Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
Sports 19 Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 | illum SPORTSillum IĊCHAMPION renjanti tad-dinja tal-Moto GP, il-fenemenu Spanjol, Marc Marquez rebaħ il-pole tal-Moto GP tal- Ġermanja waqt li ċaħħad lil Danilo Petrucci milli jikseb l-ewwel pole fil- karriera tiegħu meta għaddieh bi ftit inqas minn sekonda. Ta' nota huwa l-fatt li din kienet it-tmien pole konsekutttiva għal Marquez f 'dan iċ-ċirkwit fil-Ġermanja. Fit-tielet post se jkun qed jibda Dani Pedrosa fuq Repsol Honda waqt li fir-raba' post se jkun qed jibda Cal Crutchlow fuq LCR Honda. Iddiżappuntaw ferm iż-żewġ sewwieqa stabbiliti Jorge Lorenzo u Valentino Rossi li temmew biss fis-sitt u fid-disa' post rispettivament. Ta' diżappunt kien ukoll ir-riżultat miksub minn Andrea Dovizioso li temm fl-għaxar post kif ukoll dak miksub minn Maverisk Vinales li temm fil-11-il post tal-gradwatorja. Marc Marquez -azzjoni waqt il-pole tal-Ġermanja Prestazzjoni mill-aqwa għal Keith Galea f 'Palermo IĊCHAMPION ta' Malta tat-Triathlon, Keith Galea, riċentament ħa sehem fil-Mondello Cup Triathlon li saret f 'Palermo fi Sqallija. It-Triathlon kienet tikkonsisti fuq distanza Sprint jiġifieri għawma ta' 750m, rota ta' 22km u ġirja ta' 5km. It-tellieqa attirat ħafna atleti professjonali u dan kien test tajjeb għal Galea biex jikkumpara lilu nnifsu ma' atleti ta' livell għoli. Galea ħareġ mill-għawma fit-tmien post u għamel l-għawma f 'ħin ta' 10.40. Wara transizzjoni tajba Galea kien fil-grupp prinċipali biex kulħadd beda jaħdem flimkien sew biex inaqqsu l-vantaġġ li kellhom it-tliet atleti li kienu qed jillidjaw it-tellieqa. Galea għamel it-22km rota f 'ħin ta' 33 minuta li huwa ħin tajjeb ħafna, jekk wieħed jikkunsidra t-tlajja' li kien hemm fil-korsa. Il-grupp li kien fih Galea rniexxielu jnaqqas id-distakk minn mal-leaders tat- tellieqa u kollox kellu jiġi deċiż fil-ġirja. Wara ġirja tajba, Galea spiċċa t-tellieqa fis- sitt post f 'ħin ta' 1.05.30. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bir-riżultat għax qatt ma kellu prestazzjoni tajba fost atleti professjonali. Huwa qali li huwa kuntent bl-għawma u bir-rota imma kieku kellu ġirja aħjar jaħseb li post fuq il-podju kien possibli. Huwa tenna li għadu mhux fl-aqwa forma tiegħu peressli kien marid ħafna tliet xhur ilu u kellu jnaqqas it-taħriġ u allura ġaladarba xorta kien daqshekk kompetittiv, ir-riżultat miksub huwa wieħed eċċezzjonali. Keith Galea xtaq jirringrazzja lil SportMalta tal-Flexi Training Scheme u talli ffinanzjaw din it-tellieqa. Huwa xtaq ukoll jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan 'Russu' Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-ġenituri tiegħu u lill-ġenituri tal-mara, lin-nuttrizzjonista Johanna Galea, lill- masseur tiegħu Owen Attard, lill- isponsor tiegħuwww.garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Scott Bikes, Saracino Cafè, Starbene 24/7, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry MVG PR&Marking, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth u lit-tifla Elise tas-sapport u l-paċenzja tagħhom. Keith Galea qabel rikeb ir-rota f 'Palermo. Marquez iċaħħad lil Petrucci mill-ewwel pole tiegħu