Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Opinjoni 22 Libsa tista' tinbiegħ għal $4.8 miljun? Iva, jekk tkun libsitha l-attriċi Marilyn Monroe f 'għeluq snin il- President John F Kennedy. Il-libsa nbiegħet mill-irkantaturi Julien's Auctions ta' Los Angeles. Il-prezz tal- libsa lewn il-ġilda u miksija b'2,5000 kristall, tixhed kemm id-dinja tilfet kull sens ta' proporzjon. Bl-appelli morali kollha tagħhom, istituzzjonijiet bħall-Ġnus Magħquda u l-UNICEF huma gidba minn fuq s'isfel. MQL: ħamsin sena wara Kif kien mistenni, id-ditta Horizons ħarġet fis-suq tal-kotba il- pubblikazzjoni Siparju (editur, Alfred Degabriele). Dan hu ktieb li ħareġ biex ifakkar il-ħamsin anniversarju mill-ħolqien tal-Moviment Qawmien Letterarju (MQL). Siparju jesponi l-fehmiet ta' protagonisti bħal Victor Fenech, Charles Flores, Degabriele nnifsu, Oliver Friggieri, Lillian Sciberras u Alfred Sant. Għalkemm pjuttost fil-"periferija" tal-Moviment, il- preżentazzjoni ta' Sant hi waħda mill- aktar perċettivi u politikament inċiżiva. Korijiet F'dawn il-ġranet waslu f 'Malta l-London Oriana Church Choir u l-Kor tal-Kappella Sistina. Il- programm tal-Oriana f 'Malta jimxi tul diversi sekli, minn Monteverdi sal-Palestrina. Kunċert ieħor ta' min isemmi li sar f 'dawn il-ġranet hu In nomine Domine ippreżentat mill-Kor ta' Santa Monika fil-Katidral tal-Imdina, bis-sehem tat-tenur Ingliż Nicholas Mulroy. Il-kunċert kopra 300 sena ta' mużika sagra. Dan huma avvenimenti li jikkanċellaw il-medjokrità li ta' spiss joffri t-televiżjoni lokali meta tqabblu, pereżempju, ma' dak li rajna dan l-aħħar mill-arena ta' Verona fuq ir- RAI. Martri Vjetnamiża Wieħed mill-awturi l-aktar famużi tal-Lvant Imbiegħed hu Shusako Endo (The Life of Jesus u The Final Martyrs, fost xogħlijiet oħrajn). Hemm qaddisa magħrufa Vjetnamiża li ħadmet bħala koka f 'lukanda żgħira kattolika għan-nisa żgħażagħ. Fl-1861 stakkament ta' suldati antiklerikali invadew l-ospizju u ħatfu grupp ta' seminaristi. Il-koka ġiet arrestata mal- grupp u nqatlet magħhom. Kienu jafu li qed tistennihom mewt ċerta imma ma beżgħux. ACN Malta It-terroristi tal-ISIS għamlu ħerba sħiħa fil-wesgħat bibbliċi ta' Niniveh. Tal-inqas 50% tad-djar inqerdu mill- estremisti. Tfarrku mijiet ta' ikoni reliġjużi u għad hemm bosta splussivi moħbija. L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tgħin eluf ta' refuġjati. L-ACN qed tagħti appoġġ kontinwu permezz ta' kaxxi bl-ikel kull xahar. L-ACN għandha fergħa f 'Malta u tippubblika fuljett dwar il-familji terrorizzati. Min irid jagħti xi forma ta' kontribuzzjoni jista' jikkuntattja lill-ACN fl-indirizz 39b, Triq l-Imdina, Ħ'Attard, ATD 9038 jew is-sit elettroniku www.acnmalta.org L-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju U niġu għall-politika f 'Malta. Wara r-riżultat tal-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju, Malta xegħlet bl- ispekulazzjonijiet. X'se jagħmel Simon Busuttil quddiem il-baħħ li nħoloq fil-PN? Veru li se jerġa' lura lejn il- Parlament Ewropew? Veru li bħala mexxejja tal-PN se teħodlu postu mara? X'sehem se jkollha Marlene Farrugia? Il-PN għandu kandidati li qatt jistgħu rebbħuh elezzjoni? Veru li kif kien jgħid Kennedy, il-poplu jakkwista l-Gvern li jixraqlu? Li hu żgur hu li fil-Parlament Malti se jkun hemm mara b'differenza. Nisa fil-Parlament kien hemm qabilha. Iżda ma kienx hemm nies bil-kuraġġ tagħha, li jmorru kontra l-kurrent tal-partit tagħha stess meta l-affarijiet kienu sejrin tant għan-niżla tal- korruzjoni. Marlene Farrugia kienet vuċi voċifera qawwija li ġġieldet, flimkien mas-sieħeb tagħha, biex il-Partit Laburista jerġa' jsib ruħu. Ruħu jidher li għadu ma sabhiex, imma l-folol reġgħu fgaw il-pjazza ta' quddiem il-Palazz u l-PL reġa' rebaħ b'marġni enormi ta' 35,000 vot. Il-PN irid tassew jara x'inhu jiġrilu. Il-messaġġ tiegħu mhux jasal. Il-poplu mhux jifhem il-messaġġ tal-PN, jew ma jridx jifhmu. Il-PN irid jerġa' jinbena, b'mod jew ieħor irid jaċċetta ilħna ġodda li jkollhom viżjoni ġdida għall-partit. Min-naħa tiegħu Joseph Muscat qed iwiegħed "rikonċiljazzjoni nazzjonali". Il-kiem għad irid jinbidel f 'fatti. L-edukazzjoni tal-bosk Fil-ġonna tal-President f 'San Anton għaddejja inizjattiva li tgħaqqad l-edukazzjoni mal-prioritajiet ekoloġiċi. Dan hu proġett li jressaq lit-tfal lejn prospetti alternattivi ta' istruzzjoni u jbegħedhom minn forom ta' negattività fl-imġiba ta' bejniethom. Il-kultura tal-bosk hi ferm ifjen minn dik tad-dħaħen. Jalla l-pajjiż ikollu aktar edukazzjoni ispirata mill-foresta. MARIO AZZOPARDI Il-gidba tal-valuri L-ironija tal-ħjata tal-kristalli kontra l-miżerja