Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 ILPARLAMENT Ewropew bagħat messaġġ b'saħħtu favur azzjoni konkreta kontra t-Tibdil fil-Klima hekk kif intlaħaq ftehim dwar leġiżlazzjoni biex l-emissjonijiet jonqsu fis- setturi tat-trasport, bini u agrikoltura b'terz sal-2030. Il-koalizzjoni progressiva mmexxija mis-Soċjalisti u Demokratiċi rnexxielha twaqqaf il-forzi konservattivi fil-Parlament Ewropew milli ddgħajjef l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet f 'dawn is-setturi. Ir-regolament magħruf bħala Effort- Sharing ġab l-appoġġ tal-Parlament b'534 vot favur, 88 kontra u 56 astensjonijiet. Din il- leġiżlazzjoni se tkun kruċjali għall-implimentazzjoni tal- ftehim ta' Pariġi (COP21). Miriam Dalli, bħala l-kelliema tas-Soċjalisti fuq l-Ambjent u r-rapporteur tagħhom fuq din il- leġiżlazzjoni, iddeskriviet il-vot bħala pass kbir 'il quddiem li jwassal għal miri aktar fit-tul sal-2050 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. 'Gruppi li huma favur l-ambjent ingħaqdu flimkien biex verament nagħmlu differenza. Il- Popolari Ewropej min-naħa l-oħra għamlu minn kollox biex idgħajfu dan il-ftehim. Jeħtieġ li nassiguraw li l-gvernijiet Ewropej jonoraw l-impenji li ħadu u jieħdu miżuri konkreti biex inaqqsu l-emissjonijiet. Kull settur jeħtieġ li jikkontribwixxi biex iwaqqaf l-impatti tat-Tibdil fil- Klima, u din il-leġiżlazzjoni tindirizza propju dan,' irrimarkat Dr Dalli. Il-pożizzjoni tas-Soċjalisti u Demokratiċi se twassal għal aktar kontrolli frekwenti biex jaraw li kull Stat Membru qed jimxi 'il quddiem fit-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-vot ittieħed wara dibattitu fil- Parlament Ewropew fuq id-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump li jirtira mill-ftehim ta' Pariġi. Miriam Dalli ddeskriviet din id-deċiżjoni bħala daqqa ta' ħarta lis-sens komun. 'Dan l-intopp mhux se jnaqqas mid- determinazzjoni tagħna biex naġixxu. Jeħtieġ li mmexxu u nispiraw. Dan huwa ż-żmien għal azzjoni konkreta. Iż-żmien fejn niddeċiedu bħala kontinent wieħed magħqud fuq liem naħa tal-istorja rridu nkunu,' enfasizzat Dr Dalli. Il-Parlament Ewropew kien indirizzat ukoll minn Hilda Heine, President tal-Gżejjer Marshall li regolarment jispiċċaw taħt l-ilma minħabba żieda fil-livell tal-baħar, u li qed jesperjenzaw spostament kbir ta' nies li jiċċaqilqu minħabba l-effetti tat-Tibdil fil-Klima. Il-PA se jiddiskuti l-irtirar ta' żvilupp f 'Kerċem ILBORD tal-Ippjanar ser jiddiskuti u jiddeciedi jekk għandux jigi rtirat permess ta' żvilupp li ngħata fuq sit protett ta' Għar Għerduf f 'Kerċem, Għawdex. F'Jannar li għadda, ingħata permess għall-iżvilupp biex tinbena terraced house fuq żewġ sulari. Meta l-applikazzjoni kienet qed tiġi pproċessata, id-Direttorat tal-Ippjanar ikkunsidra is-sit bħala żona arkeoloġika Klassi B. Ir-rekords tal-Gvern juru li dan s-sit ta' Għar Għerduf u ż-żona tal-madwar, sa 100m, kienu protetti bħala kategorija Klassi A f 'Ottubru tal-2000. L-istess diskrepanza dehret fuq is-sistema elettronika tal-Awtorità li hija użata mid-Direttorat tal- Ippjanar meta jiġu evalwati applikazzjonijiet tal-iżvilupp. Din id-diskrepanza ġiet innutata wara li ċ-Chairman tal-Kunsill Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, talab kjarifiċi dwar dan il-permess. Fid-dawl ta' din id- diskrepanza hemm bażi biex jiġi rtirat il-permess. Fid-dawl ta' dan il-fatt, se ssir investigazzjoni interna biex jiġi magħruf kif u għaliex kien hemm din id-diskrepanza fis- sistema. L-Awtorità se tkun ukoll tmexxi audit dwar l-informazzjoni kollha li hija ppubblikata fuq l-istess sistema onlajn. Il-Parlament Ewropew jieħu rwol ewlieni waqt li Trump jirtira mill-ftehim Miriam Dalli tmexxi koalizzjoni progressiva biex tnaqqas l-emissjonijiet bi 30% sal-2030

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017