Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Chris Said jgħid li l-ewwel trid issir riflessjoni dwar it-telfa tal-PN Tkompli minn paġna 1 MISTOQSI minn din il-gazzetta jekk kienx qed jirreferi għal xi ħadd speċifiku mill-PN meta rrefera għat-'tgħajjir', Grech ċaħad, qal li dan jgħodd għal kulħadd u żied jgħid ukoll li min ikun fl-ogħla kariga tal-partit "jeħtieġ li jmexxi bl-eżempju." Grech, li kien elett b'suċċess mill-ewwel distrett f 'isem il-Partit Nazzjonalista, qal illi bosta nies avviċinawh u ħeġġewh biex jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-PN. "Imma l-affarijiet jeħtieġ iseħħu pass, pass. L-ewwel jeħtieġ naraw b'mod definittiv x'se jiġri u jekk Busuttil hux se jibqa' fil-kariga." Grech aċċerta lil din il-gazzetta illi jekk Busuttil jibqa' kap tal- PN hu jkun leali lejh u jibqa' jagħti kull kontribut possibbli lill-PN. Id-Deputat Nazzjonalista saħaq illi il-PN jeħtieġ li jħarrax il-battalja fuq diversi livelli ta' politika, "jeħtieġ ikollna pożizzjoni iktar b'saħħitha fuq kwistjonijiet bħall-faqar u housing, fejn hemm fallimenti kbar," tenna Grech. Claudio Grech kien elett fl-ewwel distrett b'2,606 vot mill-ewwel distrett elettorali fl-elezzjoni ta' ġimagħtejn ilu. Fuq l-istess distrett fl-2013, Grech kien elett b'1,883 vot. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat elettorali li kiseb Grech sostna hekk: 'Dan ir-riżlutat ksibnieh kontra ħafna kurrenti, partikolarment kontra l-establishment tal- politika tal-passat. F'dawn l-aħħar ġimgħat jien u familti ħabbatna wiċċna ma' mumenti diffiċli iżda dan saħħaħna u lili jimlini b'determinazzjoni biex inkompli nagħmel il-parti tiegħi u biex nibqa' nħaddan politika ta' rispett lejn kulħadd.' Dan il-kumment kien kwotat mill-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon li fuq il-gazzetta Maltatoday ta' nhar il-Ħadd li għadda sostna li kien 'sigriet magħruf ' li Grech ma kienx jaqbel mal- mod "agressiv" illi bih l-PN kien qed iġib ruħu fl-ewwel leġiżlatura ta' Gvern Laburista. "Huwa kien il-vuċi favur pożizzjoni aktar sana u inqas isterika...għalija ma kienet ebda sorpriża li l-magna tal- partit kienet se tagħmel minn kollox biex tagħti gambetta lil Grech u jikkumplottaw il- waqgħa tiegħu billi ma jerġax ikun elett fil-Parlament." Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt ukoll mad-Deputat Għawdxi Chris Said li sal-ġimgħa l-oħra stess kien irrappurtat fuq il-gazzetta tal-Partit Laburista; Kulħadd, illi għandu interess li jokkupa l-pożizzjoni ta' Busuttil. Mistoqsi jikkonfermax dan Said sostna li "l-għaqal jitlob li f 'dan il-mument nirriflettu fuq dak li ġara. Imbagħad jasal il-mument li jsiru l-għażliet. Jien kont, għadni u nibqa' dispost li nservi kif u fejn jitlobni l-partit." Chris Said huwa l-aktar kandidat li kiseb voti fit- tlettax-il distrett għall-PN fl-aħħar elezzjoni, b'4,642 vot. Said huwa t-tieni l-aktar li ġab voti f 'Għawdex wara l-eks Ministru Anton Refalo. Chris Said ma jeskludix imma jgħid li l-ewwel il-PN jeħtieġ jirrifletti