Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 | illum Sports 25 tal-futbol internazzjonali... OLIVIER GIROUD - Olivier Giroud jinsab lest li jkollu taħdidiet ma' Arsene Wenger rigward il-futur tiegħu ma' Arsenal hekk kif il-klabb minn Londra jinsab viċin li jiffirma lill-attakkant ta' Lyon, Alexandre Lacazette. Giroud, li ssemma' li seta' jingħaqad ukoll ma' West Ham United, kien qed jitqies li seta' jkun involut fi tpartit fi trasferiment li jkun qed jara lil Lacazette jingħaqad ma' Arsenal. B'hekk huwa qed jitlob kjarifika rigward dan mingħand Arsene Wenger innifsu. RADJA NAINGGOLAN - Manchester United offrew salarju ta' €7.5 miljun kull staġun għall-midfielder ta' Roma, Radja Nainggolan. Jose Mourinho jinsab ħerqan li jżid iktar għażliet fil-midfield tiegħu u qed jara lil dan il-player internazzjonali Belġjanbħala tragward possibli. Matul l-istaġun li għadda, dan il-player kellu staġun mill-aqwa ma' Roma fejn skorja wkoll diversi gowls importanti għat-tim mill-kapitali Taljana. RIYAD MAHREZ - Il-winger ta' Leicester City, Riyad Mahrez, jidher frustrat bil-fatt li Barcelona għadhom m'għamlux offerta uffiċjali għalih u b'hekk issa jinsab ħerqan li jingħaqad ma' Arsenal għas-somma ta' €40 miljun. Mahrez kien qed jissemma' li seta' jingħaqad ma' Barcelona matul is-sajf iżda dan il-player Alġerin jinsab ħerqan li jkollu l-futur tiegħu fiċ-ċert u b'hekk jinsab viċin li jiffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Arsenal. VINCENT JANSSEN - Borussia Monchengladbach jinsabu ħerqana li joffru lil Vincent Janssen kuntratt attraenti u jipperswaduh iħalli lil Tottenham Hotspur. Dan il-player internazzjonalli Olandiż ftit li xejn impressjona mal-Ispurs matul l-ewwel staġun tiegħu magħhom u t-tim mill-Bundesliga qed jagħmel minn kollox biex jakkwista lil dan il-plejer ta' 22 sena. GARETH BALE - IL-istilla ta' Real Madrid Gareth Bale li jidher destinat li jħalli lil Real Madrid jixtieq li jmur jilgħab fl-Ingilterra iktar milli jingħaqad ma' PSG. Dan il-plejer minn Wales li qed jattira interess ukoll minn Manchester United qed iwieżen il-futur tiegħu ma' Real Madrid speċjalment għall-fatt li l-Galacticos jidhru viċin li jakkwistaw lil Kylian Mbappe mingħand Monaco li jista' jfisser li Bale jitlef postu minn ma' Real Madrid. MATEO KOVACIC - Il-manager ġdid ta' Barcelona Ernesto Valverde irid jagħmel offerta għall-midfielder ta' Real Madrid, Mateo Kovacic. Valverde huwa ammiratur kbir ta' dan il-plejer internazzjonali Kroat għalkemm l-eks plejer ta' Inter jidher li ma jridx iħalli lill-Galacticos. Dan għalkemm fl-aħħar staġuni ftit li xejn sab spazju mat-tim immexxi mill-kowċ Zinedine Zidane. KYLIAN MBAPPE - Il-president ta' Real Madrid Florentino Perez għamel kuntatt mal-attakkant Kylian Mbappe bit-tama li jakkwistah ma' Real Madrid. Dan il-player ta' 18-il sena qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' bosta klabbs Ewropej fosthom Real Madrid u PSG. Iżda l-Galacticos qed jidhu li se jkunu huma li jakkwistawh u se jkunu qed jagħmlu dan fil-futur qrib hekk kif f 'negozjati li jinsabu għaddejin kemm ma' Kylian Mbappe innifsu kif ukoll ma' missieru, qed jiġi spjegat lilhom li l-għażla ta' Real Madrid għandha tkun l-aqwa waħda għall-futur tiegħu. SAUL NIGUEZ - Barcelona jistgħu idawru l-ħarsa tagħhom fuq il-midfielder ta' Atletico Madrid, Saul Niguez jekk huma jfallielhom it-tragward ta' Marco Verratti. Il-Katalani qed jittamaw li jġibu lil Verratti fin-Nou Camp mingħand PSG, madankollu l-Pariġini ma jixtiqux ibigħu lil dan il-plejer internazzjonali Taljan. Saul qed jitqies bħala alternattiva ideali għal Verratti, għalkemm is-sanzjoni li għandhom il- Madrileni rigward trasferimenti ġodda, tista' tagħmel dan it-trasferiment diffiċli li jiġi materjalizzat. ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Liverpool qed jagħmlu minn kollox biex jipprovdu sieħeb strateġiku fl-attakk għal Mohmed Salah u xeħtu ħarsithom fuq l-attakkant internazzjonali Ingliż ta' Arsenal, Alex Oxlade-Chamberlain. Għalkemm dan il-plejer fadallu biss sena kuntratt mal-Gunners, huwa vvalutat għas-somma ta' €30 miljun. Oxlade-Chamberlain riċentament issemma' wkoll li seta' jingħaqad ma' Chelsea iżda qed jitqies li iktar jista' jħalli mpatt ma' Liverpool speċjalment fir-ritorn tagħhom fiċ- Champions League.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017