Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Sports 30 ISSEGRETARJU Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Chris Agius riċentament żar ix- xogħlijiet li għaddejjin fuq il-padiljun tal-basketball f 'Ta Qali. Huwa kien milqugħ u mdawwar mas-sit mill- President tal-MBA Paul Sultana li spjega li x-xogħol jinsab fit-tielet ġimgħa tiegħu u s'issa diġà żżarma ħafna mill-hangar li jmur lura għal żmien il-gwerra. Fil-fatt se tinżamm biss l-istruttura tal-ħadid li magħha se jintrabat saqaf ġdid li possibilment fuqu jistgħu jitpoġġew pannelli solari biex hekk tkun imtaffa l-ispiża tal-konsum tad-dawl. Ix-xogħlijiet bdew dan ix- xahar u mistennija jitlestew f 'Awwissu biex ikunu lesti għall-bidu tal-istaġun li ġej. Il-proġett huwa kollu ffinanzjat minn SportMalta. Il-bdil tal-hangar innifsu huwa l-ewwel fażi tal-proġett u wara fit-tieni fażi ser jinbena stand ikbar u jitranġaw il-faċilitajiet anċillari. Tajjeb wieħed isemmi li l-art tal- Padiljun se tibqa' dik li hi hekk kif din inbidlet riċentement wara l-ħsara li sarlu l-padiljun minħabba xita qawwija li kienet laqtet il-gżejjer. Il-Padiljun tal- basketball ilu mibni għexieren ta' snin u serva ta' hangar fil- gwerra. Kien fis-snin sebgħin li ngħata lill- assoċjazzjoni sabiex tużah għal-logħob tal- basketball. Tliet titli prestiġjużi jintrebħu minn Topspin Table Tennis Academy LAKKADEMJA Topspin irnexxielha tikseb unur kbir fil-Kampjonati tal- Kbar tat-Table Tennis f 'Malta. Dan hekk kif il-Kowċis tal-Akkademja Edward Baldacchino u Daniel Bajada kisbu l-ewwel post fil-Men's Doubles għar-raba' sena konsekuttiva, wara li għelbu lil James Camilleri u lil Mario Genovese fis- semifinali, kif ukoll lil Umberto Borg Cardona u lil Andrew Gambina fil-finali. Apparti dan, għat-tielet sena konsekuttiva, Edward Baldacchino flimkien ma' Dorianne Magri rnexxielhom jaslu sal- quċċata tal-Mixed Doubles wara li għelbu lil Daniel Bajada u lil Anthea Cutajar fil-finali b'taqtigħa għal kull punt. Għaldaqstant, l-Akkademja tixtieq tifraħ lill-istudenta Anthea Cutajar hekk kif ta' 12-il sena biss irnexxielha tagħti prestazzjonijiet mill- isbaħ tant li wassluha biex tikseb it-tieni post fil-Mixed Doubles. Barra minn hekk, l-Akkademja tinsab sodisfatta wkoll bir-riżultati miksuba mill-Kowċ Alex Soler u mill-istudenta May Zahra, kif ukoll bil- prestazzjonijiet ta' Nicole Cutajar u Jurgen Sammut hekk kif fil-Mixed Doubles irnexxielhom jaslu sas- semifinali. Minbarra dan, għas-sitt sena konsekuttiva, Daniel Bajada kiseb it-titlu ta' champion nazzjonali tal- Kampjonati tal-Kbar ta' Malta wara li għeleb lil Gabriel Grixti fil-finali b'punteġġ ta' 4-1. L-Akkademja tixtieq tfakkar li fis-6 ta' Lulju se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-iskola sajf, hekk kif għal sen'oħra se tkun qed tilqa' għadd ta' studenti ġodda, subien u bniet. Għal din is-sena, l-Akkademja stiednet lil Joan Nogueres Garcia, kowċ Spanjol ikkwalifikat, kif ukoll lill-Psikologa tal-Isport Dr Adele Muscat u lill-Kowċ tal-Fitness Karl Sciortino biex ikunu parti mis-suċċess tal-Akkademja. Għal iktar tagħrif wieħed jista' jċempel lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri li hija studenta u s-segretarja ta' Topspin Table Tennis Academy. Il-membri kollha ta' TopSpin Table Tennis Academy imkien mal-kowċ Edward Baldacchino. Miexi b'ritmu tajjeb ix-xogħol fuq il-Padiljun tal-Basketball f 'Ta' Qali Pawlu Sultana jispjega d-dettall l-aħħar xogħlijiet li qed isiru l-Padiljun tal-Basketball f 'Ta' Qali lill-Onorevoli Chris Agius. Ritratt - Rodney Cassar Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017