Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Intervista 6 M eqjus bħala wieħed mill- aktar Ministri tal-Finanzi kompetenti u wieħed mill- aktar uċuħ prominenti l-kampanja elettorali Laburista. Edward Scicluna, kien elett b'7,242 vot minn żewġ disretti -aħħar elezzjoni biex kien it-tielet kandidat li l-aktar illi ġab voti, meta taqta' liż-żewġ mexxejja u żied it-total ta' voti tiegħu b'3,387 vot. Hawn qbil kważi unanimu illi Scicluna huwa Ministru kompetenti, anke jekk hemm min fil-PN li jargumenta illi l-kompetenzi tiegħu huma minfuħin iż-żejjed, kif hija perċezzjoni popolari wkoll illi Scicluna mhux politikant 'tat-triq' li jmur iħabbat il-bibien tan-nies. Allura x'fettillu jikkontesta elezzjoni għat-tieni l-ogħla kariga fil-PL u biex ikun fit-tieni l-ogħla kariga fit- tmexxija tal-pajjiż? "Jien meta nagħmel xi ħaġa nagħmilha bis-serjetà," sostna mill-ewwel Scicluna li fakkar kif lura għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2009 huwa kellu kampanja qawwija u professjonali li ratu jħabbat il-bibien tal-familji, bi programm televiżiv, messaġġ ikkoordinat fuq il-midja soċjali u saħansitra fotografu tal-kampanja. L-istess fl-2013 u anke issa, fl-2017, anke jekk kienet kampanja iqsar min-normal. Imma Scicluna, jew l-impressjoni ta' ħafna dwaru mhix ta' politiku li se jaċċetta faċilment talbiet nepotisti, speċjalment jekk inġusti. "Jiena sensittiv għall-bżonnijiet tan-nies u huwa pjaċir tiegħi li nkun milqugħ fi djarhom. Inti taqdi n-nies billi ddawwar l-ekonomija, toħloq ix-xogħol, billi provdejna ċ-child care u rajna ħafna familji mexjin 'il quddiem. Hekk qdejna lin-nies. Imbagħad għal affarijiet aktar personali jew indiviwali hemm il- customer care. Jiena f 'xogħli bħala Ministru tal-Finanzi għandi l-ħin niltaqa' ma' gruppi u għaqdiet, għal affarijiet individwali hemm strutturi apposta." 'Jien mhux teknokratiku...jiena Soċjalist' Perċezzjoni oħra popolari ta' Scicluna hija li huwa persuna teknokratika, maqtugħa mill- istrutturi tal-partit. Scicluna jiċħad dan bil-qawwa u jmur lura għas- snin ta' meta kien student ma' Lino Spiteri, fost oħrajn. "Dejjem ħsibna għall-ħaddiem, qalbi dejjem kienet maż-żgħir imma fuq livell ta' partit dejjem bqajt naħdem minn wara l-kwinti. Jekk kienx rapport dwar il-Lira Maltija u ż-żejt li kien talabni nagħmel l-eks PM Dom Mintoff, jekk hux pariri lil Alfred Sant dwar risposti fuq il-baġit. Imbagħad dħalt fil-politika meta Joseph Muscat sar Mexxej tal-Partit Laburista. Dak li ridt nagħmel, għamiltu fil-bank Ċentrali, pereżempju, u ħassejt li kien wasal il-mument li naħdem biex insaħħaħ il-viżjoni ta' Joseph Muscat." 'Muscat talabni biex nifforma front miegħu' Scicluna sostna li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali m'għamilhiex fatta li se jkun kandidat u fil-fatt mar fuq Muscat u talbu jekk iridux joħroġ. "Muscat kien staqsieni jekk hux qed niċċajta u qal illi hu xtaq li flimkien miegħu nifforma parti mill-front elettorali (tal-Partit Laburista)". Waqqaftu u rrimarkajtlu illi minn kliemu donnu qed jagħti l-impressjoni illi Muscat qed jappoġġja lilu f 'din it-tiġrija, li tinkludi wkoll lill-Ministri Chris Fearne u Helena Dalli. "Iva hu talabni, talabni noħroġ (għall- elezzjoni ta' Deputat