Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 | illum Sports 21 "Inħossni wisq fortunata f 'ħajti" - Josephine Grima minn Cristian Antony Muscat JOSEPHINE Grima - il-captain tat-tim nazzjonali tal-basketball tan-nisa se tkun qed tilgħab fi Franza mal-klabb ta' Tregueux fin- National Feminine 2, mill-istaġun li ġej. Hi ffirmat kuntratt li se jkun qed jorbotha mal-klabb għal għaxar xhur, sal-aħħar tal-istaġun. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' sin il-plejer innifisha fejn talabha tagħti l-kummenti tagħha rigward il-midalja tad-deheb storika li hija rebħet ma' Malta waqt l-aħħar edizzjoni tal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino, kif ukoll kif qed tħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tagħha fi Franza. Hija qalet li: "Dawn l-aħħar Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar kienu specjali għalija speċjalment minħabba li kont ħierga minn xi injuries u bqajt sa qabel ma tlajna għaddejja bit-terapija u ma tantx kelli żmien favurija biex nittrenja mat- tim. Qalbi kienet magħhom imma moħħi kien inkwetat għar- riżultat tal-wirja u x'ħa noffri lit-tim ġaladarba nkunu bdejna l-logħob, iżda fir-realtà r-rizultat intwera xorta u ppruvajt lili nnifsi li l-moħħ meta tasal f 'ċerta età fil-karriera tiegħek, huwa importanti kważi daqs kemm hu importanti li tittrenja fiżikament u ovvjament ukoll li tkun kapaċi tiġġestixxi u tħoss lil ġismek biex tara x'hemm bżonn tagħmel mingħajr ma tesaġera biex tasal għall-kompetizzjoni fl-iktar stat tajjeb li tista'. Tlajt San Marino b'qalbi naqra beżgħana li ma jirnexxilniex ikollna wirjiet kif suppost anki minħabba li lejn l-aħħar tas- sessjonijiet ta' taħriġ tagħna ġewwa Malta peressli ħafna minna spiċċaw il-Kampjonat tard kienu wkoll mentalment għajjenin, u kien hem bżonn ta' ċertu brejk li għal ħafna mill-plejers ma kienx possibli għax ma kienx hemm żmien biżżejjed, iżda r-riżultat wera ferm differenti. Dan it-tim għalija kien wieħed speċjali. Kien hemm għaqda kbira bejn il-plejers, bla problema ta' xejn u l-ispirtu kumbattiv li kien hemm minn l-iżgħar plejer sal-ikbar waħda kien impekkabli. Il-kowċ tagħna Angela Adamoli u l-passjoni li tpoġġi f 'kull sessjoni ta' taħriġ u l-logħob huma xi ħaġa li ftit kowċis għandhom u permezz ta' dan lilna titrażmettilna entużjażmu kbir u mħabba lejn il- logħba. Hija ġġiegħlek tagħti l-mija fil-mija jekk mhux iktar ta' dak li tista' tagħti tant kemm temmen f 'kull plejer li għandha. Din il-midalja wisq sabiħa u hija waħda mill-isbaħ midalji li nista' ngħid li għandi. Is- sena 2017 kienet sena għalija ta' suċċessi. Nista' nibda billi nsemmi l-Kampjonat ma' Starlites Basketball Club li avolja ma rbaħniex il-Kampjonat, għalija kien wieħed speċjali. Kellna tim żgħir ħafna u t-tir ta' dan il-klabb kien ħafna iktar importanti milli jirbaħ il-Kampjonat, għax l-importanza kienet li jagħti l-esperjenza lill-plejers iż-żgħar u lil dawk il-plejers li ma kellhomx esperjenzi ta' play-offs fost oħrajn. Ir-riżultat kien impressjonanti fejn wasalna sal-play-offs u ma' kull min tiltaqa' kulħadd jgħid l-istess kelma: "Kemm nieħu gost narakhom tilagħbu!" Kien hemm alkimija wisq sabiħa u bis-saħħa ta' dan it-tim erġajt bdejt nieħu gost nilgħab. Imbagħad kif bdejt insemmi qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u din il-midalja tad-deheb għalija hija tant prestiġjuża u l-aħħar u mhux l-inqas il-fatt li erġajt iffirmajt ma' klabb ġewwa Franza. Din hija waħda mill- ikbar rebħiet f 'ħajti għalija li rnexxieli niġi Malta għal sentejn u se nerġa' mmur. Kelli opportunitajiet qabel u ma ħadthomx għax moħħi kien issetiljat hawn Malta, iżda l-verità hi li m'għandi xejn li torbotni hawnhekk u ma nixtieqx li fil-futur ikolli ndiema li ma sfruttajtx l-opportunitajiet kemm stajt. Issa għandi 11-il sena esperjenza wara dahri u ninsab ċerta li l-esperjenza li jmiss se nagħmel minn kollox biex tkun waħda mill- isbaħ waqt li nagħmel mezz biex anki l-ħajja personali u soċjali tiegħi tkompli b'mod normali. Inħossni wisq fortunata f 'ħajti u naf fiċ-ċert li Alla jinsab miegħi f 'kull deċiżjoni li nieħu f 'ħajti anki fl-isport," temmet tgħid Josephine Grima. Grima bil-midalja tad-deheb f 'San Marino. Josephine Grima fl-azzjoni f'San Marino.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017