Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JAMES RODRIGUEZ - PSG jinsabu fil-pole position biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Real Madrid, James Rodriguez. B'dan il-plejer Kolumbjan qed ifittex li jilgħab b'mod iktar regolari, diversi klabbs ewlenin Ewropej fosthom Manchester United ilhom isegwu l-progress ta' dan il-player, iżda l-Franċiżi huma rrapurtati li jistgħu jilħqu s-somma mitluba mill-Madrileni għall-akkwist ta' dan il-plejer. VICTOR LINDELOF - Manchester United laħqu ftehim ma' Benfica biex jiffirmaw lil Victor Lindelof. Huwa laħaq ftehim personali mar-Red Devils u ngħaqad b'mod uffiċjali magħhom wara l-logħba internazzjonali li l-Isvezja lagħbet kontra n-Norveġja nhar it-Tlieta li għadda. Manchester United akkwistaw lil dan il-plejer mingħand Benfica għas-somma ta' €35 miljun. CRISTIANO RONALDO - Cristiano Ronaldo jista' jkun fiċ-ċentru ta' offerta sensazzjonali ta' €200 miljun mingħand klabb miċ-Chinese Super League. Dan il-fenomenu Portugiż ilu jiġi segwit minn diversi klabbs Ċiniżi għalkemm huwa dejjem tenna li l-futur tiegħu se jkun wieħed esklussivament ma' Real Madrid. Issa, għalkemm għandu kuntratt mat-tim mill-kapitali Spanjola sal-2021, huwa mifhum li Ronaldo jista' jiġi offrut salarju ta' €120 miljun jekk jaċċetta li jingħaqad ma' club partikolari fiċ-Ċina. EMIL FORSBERG - RB Leipzig iridu €30 miljun għal Emil Forsberg u rrifjutaw offerta ta' €18-il miljun mingħand AC Milan għal dan il-winger. Dan il-player ta' 25 sena temm fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers f 'dak li għandu x'jaqsam ma' assists matul l-istaġun li għadda, waqt li ġibed l-attenzjoni wkoll minn Roma, Arsenal u Bayern Munich. Għadu mhux magħruf x'se jkun l-eżitu finali ta' din it-trattattiva - li hu żgur hu li RB Leipzig mhux se jkunu qed iċedu lil dan il-plejer għal somma ta' inqas minn €30 miljun. LIONEL MESSI - Il-kuntratt il-ġdid ta' Lionel Messi ma' Barcelona se jkun qed jarah jaqla' s-somma massiva ta' €72,000 kuljum. Permezz ta' dan il-kuntratt, huwa se jkun qed jibqa' mal- Katalani sal-2021, bl-għażla li jġedded il-kuntratt tiegħu b'sena oħra, waqt li se jkollu klawżola tar-release li tammonta għal xejn inqas minn €400 miljun. B'hekk, kollox qed jindika li l-futur ta' Messi se jkun wieħed esklussivament ma' Barcelona. MOHAMED SALAH - Liverpool qed jersqu dejjem iktar viċin ftehim rigward somma biex jakkwistaw lill-winger ta' Roma Mohamed Salah. Somma inizjali ta' £35 miljun hija mistennija għal dan il-plejer internazzjonali Eġizzjan b'£4 miljuni oħra bħala żieda mir-Red biex jippruvaw jipperswadu lil Roma biex jingħaqad magħhom. Dan hekk kif dan il-plejer igawdiu stima kbira mill-manager tar-Reds Jurgen Klopp u fil-fatt għamlu bħala t-tragward ewlieni għal dan is-sajf. WAYNE ROONEY - Wayne Rooney qed jikkunsidra li jibqa' jilgħab ma' Manchester United għal staġun ieħor iktar milli jagħżel li jingħaqad ma' klabb ieħor fosthom fiċ-Ċina matul dan is-sajf. Dan l-attakkant se jkun qed jagħmel id-deċiżjoni finali meta jirritorna minn vaganza. Riċentament huwa ssemma' wkoll li seta' jirritorna mal-eks klabb tiegħu Everton fejn hemmhekk itemm il-karriera. L-eżitu finali ta' din is-saga huwa mistenni fil-jiem li ġejjin. ALVARO MORATA - Manchester United laħqu ftehim ma' Real Madrid biex jakkwistaw lil Alvaro Morata għas-somma ta' €73 miljun. Dan l-attakkant mistenni jasal Manchester matul il-ġurnata tat-Tnejn biex jiffirma kuntratt ta' ħames snin mat-tim minn Old Trafford. Din is-somma tat-trasferiment se tkun qed tagħmel lil dan il-plejer ta' 24 senali fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Juventus, l-aktar plejer Spanjol li qatt sewa' flus fl-istorja. DIEGO COSTA - Chelsea se jkunu qed jagħtu permess lil Diego Costa biex jerġa' jingħaqad ma' Atletico Madrid għal nofs il-prezz li l-Blues kienu qed jitolbu għalih matul l-istaġun li għadda. Costa afferma li ma jinsabx fil-pjanijiet ta' Conte għall-istaġun li ġej u kien suġġett ta' offerta ta' €60 milun mingħand Atletico Madrid fl-2016 li iżda ma ġietx materjalizzata. Madankollu, Chelsea se jkunu qed iħallu lil Costa jingħaqad mal-eks klabb tiegħu għas-somma ta' €30 miljun. Dan għalkemm Atletico Madrid mhux se jkollhom il-permess li jiffirmaw plejers ġodda sa Jannar tal-2018.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017