Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
illum Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 Sports 20 Jibda l-bejgħ tal-biljetti għall-partita ferm mistennija bejn Malta u l-Ingilterra ILPARTITA tant mistennija bejn Malta u l-Ingilterra tinsab biss kważi xahrejn 'il bogħod u b'hekk kulma jmur qed jikbru l-antiċipazzjoni għall-imsemmija partita kif ukoll l-interess mill- pubbliku sportiv Malti. Propju rigward dan, fil-jiem li għaddew ġiet indirizzata konferenza stampa fis-sala li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali fejn ingħataw dettalji rigward bejgħ tal-biljetti għal din il-partita li beda uffiċjalment nhar it-Tnejn li għadda f 'nofsinhar. Indirizzaw din il-konferenza stampa, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, kif ukoll il-Kap tad- Dipartiment tal-Marketing fi ħdan l-MFA, Norman Saliba. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti beda biex qal li l-preparazzjoni intensiva għal din il-partita ilha li bdiet ix-xhur u dan sar fuq diversi livelli. Huwa spjega li bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq naħat tal-ground li ftit jintużaw iżda li huma importanti li jkunu fl-aħjar stat possibli speċjalment għal din il-partita. Dan speċjalment fin-naħa ta' wara l-lasti li ftit li xejn jintużaw matul l-istaġun waqt partiti domestiċi iżda li għal dakinhar tal-partita kontra l-Ingilterra, mistennija li jkunu ppakkjati hekk kif wara kollox mistenni jkun l-Istadium kollu waqt li huwa mistenni li jkun mibjugħ sa jiem qabel il-partita ta' nhar l-1 ta' Setttembru li ġej. Dr Chetcuti afferma li l-MFA tinsab f 'kuntatt kontinwu kemm mal- Pulizija ta' Malta kif ukoll mal-FA Ingliża biex jiġi assigurat li tkun provduta sigurtà massima qabel, waqt u wara din il-partita għall-benefiċċju tal-pubbliku sportiv kollu Malti. Tkellem ukoll u ta iktar dettalji rigward il-loġistika tal-partita, Norman Saliba, li qal li l-prezzijiet tal-biljetti għal din il-partita kienu ilhom li ħarġu sa minn sena ilu bil- prezz fil-West Side ikun dak ta' €60, Millenium Stand €40 u wara l-lasta €20. Il-partitarji Ingliżi se jkollhom allokat in-North Stand u parti minn West A. Kuntrarju għal kif isir qabel logħbiet internazzjonali ta' ċertu importanza fosthom kif sar qabel il-partiti li fihom Malta affrontat lill-Italja fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, għal din il-partita mhux se jkun qed jiġi ppreparat fan park fuq barra tal-istadium u dan fuq xewqa u struzzjonijiet mill-Pulizija ta' Malta minħabba miżuri ta' sigurtà. U propju minħabba sigurtà, li Norman Saliba spjega li l-bejgħ online tal-biljetti se jkun miftuħ biss għall-persuni li jgħixu f 'Malta. Dan filwaqt li dawk il-partitarji barranin li nfurmaw lill-FA Ingliża biex jixtru l-biljetti qed jiġu mitluba li jippreżentaw il-passaport tagħhom waqt li jkun hemm ukoll proċess ta' screening mill-Pulizija ta' Malta. Bħalma jsir is-soltu, il-biljetti għal din il-partita qed jinbiegħu minn dawn il-ħwienet ewlenin: mill-uffiċini tal-MFA, mill-Eros Stationers, mill-uffiċju tal-KSU, mill-ħwienet ta' Matrix, Lion King Stationery, Teamsport, Star Tourist Services u l-uffiċini tal-GFA fix-Xewkija. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, fil- konferenza stampa sar magħruf ukoll li l-MFA kienet ħarġet b'inċentiv għal dawk li jixtru l-biljetti mill-uffiċini tagħha fejn hemm offerta li flokk uffiċjali tat-tim nazzjonali, xalla u badge tal-partita jinbiegħu għal €60 bi skont ta' €10 mill-prezz oriġinali. Mix-Xellug għal-Lemin: Norman Saliba, Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi. Darran Agius itemm t-tielet post n- Nofs Maratona ta' Almere -Olanda FILJIEM li għaddew, l-atleta Malti Darran Agius, ħa sehem fin-Nofs Maratina ta' Almere fl- Olanda fejn kiseb riżultat mill-aqwa hekk kif temm fit-tielet post b'ħin ta' 1:17:12. Darran Agius huwa atleta ta' 35 sena u ilu jiġri sentejn u nofs. Huwa jiġri mal-klabb ta' Mellieħa AC u l-kowċ tiegħu huwa Has Kesra. Biex ikollu iktar dettalji rigward din l-esperjenza b'suċċess tiegħu fin-Nofs Maratona ta' Almere, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Darran Agius innifsu fejn tana dawn id-dettalji. Huwa saħaq li: "Billi l-kowċ tiegħi huwa Olandiż, jiena u xi atleti oħra mill-klabb ta' Mellieħa AC, tlajna nagħmlu n-Nofs Maratona ta' Almere propju fl-Olanda stess. Din hija t-tieni darba li għamiltha u għaldaqstant kont familjari mar-rotta. Din kienet is-seba nofs maratona li qatt għamilt. L-għan ewlieni tiegħi f 'din il-Maratona kien dak li nikseb ħin aħjar milli kelli qatt qabel għal din id- distanza li kien ta' 1:18:32 li kont għamilt fil-maratona taż-Żurrieq f 'Novembru li għadda. Qabel it-tigrija kont kunfidenti li dan il- ħin stajt nagħmlu peressli dan l-aħħar kont tejjibt il-ħinijiet tiegħi f 'distanzi oħrajn fosthom tal-għaxar u tal-ħames kilometri. L-uniku xkiel li kellna kien li t-temperatura kienet ferm iktar sħuna minn dik ta' sentejn ilu u anke mill- ġurnata ta' qabel. Is-sħana ma tantx tgħin f 'distanzi twal però għamilt mezz li nixrob kemm nista' fil- 'water stations' biex ma naqax 'dehydrated.' Fit-tiġrija ħadu sehem 347 parteċipant - il-biċċa l-kbira atleti ta;-madwar bħal Almere, Amsterdam u Utrecht fost l-oħrajn. Mill-bidu tat-tiġrija ħadt posti mat-tieni grupp fejn konna qegħdin wara l-ewwel żewġ atleti li ħarbu 'l quddiem. Għaldaqstant wara żewġ kilometri rrealizzajt li kelli ċans għat- tielet post. Però ma tantx tajt kas dak il-ħin għax kien importanti li nżomm mal- pass li tani l-kowċ u li kien pass komdu għal dik il-fażi tat-tiġrija. Fejn is-soltu, it-tattika tkun li żżid il-pass fl-aħħar ħames kilometri, din id-darba żammejt mal- pass inizjali sa qabel l-aħħar kilometru biex nippreserva t-tielet post. Dan għaliex wara 16 -il kilometru, l-atleti li kienu qegħdin miegħi qatgħu ftit lura u bdilt daqsxejn it-tattika biex nippreserva l-enerġija żejda jekk u għal meta niġi bżonnha. Fl-aħħar kilometru tajt kull ma kelli biex nipporva nagħmel l-aħjar ħin possibli peressli ma kontx ċert li kont ħa nagħmel il-ħin li xtaqt. Dan għaliex is-siġar twal f 'din ir-rotta bdew itellfu l-GPS milli jimmarka d-distanza eżatta u ma ridtx nissogra li ma nagħmilx il-ħin li xtaqt. Dan irnexxieli nagħmlu f 'ħin ta' 1:17:12 u t-tielet post kien bonus sabiħ. Bħal kull maratona, iċ-ċapcip u s-sapport fl-aħħar ftit metri dejjem hija esperjenza li tibqa' miegħek u din tkun dejjem irrilevanti jekk tiġix l-ewwel jew l-aħħar. Però din kienet kemmxejn differenti mis- soltu għax ħassni kburi li kemm jien hu dieħel fost iċ-ċapċip u anke waqt il-preżentazzjoni, il- kummentatur, għalkemm kien qiegħed jitkellem bl- Olandiż, semma' s-Swieqi (fejn noqgħod) u Malta. Fil- fatt waqt il-preżentazzjoni wkoll, għalkemm ma kontx naf min hu dak il-ħin, kelli x-xorti li niltaqa' mal- Prinċep Pieter Christiaan van Oranje-Nassau li jiġi ħu r-re tal-Olanda u li huwa wkoll atleta, u l-ftit li tkellimna, tkellimna fuq Malta," temm jgħid Darran Agius. Darran Agius waqt in-Nofs Maratona ta' Almere -Olanda. minn Cristian Antony Muscat minn Cristian Antony Muscat