Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
illum Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 Sports 22 It-Tim Nazzjonali Malti tal-Masters jirbaħ tournament l-Belġju FILJIEM li għaddew, it-tim nazzjonali Malti tal-Masters rebaħ tournament fil-Belġju. F'dan it-tournament, b'kollox ħadu sehem tmien timijiet, bis-seba' l-oħra jkunu komposti minn plejers Irlandiżi, Belġjani, Ingliżi, tim Spanjol, ieħor Ġermaniż u ieħor bi plejers ibbażati fi Brussel u li jaħdmu fl- istituzzjonijiet Ewropej. Wara li rebħu l-grupp, it-tim Malti mmexxi mill- Kap tad-Delegazzjoni Mario Meli u l-kowċ Charles Agius, fis-semi- finali għeleb lil dak Ġermaniż ta' Hollunder bl-iskor ta' 2-0. Fil-finali ġiet reġistrata rebħa konvinċenti għal Malta bl-iskor ta' 6-1 fuq l-Ispanjoli ta' Racing Gando. Id-difensur Brian Said ġie magħżul bħala l-aħjar plejer tat- tournament. L-eroj fil-finali kien Renie Forace - awtur ta' żewġ gowls, waqt li tul il-kors tat-tournament spikka wkoll Michael Borg Olivier b'total ta' sitt gowls. It-Tim Nazzjonali tal-Masters l-Belġju. Vot unanimu mill-klabbs tal-Futsal favur ir-rifor- ma tal-Futsal proposta mill-MFA WAQT il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret il-ġimgħa l-oħra, il-klabbs tal-Futsal ivvutaw unaninimament favur ir-Riforma tal-Futsal hekk kif ġiet proposta mill-MFA bil-għan li jiġu introddoti serje ta' titjib fix-xhur li ġejjin. Bħala punt ta' tluq, l-MFA qed tirrikonoxxi l-importanza tal- Futsal bħala logħba komplimentari għall-futbol u li se tagħti s-sapport kollu meħtieġ għall-Futsal. F'dan ir-rigward, l-MFA tħoss li l-iżvilupp tal-logħba għandu jseħħ billi l-partijiet konċernati mall-futsal ikunu kkordinati b'kumitat li jaqa' taħt l-MFA. B'hekk se jinħoloq l-hekk imsejjaħ Futsal Committee li mill- istaġun li jmiss jieħu ħsieb l-istruttura tal-kampjonat u jfassal strateġija għas- snin li ġejjin li jinkludi wkoll rappreżentanza mis- settur tekniku, l-Youth FA u t-taqsima tar-referees. L-organizzazzjoni diretta tal-kampjonati nazzjonali se tkun delegata lill-iStanding Committee, li se jkun magħmul mir-rapprezentanti tal-klabbs parteċipi, bl- assistenza ta' Skrivan għall- Futsal li jkun impjegat fuq bażi full time mill-MFA. L-iStanding Committee se jkun irrapreżentat ukoll fil- Futsal Committee. Din it-tranżizzjoni se tiġi introdotta mill-istaġun li jmiss, bis-sehem tal- uffiċjali tal-FMA Mark Borg u Mireille Vella, li se jtemmu l-kariga tagħhom imma se jkunu qed jassistu lill-iStanding Committee f 'din it-tranżizzjoni sakemm ir-riforma tiġi implimentata kompletament. Sliema Wanderers jerġgħu jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal MILLEWWEL Diviżjoni tal-Futsal, kellna finali ferm interessanti bejn Sliema Wanderers u Msida SJ. Is-Slimiżi reġgħu rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni sena konsekuttiva meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 6-5. Ftuħ mill-aqwa għall- Wanderers li fl-ewwel minuta kisbu vantaġġ doppju permezz ta' Nikolay Fiipov u Christian Micallef. Fit-tieni minuta il- Misidjani naqsu l-iskor permezz ta' Mohammed Lamari. Ftit tal- minuti wara reġa' kien l-istess Lamari li ġab l-iskor indaqs. Il-logħba kompliet tisbieħ, tant li Msida rnexxielhom imorru fil-vantaġġ permezz ta' Chris Cardona. Daqs minuta wara, Paul Bugeja ġab id-dro għal Sliema. Lejn it-tmiem l-ewwel taqsima, Herbert Spiteri poġġa lill-Misidjani fil-vantaġġ u baqgħu hekk sal-ħin tal- mistrieħ. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il- plejer kowċ Aleksander Ribic reġa' gab id-dro għal Sliema. Wara li ż-żewġ timijiet damu ħin twil bl-iskor ta' 4-4, Ribic skurja t-tieni gowl personali u ġiegħel lil sħabu jibqgħu jemmnu fihom infushom. Aktar tard kien imiss lil Radovan Duric li rnexxielu jkabbar il-vantaġġ għal Sliema Wanderers. Meta kien fadal biss disa' sekondi, Ryan Xuereb naqqas l-iskor finali għal 6-5. Wara tmiem dan il- konfront, iż-żewġ settijiet ta' plejers ingħataw il-midalji kommemorativi. Fl-aħħarnett kien imiss lill-captain Slimiż Alan Galea li għolla t-tazza fost il-ferħ meritat ta' sħabu u l-partitarji preżenti ta' Sliema Wanderers. Plejers u diriġenti tat-tim tal-Futsal ta' Sliema jiċċelebraw ir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Ritratt - Joe Borg