Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 Sports 24 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol SERGIO AGUERO - PSG jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' £60 miljun għall-attakkant ta' Manchester City, Sergio Aguero. Il-Pariġini se jkunu qed jippruvaw jikkapitalizzaw mill-fatt li r-relazzjoni bejn Aguero u Pep Guardiola xejn ma hija waħda ottimali u b'hekk kollox qed jindika li l-attakkant Arġentin se jkun qed iħalli lill-Blues fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. ALEXANDRE LACAZETTE - Arsenal jinsabu ippreparati li jħallsu s-somma ta' £60 miljun biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta' Lyon, Alexandre Lacazette. Dan il-plejer internazzjonali Franċiż kien ferm viċin li jingħaqad ma' Atletico Madrid qabel ma l-Madrileni ġiet imposta fuqhom sanzjoni rigward trasferimenti. Iżda issa huwa jista' jkun qed jingħaqad ma'Arsenal b'Arsene Wenger jinsab ħerqan ferm li jakkwista lil dan l-iskorer prolifiku Franċiż. RENATO SANCHES - Manchester United jinsabu b'ċans tajjeb li jakkwistaw lill-istilla Portugiża Renato Sanches. Il-fatt li Bayern Munich nefqu somma konsiderevoli biex jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder ta' Lyon, Corentin Tolsso, fisser li huwa għandu jieħu post Renato Sanches b'dan tal-aħħar jiġi akkwistat mingħand Benfica fl-2016. It-tim immexxi min Jose Mourinho jista' jkun qed jakkwista lil Renato Sanches għal somma mhux daqshekk kbira meta wieħed iqis il-potenzjal ta' Sanches, liema somma qed tissemma' li tista' tkun dik ta' £23 miljun. JORDI ALBA - Manchester United qed jippjanaw offerta għad-difensur ta' Barcelona, Jordi Alba. Josè Mourinho qed ifittex difensur left-back matul dan is-sajf iżda kollox qed jindika li se tkun diffiċli għar- Red Devils,li jakkwistaw lil Jordi Alba minħabba li dan il-plejer jinsab kuntent ħafna u ssetiljat ferm fin-Nou Camp. Fil-fatt Manchester United għadhom m'għamlu l-ebda talba jew offerta uffiċjali għal dan il-player. Ir-Red Devils qed ifittsu li jsaħħu d-difiża tagħhom hekk kif matul l-istaġun li għadda, dehru bosta xquq f 'dan id-dipartiment. YANNICK FERREIRA CARRASCO - Bayern Munich qed jiffukaw il-ħarsa tagħhom fuq il-midfielder ta' Atletico Madrid Yannick Ferreira Carrasco hekk kif l-interess tagħhom fl-istilla ta' Arsenal Alexis Sanchez jidher li naqas bil-bosta. Iċ-champions tal-Bundesliga kienu ilhom jissemmew li setgħu jakkwistaw lil Sanchez li dieħel fl-aħħar sena kuntratt tiegħu ma' Arsenal, iżda issa kollox qed jindika li minfloku huma se jkunu qed iħallsu s-somma ta' €50 miljun biex jakkwistaw lilll-plejer internazzjonalli Belġjan Yannick Ferreira Carrasco. HARRY KANE - Tottenham Hotspur qed jivvalutaw lil Harry Kane għal somma viċina l-£200 mijun wara rapporti Ii Manchester United kienu qed jippjanaw offerta ta' £100 miljun għall-akkwist tiegħu. Kane issemma' li seta' jingħaqad mat-tim minn Old Trafford wara li Jose Mourinho qed jipprova jakkwista attakkant ta' ċertu livell iżda l-Ispurs ma jridux ibiegħu lill- ebda tema li jagħmel offerta ta' inqas minn £200 miljun għal dan il-plejer. NEMANJA MATIC - Il-midfielder ta' Chelsea Nemanja Matic jinsab viċin ħafna li jingħaqad ma' Manchester United fi trasferiment li se jkun qed iqarreb is-somma ta' £40 miljun. Jose Mourinho kien akkwista lil dan il-plejer Serb fl-2014 meta kien imexxi lil Chelsea u issa mistenni li jingħaqad mat-team minn Old Trafford. Dan xhieda tal-istima kbira li Mourinho għandu għal dan il-plejer. Iż-żewġ kowċis diġà laħqu ftehim rigward trasferiment waqt li Matic diġà laħaq ftehim personali ma' Manchester United. minn Cristian Antony Muscat KOSTAS MANOLAS U LEANDRO PAREDES - Zenit jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta'€70 miljun għad-duo ta' Roma Kostas Manolas u Leandro Paredes. Negozjati għall-akkwist ta' Manolas kienu diġà jinsabu fi stadji avvanzati, bit-team Russu jidher li se jkun qed jirċievi s-somma ta' bejn il-€35 u l-€40miljun għal dan il-plejer internazzjonali Grieg waqt li l-midfielder Arġentin Paredes ingħata l-permess mingħand Roma biex isegwi lil Manolas u jingħaqad ma' Zenit. CARLES ALENA - Tottenham Hotspur qed jittamaw li jiffirmaw lill-midfielder ta' Barcelona Carles Alena għas-somma ta' €3 miljuni biex jakkwistaw lil dan il-plejer. Alena għadu jrid jiffirma kuntratt ġdid ma' Barcelona u fadallu sena oħra kuntratt mal-Katalani. Il-klawżola tar-release ta' se tkun qed titla' minn €3 miljuni għal €12-il miljun fl-1 taLulju li ġej u l-Ispurs qed jippruvaw jiffinalizzaw it- trasferiment qabel din il-ġurnata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017