Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 559 • 02 ta' Lulju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Aidan Jake Friggieri Ara paġni 26 u 27 NEWSPAPER POST Taqtigħa ħarxa bejn it-tliet kontestanti • Scicluna l-favorit imma Fearne b'kampanja qawwija fost id-delegati • Chris Cardona qed jappoġġja lil Helena Dalli Minn Albert Gauci Cunningham LELEZZJONI għal Deputat Mexxej ġdid tal-PL, liema persuna se tkun maħtura wkoll Deputat Prim Ministru hija waħda ħarxa ħafna u għalkemm jidher illi s'issa l-Ministru Edward Scicluna huwa l-favorit speċjalment fost dawk l-eqreb tal-Prim Ministru, delegati, deputati u ministri Laburisti li tkellmu mal-ILLUM ilkoll sostnew illi Fearne għaddej b'kampanja qawwija ħafna li tista' tbiddel l-eżitu tar-riżultat. Intant din il-gazzetta tinsab infurmata li d-Deputat Mexxej tal-PL għall- Affarijiet tal-Partit Chris Cardona qed jappoġġja, anke jekk mhux pubblikament, il-kandidatura ta' Helena Dalli. Tant li lbieraħ preżenti fil-ftuħ tal-kampanja tagħha kien hemm Jonathan Attard, eks uffiċjal tar- Relazzjonijiet Pubbliċi u impjegat fil-Ministeru ta' Cardona. F'intervista fuq din il-gazzetta (ara paġni 6 u 7) l-Ministru Edward Scicluna jerġa' jsostni illi kien il-PM Joseph Muscat li talbu biex jifforma 'front elettorali' miegħu qabel l-aħħar elezzjoni u li qallu biex jitfa' n-nomina għal din l-elezzjoni. L-istess sentiment esprimietu Dalli fil- ftuħ tal-kampanja tagħha lbieraħ u f 'kummenti li ħadet din il- gazzetta lil Fearne, dan qal li mhux biss għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru Muscat imma ta' Louis Grech ukoll, li jokkupa l-kariga li qed tkun ikkontestata. Tkompli f 'paġna 3 Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija favur l-iskrutinju IŻŻEWĠ persuni li s'issa għamlu l-intenzjoni tagħhom li jitfgħu n-nomina għall-kariga ta' Kap tal- PN pubblika, jaqblu li jsir skrutinju fuqhom infushom u fuq kull persuna li se tkun qed tieħu sehem fil-ġirja għall-ogħla kariga fil-PN. Kemm Chris Said kif ukoll Adrian Delia lbieraħ, qablu ma' suġġeriment li għamel ġurnalist tal-midja tal-PN, Dione Borg għal skrutinju serju ta' kull kandidat għall- kariga ta' Kap. Delia lbieraħ sostna li Borg jaf li hu dejjem ippromova u insista li dan l-iskrutinju fuq dawk kollha li jokkupaw kariga għolja fid-dinja tal-futbol. "Fil- politika, m'għandux ikun biss il-Kap imma kull kandidat li jrid iservi lill-poplu." L-istess sostna Said li qal illi dan l-iskrutinju għandu jaċċerta illi l-ebda rabtiet ma' negozju jew fil-ħajja professjonali ma jkunu jfissru inkwiet għall-PN.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017