Mexxej), mhux għax jiena ma ridtx imma jien m'għandi l-ebda ambizzjoni li nkun Kummissarju fi Brussell jew Prim Ministru," tkun ir-risposta ta' Scicluna. "Muscat kien komdu b'Louis Grech, għax ma kellux l-ambizzjoni li jkun PM," saħaq Scicluna. "Miegħi d-delegati moħħhom mistrieħ li meta u jekk qatt ikun hemm tiġrija għal xi kariga, mhux se jsibu kompetitur fija." "Jien mhux se nkun qiegħed hemm nistenna l-opportunità biex nieħu t-tmexxija tal-partit, kif kellu l-PN fiż-żewġ Viċi Kapijiet tiegħu." Scicluna mbagħad ikompli jgħid illi jemmen li fih Muscat se jsib forċina, "jekk ikolli bżonn nitkellem mas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika Muscat se jsibni, jekk se jkun hemm bżonn li nitkellem mal-Ministru tal- Finanzi Ġermaniż jaf li se mmur, kif mort meta kien hemm bżonn niddefendi isem pajjiżna mill- attakki li kienu qed isiru fuq is- sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna. Jiena nemmen li kapaċi nipprovdi riżorsa lill-Prim Ministru, mhux inkun vażun ornamentali tat-tiżjin." "Miegħi Muscat moħħu mistrieħ, niflaħ għall-piż." Nistaqsih allura jekk dan kollu li qed jgħid ifissirx li qed jeskludi b'mod definittiv li jikkontesta l-kariga ta' Mexxej tal-PL meta din tiġi vakata, bit-tweġiba tkun, "iva neskludi kompletament." Il-Moviment Laburista għandu ħajja tiegħu nnifsu Nistaqsi lil Scicluna jekk iħossx li kienet xi ftit prematura jew jekk kinitx nieqsa mill-għaqal l-istqarrija ta' Muscat li mhux se jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali oħra. "Qed ikun ġust u qed jgħid dak li dejjem qal," sostna Scicluna f 'referenza għall-fatt illi Joseph Muscat dejjem sostna li l-pjan tiegħu huwa li jibqa' Prim Ministru tal- pajjiż għal 10 snin. "Naturalment ħoloq xokk u dilemma, imma kien ġust mal-elettorat kif dejjem kien." Scicluna kompla jispjega kif il- Moviment Laburista llum għandu ħajja tiegħu nnifsu. "Mibni fuq il-progress ekonomiku, il-progress soċjali b'libertajiet ġodda, fuq l-idea li tiġġenera l-ġid u taħseb għaż-żgħir, fuq il-kunċett favur ix-xogħol. Vera li l-kampanja kienet mibnija fuq Muscat. Imma l-moviment qed jikber u qed jikkrea ħajja għalih innifsu, b'mod illi kapaċi jfittex u jsib min imexxih." Bħala Ministru ffaċċjajt tliet maltempati Nerġa' ndawwar naqra s-suġġett fuq il-kompetenzi ta' Scicluna bħala Ministru. Hemm min iħoss u jgħid illi s-suċċessi li kiseb Scicluna, kisibhom għax sab is-sodda mifruxa u għax baħri tajjeb fil-bnazzi. Imma meta jasal il-maltemp, kemm se jibqa' kompetenti Scicluna? Il-Ministru u Deputat PM prospettiv, b'nofs daħka jirrifjuta dan l-argument u jwieġeb; "mela ma kellniex maltemp, mela mhux bnazzi biss." Jgħid illi kemm ilu hu Ministru tal-Finanzi, il-pajjiż iffaċċja tliet maltempati. "L-ewwel kriżi li kellna fuq idejna huwa li Malta kienet iddaħlet fil- Proċeduri ta' Baġit Eċċessiv u kellna nikkonvinċu lill-Unjoni Ewropea biex tagħtina nifs u ma nidħlux fi programm ta' awsterità, kif daħlu 'Miegħi Muscat moħħu mistrieħ, Min se jneħħi Gvern li joħloq il-ġid, li jqassmu b'mod ġust u jagħti d-drittijiet? Jekk ikompli jwettaq ikun Gvern Laburista biss li jista' jwaqqa' lilu nnifsu, mhux xi ħadd iniżżlu mill- Gvern " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt