Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 35 Range modern ikun ukoll jista' jilqa' u jorganizza kompetizzjoniet kbar ta' livell internazzjonali, bħal meta aħna nsiefru barra minn Malta biex nikkompetu. Tista' tgħid ukoll, jekk Malta rnexxielna noħorgu b'livell għoli f 'dan l-isport, b'ranges li forsi mhumiex l-aktar addattati għal dan l-isport, immaġina kemm jista' jogħla aktar il-livell b'ranges moderni. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- Federazzjoni Maltija tal-Isparar (MSSF)? Jiena membru reġistrat tal-MSSF li tinsab il-Bidnija. Din hija l-Federazjoni li nirrappreżenta kull darba li nsiefer u kif semmejt qabel, inqisha bħala t-tieni dar tiegħi għaliex dejjem insib appoġġ mingħandhom. Ilni membru magħhom għal dawn l-aħħar ħames snin u kburi ngħid li ltqajt ma' ħafna nies li jispirawni, fosthom il-kowċ tiegħi, Jimmy Bugeja. U dik mal-kowċ personali tiegħek, Jimmy Bugeja? Wara li rbaħt il- midalja tad-deheb f 'San Marino smajtek tgħidlu: "Din tiegħek!" - xhieda ċara li għandek gratitudni kbira lejh... Dak kollu li qed tgħid huwa minnu. Kif għidt fil-bidu, jiena ma trabbejtx ġewwa familja ta' dilettanti tal-isparar jew kaċċaturi. Jien fil-fatt niġi minn William Chetcuti mill-bogħod ħafna, imma qatt ma kont iltqajt miegħu qabel ma bdejt nispara. Jimmy Bugeja bdieni mix-xejn - jien lanqas kont naf x'inhuwa senter eżatt u kif iżżommu, aħseb u ara kif nispara! Huwa bniedem inkreddibli li qatt ma ltqajt ma' xi ħadd ieħor bħalu f 'ħajti. Huwa bniedem li għadda minn ħafna u għamel ħafna sagrifiċċji biex jitfa' lil Malta fuq quddiem, u b'dan qed nirriferi għas-suċċessi li ġab mat-tiraturi Maltin, William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb. Huwa bniedem li għandu paċenzja kbira u dejjem jemmen fija, ġieli anke meta jien stess ma jkollix fiduċja fija nnifsi. Ovvjament, jien kelli naħdem u nistinka biex inżid il-livell, imma Jimmy huwa kowċ inkredibbli għaliex kapaċi jispjegalek u jfiehmek mingħajr ħafna kliem. Huwa bniedem ċajtier ħafna u dejjem jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmilna ferħanin u nżommu ruħna kalmi waqt li nkunu qed nisparaw. Tgħallimt ħafna dwar il-ħajja mingħandu u tgħallimt ukoll kif nikber bħala persuna, u niżviluppa l-karattru tiegħi biex nkun b'saħħti f 'mumenti diffiċli f 'ħajti u fl- isport. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li ħalla mpatt kbir fuq ħajti. Jeżisti biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fl-isport tal-isparar? F'pajjiżna jeżistu żgħażagħ oħra bħalek li għandhom futur f 'dan l-isport mhux biss 'double trap shooting' iżda kategoriji oħra ta' sparar? Żgur li f 'pajjiżna hawn talent kbir fl- isparar, kemm fid-dixxiplini tal-iskeet u t-trap, kif ukoll fid-dixxiplini l-oħrajn. F'dawn l-aħħar snin rajt żieda ta' żgħażagħ li qed jitħarju jibdew u anke żgħażagħ li qegħdin juru li huma kapaċi għal dan l-isport. Però, sfortunatament naħseb li m'hawnx biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ. Dan għaliex bħala sport, ma tantx huwa popolari u minkejja li dan l-isport dejjem ġab suċċess lejn pajjiżna, sakemm ma tkunx dilettant tal-isport jew tfittex minn jinkoraġġik biex tibda, ma tantx issib minn fejn tibda u dan huwa għal bosta raġunijiet. Nibda bil-fatt li minkejja li huwa sport 'safe' ħafna għaliex huwa sport ikkontrollat bil-liġi u mmexxi skont ir-regoli tal-Pulizija u nagħmlu emfażi kbir dwar sigurtà, fl-aħħar mill-aħħar, aħna nużaw l-armi u jien naħseb li hemm min forsi jibża' jew jitbiegħed mill- isport tal-isparar għaliex forsi jassoċjawh ma' sport perikoluż, u dan jista' jkun qed ifixkel xi ftit