre Lacazette. Dan il-player qed jinteressa wkoll lil Liverpool, Atletico Madrid u Manchester United, u se jkun qed jiswa' s-somma ta' mhux inqas minn €55 miljun flimkien ma' €12-il miljun oħra f 'bonuses. Fil-jiem li ġejjin huwa mistenni li din is-saga tintemm fejn kollox qed jindika li Lacazette se jkun qed iħali lil Lyon. JAIRO RIEDEWALD -Chelsea għamlu talba uffiċjali rigward id-difensur ta' Ajax, Jairo Riedewald, fejn huma lestu li joffrulu s-somma ta' €13-il miljun. Il-manager ta' Chelsea, Antonio Conte, qed jipprova jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu qabel il-kampanja taċ-Champions League u qed jikkunsidra s-servizzi ta' Riedewald, li jistia' jilgħab ukoll fl-irwol ta' difensur ċentrali, left-back u anki f 'nofs il- grawnd. MARCO ASENSIO -L-importanza dejjem tikber ta' Marco Asensio ma' Real Madrid se tkun ippremjata hekk kif huwa se jkollu l-kuntratt imġedded mal-Madrileni sal-2023. Dan l-attakkant sar membru integrali tal-iskwadra tal-Galacticos immexxija minn Zinedine Zidane matul l-aħħar staġun. Dan il-kuntratt ġdid li mistenni jkun finalizzat fil-jiem li ġejjin, se jkollu klawżola tar- release ta' xejn inqas minn €350 miljun. ALEXIS SANCHEZ - Bayern Munich jinsabu ħerqana li jagħmlu lil Alexis Sanchez l-aktar player imħallas tagħhom dejjem jekk huwa jagħżel li jingħaqad magħhom. Dan hekk kif huma lesti li joffrulu s-somma at' €480,000 fil-ġimgħa. Dan il-plejer internazzjonali miċ-Ċili ilu jissemma' li jista' jħalli lil Arsenal, b'Bayern Munich u Manchester City jinsabu interessati fl- akkwist tiegħu, iżda l-ġganti Ġermaniżi jinsabu lesti li jiżbqu s-salarju ta' €288,000 fil-ġimgħa li għandu Robert Lewandowski, u jagħmlu lil Alexis Sanchez l-aktar plejer imħallas tagħhom. JEAN-MICHAEL SERI -Roma kellhom offerta rifjutata għall-player ta' Nice li qed jiġi segwit ukoll minn Tottenham Hotspur, Jean-Michael Seri. Nice mhux se jkunu qed jaċċettaw offerti ta' inqas minn €40 miljun li hija l-klawżola tar-release ta' dan il-plejer, bl-Ispurs issa jinsabu lesti li jerġgħu jiftħu t-taħdidiet ma' Nice rigward l-akkwist ta' dan il-plejer. Dan il-plejer qed jattira wkoll l-interess ta' Arsenal waqt li kellu offerta ta' €10 miljuni miċ-Ċiniżi ta' Beijing Guoan. minn Cristian Antony Muscat KYLIAN MBAPPE - Real Madrid se jkunu qed ifittxu li jassiguraw is-servizzi ta' Kylian Mbappe matul dan is-sajf u mbagħad ituh permess biex iqatta' l-istaġun li ġej b'self ma' Monaco. Dan l-attakkant żagħżugħ huwa l-aktar talent imfittex bħalissa fl-isfera tal-futbol mondjali u hemm dievrsi clubs oħra bl-aktar fosthom ikunu PSG li qed isegwu l-passi tiegħu. Iżda Real Madrid jinsabu kunfidenti li se jiksbu s-servizzi ta' dan il-player b'mod permanenti qabel ma jtuh b'self għal sena lil Monaco. ANTOINE GRIEZMANN - Manchester United jistgħu jirrinovaw l-interess tagħhom fl-attakkant ta' Atletico Madrid, Antoine Griezmann, bir-Red Devils qed ifittxu li jilħqu ftehim mal-attakkant ta' Real Madrid, Alvaro Morata. L-istorja qed tikkomplika ftit ruħha għal Manchester United, fit-tfittxija ta' attakkant ta' ċertu livell hekk kif it-tim minn Old Trafford qed isegwi l-progress ta' Griezmann, Morata u l-player ta' Everton,Romelu Lukaku. Dan tal-aħħar jidher li se jkun qed jingħaqad ma' Chelsea, madankollu waqt li x-xewqa ta' Real Madrid li jakkwistaw lil David de Gea bħala parti mit- trasferiment ta' Morata, qed titqies bħala xkiel għal Manchester United.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017