Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Opinjoni 11 Ħ assejtni kburija nisma' lil Nisa Laburisti tissemma' waqt d-dibattitu Parlamentari dwar id-dħul u l-infiq tal-Awtorità tal- Protezzjoni tal-Embrijuni għas-sena 2017. Iva, ħassejtni sodisfatta nisma' lill- organizazzjoni li jien immexxi bħala President fi ħdan il-Partit Laburista; Nisa Laburisti tissemma' fil-Parlament għaliex ninsabu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, għaliex irridu li b'ġustizzja tinbidel il-liġi tal- IVF. Għaliex filwaqt li hemm deputat parlamentari tal-PN (le bilħaqq) tal-PD li jrid jikkundanana għaliex irridu tibdil fil-liġi tal-IVF biex nisa u rġiel Maltin ikollhom aċċess għal trattament tal-IVF ekwivalenti għal sħabhom l-Ewropej, fl-istess nifs nisa u rġiel Maltin u Għawdxin ma waqfux jiġu fuqna u jitkellmu magħna dwar il-bibien li qed tagħlqilhom il-liġi Maltija li mhijiex iggwidata mix-xjenza. Għal dan biss jien inkompli għaddejja sakemm nara li jsir it-tibdil meħtieġ u li tant hemm bżonn. Fl-istess ħin, il-kelma diżappunt mhix biżżejjed biex tiddeskrivi dak li ħassejt bl-atteġġjament arroganti ta' membru parlamentari mara u issa Deputat Speaker fil- konfront tal-iżgħar membru parlamentari mara waqt l-istess seduta parlamentari. Flok ikkumplimentatha għall- maiden speech tagħha, bħala l-iżgħar membru tal-Parlament Malti eletta fl-età ta' 28 sena biss, li jfisser li hija l-iżgħar membru mara f '70 sena wara Agatha Barbara, id-deputat mara llum deputat speaker insinwat fil-Parlament li d-diskors tal-Onor Rosianne Cutajar kitibulha xi ħadd u li ma tifhimx fis-suġġett, għal- liema insinwazzjoni Cutajar qajmet point of order u qalet li minkejja li l-iżgħar deputat għamlet riċerka u kapaċi tagħraf x'inhu tajjeb u fl-aħjar interess tal-familji Maltin u Għawdxin. U dan iwassalni għall-punt prinċipali, dan bullying, u fil-Parlament Malti dan it-tip ta' bullying għandu jinqata' wkoll. Bullying mhux biss tgħajjir jew atteġġjament irresponsabbli minn raġel fil-konfront ta' mara, imma anke minn mara fil-konfront ta' mara. Ma jawgurax tajjeb li d-deputat speaker ġdida fil-Parlament Malti użat tattika ta' bullying fil- konfront ta' mara żagħżugħa li għadha tibda t-triq tagħha fil-Parlament Malti. Nistaqsi, fejnhom l-għaqdiet tan-nisa, biex jikkoreġu lid-Deputy Speaker u juruha bil-fatti li l-attitudni li ħadet fil- Parlament Malti mhijiex the way forward għaliex il-bullying ma jagħmlekx superjuri aktar minn ħaddieħor. Anzi jniżżlek u jbaxxik. Tkellmu f 'istanzi oħra, nistenna li jitkellmu issa wkoll. Aħna bħala Nisa Laburisti tkellimna u ser nibqgħu nitkellmu għaliex aħna verament nappoġġjaw lin-nisa – bil-fatti u mhux biss bil-kliem. Sadanittant, Nisa Laburisti tilqa' b'sodisfazzjoni l-aħbar li l-Gvern permezz tal-Ministru Chris Fearne ser ikun qed iressaq 'il quddiem abbozz ta' emendi biex jibdel il-liġi preżenti tal-IVF. Nistennew li dawn l-emendi jitressqu fil- Parlament malajr kemm jista' jkun, però, nittamaw li dan l-abbozz ta' liġi ma jillimitax, ma tkunx liġi li torbot idejn ix-xjenza imma tkun liġi li tagħmel ġustizzja mingħajr telf ta' żmien. Kull sekonda li tgħaddi tkun tfisser li qed inċaħħdu mara, raġel, koppja, milli jħaddnu tarbija f 'idejhom u jeħduha magħhom id-dar. Min kellu jagħti l-proposti tiegħu tahom. L-iżgħar deputat membru tal-Parlament u membru ta' Nisa Laburisti Rosianne Cutajar reġgħet fakkret il-bidliet proposti minn Nisa Laburisti meta lura fl- 2015 ħadna sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika