Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Sports 27 Nieħu kollox pass pass. Bħalissa għadni mal-under 21s u meta jasal dak iċ-ċans għat-tim nazzjonali tal- kbar żgur li ħa nieħdu! Taqbel mal-fatt li fl-istaġun li ġej se jkun hemm 14-il tim fil-Kampjonat Premier? Irrid nistenna biex jgħaddi l-istaġun li ġej biex ngħidlek naqbilx jew le. Li hemm favurina aħna l-Maltin għax ikollna iktar spazju fejn nistgħu nesprimu t-talent tagħna u nikbru fil- Kampjonat. U taqbel mal-proposta li sa mis- sena d-dieħla kull tim jista' jutilizza massimu ta' 11-il plejer barrani? Iva, għaliex le? Jien nemmen fina l-Maltin u kapaċi jekk nemmnu fina nfusna, imma postna huwa li mmorru nilagħbu barra minn xtutna ħalli nkomplu nikbru mil-lat kalċistiku hemmhekk. Jekk tiġik opportunità li tħalli pajjiżna biex tmur tilgħab ma' xi klabb ieħor barra minn Malta taċċetta mill-ewwel jew taħsibha darbtejn? Ilni naħdem biex immur nilgħab barra minn Malta meta kont żgħir u jekk tiġini din l-opportunità, żgur li mhux se nirrifjutaha jew naħsibha darbtejn! X'sagrifiċċji u commitments jinvolvi l-futbol għal żagħżugħ bħalek? Trid tara x'tiekol sew u ħrug mill-inqas! Trid tagħmel ukoll taħriġ extra fejn tħoss li għandek bżonn u fejn tista' ttejjeb il- livelli tiegħek. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jimbarkaw fuq karriera ta' suċċess fil-futbol. Ngħidilhom biex dejjem jibqgħu jaħdmu u jkollhom għan quddiemhom fejn jixtiequ jaslu. Biex tasal it-triq hija twila ħafna u trid taqdef u qatt ma trid taqta' qalbek għax ħa tgħaddi minn mumenti diffiċli imma hemm irid joħroġ il-karattru u tkun sod biex tibqa' tistinka u taħdem! tat-Tim Nazzjonali ta' taħt il-21 sena Twieled t-28 t'April 1998 f 'Tal Pietà. Huwa plejer importanti ferm kemm ta' St Andrews FC kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Ingħaqad ma' St Andrews FC mingħand Sliema Wansderers f 'Jannar ta' din is-sena. AIDAN JAKE FRIGGIERI Ritratt: James Bianchi "Ilni naħdem biex immur nilgħab barra minn Malta meta kont żgħir u jekk tiġini din l-opportunità, żgur li mhux se nirrifjutaha jew naħsibha darbtejn!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017