Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Sports 28 F'ATMOSFERA brijuża, b'attendenza rekord fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, bil-preżenza tal- president tal-MFA Norman Darmanin Demajo u l-viċi-president Dr Matthew Paris, intlagħbet it-tielet u l-aħħar finali tal-Elite. Luxol ġew iddikjarati champions tal-Elite meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta' 7-5, f 'dik li ġiet deskritta bħala l-isbaħ logħba tal- istaġun. Wara erba' minuti milgħuba, kien Melvin Borg li fetaħ l-iskor għall- Beltin. Erba' minuti wara l-plejer internazzjonali Rumen ta' Luxol Emil Raducu ġab l-iskor indaqs. Meta kien fadal disa' minuti u disgħa u erbgħin sekonda għal tmiem l-ewwel taqsima, Rodrigo Ticz Patricio reġa' poġġa lill-Beltin fil-vantaġġ. Eżattament minuta wara, Glenn Bonello li kellu logħba mill-aqwa, reġa' ġab id-dro għal Luxol. B'hekk iż-żewġ timijiet daħlu għall-mistrieħ bl-iskor ta' 2-2. It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess ritmu li ż-żewġ timijiet kienu għaddejjin bih fl-ewwel taqsima. Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Raphael Felipe Ortiz de Oliveira skurja l-ħamsa u sebgħin gowl tiegħu tal-istaġun u reġa' poġġa lil Valletta fil- vantaġġ. Wara li ntlagħbu għaxar minuti oħra, kien imiss lill-Brażiljan l-ieħor ta' Luxol Celino Alves li reġa' ġab l-iskor indaqs. Kien hawn li Luxol żidu fl-inizjattiva tagħhom u komplew ikabbru l-vantaġġ f 'ħin qasir, permezz ta' Mark Zammit u Dejan Bizjak. Immedjatament il- Beltin irrispondew bil-gowl ta' Rodrigo Ticz Patricio. Minkejja li kien fadal l-aħħar minuta, iż-żewġ timijiet komplew jiskurjaw. Mark Zammit skurja t-tieni gowl personali tiegħu li tefa' lill-partitarji ta' Luxol f 'dilirju ta' ferħ. Għaldaqstant Valletta ma remewx ix-xugaman u rnexxielhom inaqqsu l-iskor b'awtogowl ta' Raducu. Iżda l-aħħar kelma kienet tal-plejer tal-logħba Glenn Bonello li meta kien fadal biss seba' sekondi ssiġġilla r-rebħa u r-rebħ tal-kampjonat tal-Elite għal Luxol. Wara tmiem il-logħba, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, flimkien mal- Viċi President Dr Matthew Paris, it-Teżoriera tal- FMA s-Sinjura Mireille Vella u rappreżentati mill-kumpanija Farsons f 'isem l-isponsor Gatorade, ippreżentaw il-midalji liż-żewġ timijiet u t-tazza lil captain ta' Luxol Mark Zammit. Kien hawn li Zammit għolla t-tazza 'l fuq fost il-ferħ kbir tat- tim kollu, diriġenti u partitarji ta' Luxol. B'hekk Luxol se jkunu t-tim Malti li jipparteċipa fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup. Ritratti - Joe Borg Plejers u timijiet ippremjati waqt il-lejla tal- preżentazzjoni mill-MAFA FTIT tal-ġranet ilu ġewwa stabbiliment fl-Imġarr saret il-preżentazzjoni annwali tat-trofej mirbuħa mit-timijiet affiljati mal- MAFA. Kienu ħamsa l-kompetizzjonijiet organizzati minn din l-assoċjazzjoni matul dan l-istaġun illi ntemm. Valletta St Pauls rebħu żewġ unuri hekk kif ħadu l-Joe Compagno Cup u l-ChristmasCup. Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ntrebaħ minn Marsa St Michael wara nuqqas ta' 22 sena filwaqt illi l-kompetizzjoni Knock-Out ntrebħet minn Senglea Gunners illi fil- finali rebħu proprju liċ- ChampionsMarsin. Min-naħa l-oħra Fleur de Lys CFK kellhom suċċess fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Denis di Maio, li jilgħab ma' Valletta St Pauls, rebaħ it-tazza tal-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt illi Mark Muscat ta' Valletta Stars skorja l-aktar gowls fit- Tieni Diviżjoni. Il-FairPlayTrophy intrebaħ minn Senglea Gunners. Tqassmu wkoll trofej u mementos għall-aqwa plejers ta' kull kategorija kif ukoll għal dawk illi rebħu l-plejer tax-xahar. Dan l-istaġun kien wieħed ta' suċċess għal Malta Amateur Football Association fejn apparti l-logħob ferm bilanċjat u eċitanti illi kien hemm, spikkat fost l-oħrajn is-sens ta' ħbiberija bejn id-disa' timijiet parteċipanti. Matul l-istaġun illi ġej 2017/2018, tliet timijiet ġodda ser ikunu qegħdin jagħmlu parti mill-MAFA hekk kif issa ser ikun hemm tnax-il tim maqsumin f 'żewġ diviżjonijiet. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Robert Busuttil. Luxol jirbħu l-isda nali u jirbħu l- kampjonat tal-Elite tal-Futsal It-tim tal-futsal ta' Luxol jiċċelebra bil-kbir ir-rebħ tal-Kampjonat tal-Elite. Il-captain ta' Luxol, Mark Zammit, jgħolli t-Tazza tar-rebħ tal-Kampjonat tal-Elite tal-Futsal. It-trofej li tqassmu mill-MAFA lir-rebbieħa rispettivi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017