Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Minn Brussell 4 Minn Brussell għal Lussemburgu SITT xhur ilu bdiet il-mixja tal-ILLUM li segwa l-Presidenza minn Brussell. Esperjenza li qsamna magħkom il- qarrejja dwar x'kien qed jiġri eżatt fi Brussell mill- ħaddiema li laħqu aktar minn mitejn biex din il-Presidenza tkun fost l-aqwa li qatt kien hemm. U dan qaluh l-ogħla uffiċjali fi Brussell. Iżda l-verità hi li dan is-suċċess ma kienx biss tal-Prim Ministru u l-ministri iżda ta' dawk l-'unsung heroes' li tant ħadmu biex wasal dan is-suċċess. Għalhekk iddeċidejna li nagħlqu b'intervista mad- deputat rappreżentant permanenti, Neil Kerr li hu l-kap tal-Coriper 1 minn żewġ coripers, bil-parti l-oħra mmexxija b'mod sublimi wkoll mir- rapreżentant permanenti u l-ambaxxattriċi Marlene Bonnici. Ta' min jgħid ukoll li Neil Kerr wara snin jaħdem fi Brussell u wara din l-esperjenza tiegħu bħala wieħed mill-ogħla uffiċjali għal din il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, issa ċeda postu u ngħaqad fil-kabinett tal-membru fil- qorti tal-awdituri Ewropea, Leo Brincat bħala l-kap tal-kabinett tiegħu. Dan ħabbru esklussivament f 'din l-intervista fejn qalilna li seta' jiżvelaha minħabba l-fatt li b'dan it-trasferiment tiegħu kien anke jaf il-Prim Ministru Malti u l-ministru għall- UE, Helena Dalli. "Hi sfida ġdida, wara 11-il sena naħdem f 'dawn iċ-ċrieki fi Brussell. L-esperjenza rajtha fuq dimensjoni nazzjonali minn tliet entitajiet li jieħdu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam fejn jidħlu l-affarijiet Ewropej tal-gvern. Fejn kont wieħed minn żewġ Maltin li għamiltha din, li kont responsabbli mid-direttorat tal-EU affairs fil-ministeru partikolari, fejn kont kap tal-istess segretarjat u issa qiegħed DPR hawnhekk. Issa se nkun qed nagħmel affarijiet ġodda iżda kull fejn mort dejjem għamilt mill-aħjar biex nagħti l-massimu mill-esperjenza li ġbart minn kull fejn kont. Mhux se ngħaġġel, se nkun qed nieħu l-ħin kollu possibbli biex nitgħallem u se nieħu din l-okkażjoni wkoll biex nerġa' niskopri l-familja li minħabba x-xogħol f 'dawn l-aħħar sitt xhur kważi kont mifrud minnha. Persważ li dak kolu li ksibna minn din il-presidenza nkun nista' nkompli ngħin biex nimmasimizzaw l-esperjenza tagħna fl- Unjoni Ewropea kif jixraq lil pajjiżna." Dak hu l-futur ta' Neil Kerr iżda ma stajniex ma niddiskutux il-passat tal- Presidenza minn sitt xhur ilu sal-ġurnata tal-lum. Esperjenza li bħal kull ħaġa oħra fid-dinja fiha hemm it-tmiem. "Il-punt tat-tluq kien il-programm nazzjonali fejn fassalna l-manifest tal-Presidenza tagħna. Għamilna eżerċizzju intern fejn rajna dak kollu li rnexxielna naslu għalih minn dak li ridna nilħqu fil-bidu tal-Presidenza. Mill-analiżi li għamilna minn xi 108 'deliverable', wieħed biss ma rnexxilniex nilħqu, tort tagħna li kienet 'European Aviation Safety Agency', għax kien hemm xi seba' oħra li ma lħaqnihomx mhux tort tagħna iżda għax il-Parlament Ewropew ma kienx f 'pożizzjoni li jingaġġa mal-Presidenza jew għax ma jkunx ħareġ bil-pożizzjoni tiegħu inkella l-kummissjoni tkun ħarġet bil-proposta tard." Neil Kerr qal li fil- bidu tal-Presidenza taw dokument ta' paġna waħda li fiha kellhom lista ta' dak li riedu jilħqu u ħafna pajjiżi meta rawhom fil- bidu kemmxu xufftejhom u għax ħasbu qed jippretendu wisq. "Iżda f 'dawn is-sitt xhur kważi messejnihom kollha. L-akbar prijorità kienet ir-riunjoni bejn l-Ewropa u ċ-ċittadin fejn kien hemm enfasi qawwija fuq id-digital single market u hawn ħassejtni kburi li mexxejt tim fejn id-Direttur Ġenerali tal-Komunikazzjoni qal li l-Presidenza Maltija 'delivered beyond expectations' u meta tismagħha minn dawn in- nies li ħadmu ma' numru ta' presidenzi u jgħid hekk dwar pajjiżek, tħossok kburi immens." Kerr qal ukoll li taħt il-Presidenza Juncker fil-qasam tiegħu ta' 'Coriper 1', Malta hi l-aktar Presidenza li għalqet files mal-Parlament Ewropew, "u dan kollu f 'sitt xhur. Fejn l-aħħar wieħed li kien il-Protezzjoni tal- Konsumatur ħriġnieh il-mandat u għalaqnieh fl-aħħar sigħat tal- Presidenza. Dan kien file li f 'Diċembru kienu diġà għamluh bħala file mejjet." Għalkemm il-kap tal- 'Coriper' fejn mexxa dawn il-laqgħat, Kerr reġa' semma' l-fatt li wara dan is-suċċess kien hemm tim ta' nies li tant ħadmu fil-working parties u ħadmu ħafna billi għamlu l-ground work iebes li wasslu għas-suċċess. Fil-fatt anke l-Prim Ministru żar il-ħaddiema u qalilhom li din l-esperjenza hemm bżonn li tibqa' titmexxa f 'istituzzjonijiet Ewropej favur pajjiżna. Mistoqsi dwar x'se jiġri mill-ħaddiema li issa ntemmilhom il-kuntratt tal-Presidenza Neil Kerr qal, "Dawn għandhom wisq biex ikunu kburin b'dak li għamlu. Ultimament l-esperjenza nqisha bħala qasrija bil-pjanta fiha. Kellna l-pjanta qed tikber u issa wieħed irid jieħu ħsieb il-pjanta li tkompli tikber u ssebbaħ l-ambjent tagħha. Investejna fin-nies u għalhekk trid tiżgura li dan l-investiment tkun tista' tikkapitilizza minnu. Għax hawn kellek nies li mhux biss ipparteċipaw iżda mexxew il-laqgħat u dawn tgħallmu eżatt kif jaħdem il-makkinarju tal-Kunsill. Issa jafu kif il- John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt "Ħassejtni kburi meta mort id-dar ngħid lil uliedi ż-żgħar li issa setgħu jaraw il- YouTube minn kullimkien wara li kont għalaqt proposta li se jkun hemm wifi kullimkien b'xejn fl-Ewropa." Wara l-Presidenza sfi da ġdida għal Neil Kerr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017