milli jibdew. L-isport ukoll m'huwiex facli biex taqbdu u titgħallem u m'huwiex l-aktar sport li huwa komdu għall- bwiet ta' kulħadd. Biex tasal għal ċertu livell, trid tkun lest tinvesti ammont ta' ħin u flus. Però, jien nemmen li hawn potenzjal u talent enormi f 'pajjiżna fejn jidħol l-isport tal-isparar, u naħseb li bl- inċentivi u bl-investiment ta' shooting range ġdida, dalwaqt ma ndumux ma naraw aktar żgħażagħ jagħżlu li jibdew jipprattikaw dan l-isport tant sabiħ. X'appoġġ issib minn SportMalta kif ukoll mill-Kumitat Olimpiku Malti? Il-fatt li għandi l-fiduċja tagħhom diġà tiswa ħafna. Li jkollok il-fiduċja mingħand dawn l-organizzazzjonijiet tfisser ħafna għalija, għaliex naf li s-sagrifiċċji li nagħmel qegħdin jiġu apprezzatti. Apparti minn hekk, huma dejjem tawni appoġġ bl-inċentivi biex aktar nagħmel kuraġġ u nistinka, kif ukoll jgħinuni fit-taħriġ fiżiku u bilanċ bejn sport u edukazzjoni. Int qed tistudja wkoll fl-Università ta' Malta fejn f 'Ottubru li ġej tibda t-tielet sena fil-kors tant impenjattiv tal- Inġinerija Mekkanika. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju u mat-taħriġ tal- isparar? Din mhix dejjem faċli biex inlaħħaq u fil-fatt ġieli jkolli nagħmel kompromessi żgħar skont is- sitwazzjoni u skont xi kkun jirrikjedi l-aktar importanza f 'dak il-mument. Pereżempju issa għadni kif ġej minn San Marino fejn dawn il-Logħob saru ġimgħa qabel ma bdejt l-eżamijiet tal-Università. Kif tista' timmaġina, dan ma kienx l-aħjar żmien biex insiefer imma kienet opportunità li ma stajtx nitlef. B'konsegwenza, kelli ħafna inqas ħin biex nistudja imma xorta għamilt l-eżamijiet, għaliex ippruvajt inqassam il-ħin kif nista' biex inlaħħaq. U minħabba l-eżamijiet, kelli nitlef ukoll il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Grand Prix ta' Malta, li saret fl- istess ġimgħa fejn kelli l-eżamijiet. Kif tista' tara, biex inlaħħaq ikolli nispiċċa nagħmel sagrifiċċji u ġieli dak ifisser li nnaqqas ħafna mill-ħajja soċjali tiegħi wkoll biex inkun nista' nlaħħaq. Nammetti li nista' nqassam l-ħin tiegħi b'mod aħjar ukoll, però nipprova nserraħ rasi li nlaħħaq mal-istudju u mat-taħriġ għax naf li f 'dawn l-aħħar ħames snin dejjem irnexxieli nlaħħaq, allura kapaċi nlaħħaq issa wkoll! Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess li rnexxielek tikseb għalkemm għadek ta' età zgħira? Iva, fil-fatt nixtieq li minn qalbi nirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), SportMalta, il-Malta Shooting Sport Federation (MSSF), familjari u ħbieb u lil kull min dejjem tani u għadu jagħtini l-appoġġ neċessarju biex irnexxili nikseb dan is-suċċess! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fl-isport tal-isparar. Jekk tixtiequ tagħmlu sport differenti, fejn titgħallmu dixxiplina kompetittiva ħafna u fejn il- konċentrament jidħol ħafna, mela l-isparar jgħodd għalikom. Però, nixtieq nagħmilha ċara li dan l-isport m'huwiex sport fejn dejjem tista' tmur bl-intenzjoni li f 'temp qasir ta' żmien tista' tilħaq livell għoli. Ħafna mid-drabi, u nitkellem mill-esperjenza, dan l-isport jieħu ħafna ħin u prattika u jista' jkun frustranti ħafna sakemm tibda, imma l-isparar jagħti sens ta' sodisfazzjon kbir li naħseb ftit sports kapaċi jagħtu. tirbaħ u ġġib suċċess għal pajjiżek' Twieled t-18 ta' Novembru 1997 f 'Tal- Pietà. Kien ir-rivelazzjoni pożittiva waqt il- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino hekk kif rebaħ midalja tad-deheb storika għal Malta d-Double Trap. Qed jistudja -Università ta' Malta biex isir Inġinier Mekkaniku. GIANLUCA CHETCUTI Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017