li kien nieda l-gvern biex ifittex proposti li kellhom iwasslu għal bidliet neċessarji fil-liġi tal-IVF. Minn hawnhekk nibgħat messaġġ lill-Ministru tas- Saħħa Chris Fearne. Nisa Laburisti ssostni l-pożizzjoni tagħha. Trid tara bidliet fl-età, li jiddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni, li jidħlu wkoll l-egg u sperm donations li l-pakkett ma jkunx jeskludi l-PGD u l-liġi m'għandhiex torbot idejn ix-xjenza għan- numru ta' ooctyes li jistgħu jiġu ffertilizzati. Jekk it-tibdil ikollu xi waħda minn dawn neqsin allura, xorta waħda nibqgħu nesportaw lill-koppji barra l-pajjiż. Ngħid dan għaliex tul dawn l-aħħar sentejn kienu numerużi n-nies – nisa u rġiel – li tkellmu miegħi anke b'mod personali b'diversi metodi inkluż posta elettronika, medja soċjali u anke wiċċ imb wicc mhux biss dwar l-intervent innifsu imma dwar il-ħajja personali tagħhom, inkluż kif ir-relazzjoni ta' bejniethom tbiddlet anke sforz li stress tas- sitwazzjoni. Jekk hawn min dan ma jafx bih, allura ngħidlu li huwa maqtugħ mill-poplu. Fl-istess ħin nibgħat messaġġ ċar ukoll lill-Oppożizzjoni tal-PN u tal-PD biex iħarsu f 'għajnejn dik l-omm u dak il-missier li wliedhom imwielda minn iffriżar tal-embrijuni u minn donazzjoni ta' bajda u jew sperma f 'interventi li saru barra l-pajjiż u għiduli x'tgħidulhom. Jekk għadkom ma għaraftux li din hija realtà f 'pajjiżna allura l-veru maqtugħin mir-realtà. Imbagħad ngħidilkom ħarsu lejn uliedhom bniedmin ulied Alla wkoll u għiduli aktar x'ser tgħidulhom. Jien ngħidilkom ieqfu. Ieqfu nisslu stigma fuq dawn it-tfal bid-diskors tagħkom sew jekk barra u sew jekk ġewwa l-Parlamenti Malti. Ejja bħala pajjiż naħdmu ħalli l-ġenituri ta' dawn it-tfal, l-aktar ta' tfal imwielda minn donazzjonijiet ta' bajda u sperma f 'interventi barra l-pajjiż ikunu jistgħu mingħajr biża' li wliedhom ser jiġu diskriminati jirrakkuntaw l-istorja vera lil uliedhom għax hekk xieraq u hekk ġust. Wasal iż-żmien li l-istituzzjonijiet anke dawk ta' appoġġ għall- familja jifhmu li dawn it-tfal qegħdin magħna u fostna u jekk dan għadhom m'għarfuhx inħeġġiġhom biex jagħrfuh. Daqskemm jien irrid lil uliedi jkunu kburin bl-istorja tagħhom, irrid u naf li bħali hemm oħrajn. Irrid nieħu wkoll l-okkażjoni biex nawgura li meta nhar l-Erbgħa li ser jitkompla t-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar żwieġ indaqs, ma jkunx hemm aktar diskors madwar terminoloġija legali li qiegħda hemmhekk biex tipproteġi l-ugwaljanza ta' kulħadd u minflok il-PN dawwarha f 'battalja għal suppost protezzjoni ta' kliem bħal omm u missier. Bħala omm jien omm ser nibqa' l-istess bħalma r-raġel tiegħi ser jibqa' jissejjaħ 'pà'. Il- liġi mhux qiegħda hemm dwar dan l-affarijiet imma biex meta koppja tal-istess sess tirċievi ċertifikat taż-żwieġ ikollhom referenza ġusta u mhux diskriminatorja. M'għandix dubju li l-Ministru Helena Dalli ser ikollha ċertifikat akbar milli qatt kellha dwar kemm hija kommessa favur id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ. Il-kelma diżappunt mhix biżżejjed biex tiddeskrivi dak li ħassejt bl- atteġġjament arroganti ta' membru parlamentari mara u issa Deputat Speaker fil-konfront tal-iżgħar membru parlamentari mara waqt l-istess seduta parlamentari. Flok ikkumplimentatha għall-maiden speech tagħha, bħala l-iżgħar membru tal-Parlament Malti eletta fl-età ta' 28 sena biss, li jfisser li hija l-iżgħar membru mara Irridu nimxu 'l quddiem CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017