Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
9 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Il-kannabis tibqa' l-iktar droga komuni fost il-Maltin Rapport Ewropew juri kif f 'Malta, wieħed iħallas iktar għal droga inqas pura Minn Veronica Lynn Mizzi ID-DROGA Kannabis hija l-iktar droga komuni fost il-Maltin, b'iktar minn 4% ta' dawk li għandhom bejn it-18 u l-65 sena jkunu kkunsmaw din id-droga xi darba f 'ħajjithom. Fil-fatt, dan in-numru jkompli jitla' meta tikkunsidra biss liż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena, b'iktar minn 5% tagħhom, bil-ġuvintur ikunu iktar prevalenti mit-tfajliet. Din ix-xejra ta' żgħażagħ iktar familjari ma' din it-tip ta' droga, tkompli tidher ukoll mill-fatt li l-età medja tal-ewwel darba li persuna tmiss mal-kannabis hija ta' 19-il sena. Dawn il-figuri u statistiċi joħorġu fid-deher f 'rapport dwar pajjiżna miċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u l-Vizzji tad-Droga, li huwa bbażat fuq l-iktar statistika riċenti, jiġifieri tal-2015. Il-kannabis tkompli tidher bħala l-iktar droga komuni f 'pajjiżna, iktar u iktar meta tqabbilha mat-tipi differenti l-oħra tad-droga, bħall-kokaina, eroina u LSD fost l-oħrajn, b'1.4% tal- adulti jkunu għamlu użu minn dawn id-drogi xi darba f 'ħajjithom. L-istess rapport joħroġ fid-deher il- kwalità u l-purità tad-droga maqbuda u kkunsmata f 'Malta, meta mqabbla ma' pajjiżi oħra Ewropej. Fl-istess waqt, dan jitqabbel mal-prezzijiet li jitħallsu f 'Malta għall-istess droga, bi kwalità inferjuri. L-irġiel jibqgħu f 'maġġoranza assoluta meta jfittxu l-għajnuna Meta wieħed iħares imbagħad lejn ir-riskji u l-konsegwenzi li jġibu magħhom id-drogi, f 'pajjiżna l-eroina tibqa' l-iktar droga illegali li hi marbuta ma' konsegwenzi serji tas- saħħa, legali u anke soċjali. Fl-istess waqt iżda, in-numru ta' persuni li fittxew l-għajnuna speċjalizzata għat-trattament fuq medja, għola meta mqabbel tas-sena ta' qabel fejn jidħlu d-drogi bħall- kokaina u l-eroina, anke jekk fil-każ tal-eroina kien hemm tnaqqis drastiku fin-numru jekk tqabbel ma' 10 snin qabel. F'dawn il-każi li tiġi mfittxija l-għajnuna, il-maġġoranza assoluta tal-persuni jkunu rġiel b'medja ta' 84%. Erba' darbiet iktar imwiet bid-droga mis-sena ta' qabel Il-figuri f 'dan ir-rapport Ewropew jixhed tnaqqis fir-rata ta' overdoses irrappurtati meta mqabbel mar-rata fil-ħames snin ta' qabel. Fil-fatt, fl-2015, meta hi bbażata l-istatistika ta' dan ir-rapport, kienu ġew irrappurtati 33 każ ta' overdose, li b'xorti tajba ma kinux fatali. Fl-istess waqt, l-imwiet ikkawżati mid-drogi tul l-2015 ra żieda ta' erba' darbiet aktar fuq l-imwiet fis-sena ta' qabel, b'total ta' 8, meta mqabbel mat-2 tal-2014. L-età medja ta' dawk li mietu bid-droga fl-2015 kienet ta' 36 sena. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel l-etajiet ta' dawk li tilfu ħajjithom minħabba d-droga f 'Malta, ma' dawk fl-Unjoni Ewropea jara li hemm konċentrazzjoni qawwija fuq grupp ta' etajiet, ta' bejn l-20 u l-45, bl-akbar ammonti jkunu dawk ta' bejn it-30 u l-34 sena u dawk ta' bejn l-45 u d-49 sena. Għaldaqstant, meta mqabbel mar-rata ta' etajiet fl-Unjoni Ewropea, Malta ma rreġistratx imwiet f 'persuni li għandhom inqas minn 20 sena, jew iktar minn 49 sena. Il-grupp ta' età li kellu l-akbar rata ta' persuni li mietu kawża ta' droga fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kien fil-fatt dawk il-persuni li kellhom bejn 35 u 39 sena. Ir-rata f 'pajjiżna allura, tista' tiġi kkunsidrata bħala iktar għolja mill- medja Ewropea. Il-kannabis l-iktar droga maqbuda f 'Malta Id-droga kannabis, minbarra li hi l-iktar waħda komunement ikkunsmata fil-pajjiż, hija wkoll l-iktar waħda maqbuda mill-awtoritajiet. Ir- rapport Ewropew juri kif il-kannabis hija l-unika droga li minbarra li tiġi kkunsmata fil-pajjiż, hija kkultivata u mkabbra f 'Malta, minħabba l-klima ideali tal-pajjiż. F'bosta mill-każi, il-kannabis ikun misjub li tiġi mkabbra għall-użu personali, għalkemm ġieli nstabu każi ta' operazzjonijiet kummerċjali. Ir-raża tal-kannabis, f 'Malta ġeneralment tiġi impurtata mit- Tuneżija u l-Libja, waqt li l-eroina ssib ruħha f 'pajjiżna mit-Turkija via l-Afrika ta' Fuq jew pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa. Min-naħa l-oħra, il-kokaina ġeneralment tiddaħħal f 'Malta minn Spanja, bi drogi sintetiċi, l-iktar li jidħlu fil-pajjiż minn inħawi differenti fl-Ewropa, partikolarment mill- Olanda. Ir-rapport Ewropew juri wkoll kif in-numru ta' qabdiet ta' droga f 'Malta, irduppjaw bejn l-2009 u l-2015. Fil- fatt, in-numru ta' qabdiet ta' kannabis biss, jaqbeż it-300 fl-2015, u dan meta mqabbel mal-200 tas-sena ta' qabel. Meta wieħed jikkunsidra d-droga maqbuda, f 'termini ta' kwantità, fl- 2015 kienet ġiet irreġistrata żieda fuq is-sena ta' qabel. Prezzijiet għolja għal kwalità inferjuri Ir-rapport Ewropew joħroġ fid-deher il-kwalità tad-droga fil-pajjiż, u dan partikolarment meta mqabbel mal- prezzijiet li jitħallsu. Fil-fatt, ir-raża tal-kannabbis li qieħed jakkwista minn Malta, tara l-purità tagħha tvarja bejn 4 u 11%, bir-rata medja fl-Ewropa tkun ta' 87%. Min-naħa l-oħra, meta wieħed jara l-prezzijiet imħallsa, ir-rata medja Ewropea hi ta' €47 għal kull gramma, filwaqt li f 'pajjiżna, din iġġib prezzijiet ta' bejn €15 u €30. Għaldaqstant, b'hekk jidher li f 'Malta wieħed iħallas ftit inqas mir-rata medja fl-Ewropa għal kull gramma, iżda jieħu kwalità ferm inqas minn dik medja. 'L-imwiet bid-droga fl-2015 skont l-età'