Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

III Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017| illum Il-Ġimgħa tal-Festa META wieħed iħares lejn il-festi tagħna l-Maltin mad-daqqa t'għajn jaħseb li huma kollha l-istess u jiġu ċċelebrati fuq l-istess forma. Iżda meta wieħed isegwi sew jinnota li minkejja din is-somiljanza bejnithom xorta teżisti diversità ta' kif jiġu organizzati, eżegwiti u fuq kollox fit-tradizzjonijiet marbuta magħhom. Jekk nieħdu l-organizazzjoni tal-festi nsibu li kif dawn jiġu organizzati minn raħal għall-ieħor kważi l-ebda festa ma tiġi organizzata bħall-oħra. Issib festi li huma kompletament organizzati mill-knisja. Oħrajn isiru bejn il-Knisja u l-Kumitat tal-festi Esterni jew il-Każin tal-Banda. Issib mingħandu diversi kumitati li kollha flimkien jorganizzaw il-festa bħal eżempju l-għaqda li tieħu ħsieb l-armar, oħra tieħu ħsieb in-nar u l-każin tal-bnada li jieħu ħsib il- marċi dawn flimkien mal- knisja jorganizzaw il-festa bejniethom. Issibu mbagħad min il-festa jorganizza xi każin tal-banda waħdu u l-knisja tipparteċipa biss permez tal-purċissjoni. F'ċertu każi ssib li l-festa tkun organizzata minn xi fratellanza li tkun responsabbli mill-festa kollha jew f 'ċertu każi l-fratellanza tikoopera mal-knisja biex tiġi organizzata l-festa. Dan kollu joffri diversità li ftit li xejn jinnutawha dawk in-nies li jattendu għall-festa. Iżda meta nibdew inħarsu lejn il-festi nnfishom nistgħu ninnutaw tradizzjonijiet differenti minn festa għall- oħra. Wieħed mill-iktar eżempji ċari u li hu uniku huwa l-fatt li f 'Birkirkara l-purċisjoni bil-vara ta' Sant Elena ssir filgħodu. Din it-tradizzjoni hija unika għal pajjiżna u l-Karkariżi rnexxielhom iżommu l-format tal-festa tagħhom kif kienu oriġinalment u għalhekk il-purċisjoni solenni ssir filgħodu. Fis-Siġġiewi l-purċissjoni bil-vara ta' San Nikola ma tgħaddix mit- toroq tar-raħal imma iddur biss fil-pjazza tal-knisja. Din ukoll hija tradizzjoni antika li s-Siġġiewin irnexxielhom jikkonservaw u li permezz tagħha l-festa tagħhom hija differenti mill-kumplament. Tradizzjoni oħra ħelwa u unika hija dik li nsibu ġewwa l-Mġarr ta' Malta fejn hemm ir-refa' tal-vara tiġi rkantata bejn gruppi differenti li jintrabtu li meta jirbħu r-refa' jaħsbu għall- ispejjeż biex issir il-festa. F'numru ta' festi oħrajn insibu t-tradizzjoni li fl-ewwel parti tal-purċissjoni din tieħu forma ta' pellegrinaġġ. Dan isir fejn hemm festi tal-Madonna bħala turija ta' devozzjoni lejn il-Madonna: bħal ngħidu aħna il-festa tal- Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, fiż-Żurrieq u f 'xi festi tal-Assunta u tal-Lunzjata. Insibu numru ta' festi oħrajn li d-dħul tal-purċissjoni jkun allegruż ħafna u oħrajn fejn tinżamm awsterità. Hekk naraw il-kuntrast bejn id-dħul tal-vara ta' Sant' Elena, San Gejtanu, Santa Venera, il- Lunzjata ta' Ħal Tarxien, San Ġużepp tal-Imsida, San Pawl tal-Belt Valletta u xi oħrajn. Dawn il-vari kollha jingħatu l-ġirja tradizzjonali qabel jidħlu lura fil-knisja. Dan ikun l-iktar mument ta' briju u entużjażmu li jżomm fuq ix- xwiek lil dawk preżenti. Min-naħa l-oħra l-kuntrast ikun qawwi ħafna jekk tqabbilhom mad-dħul ta' vari bħal San Filep, San Duminku tal-Birgu, il-Bambina tax- Xagħra Għawdex u xi oħrajn. F'dawn il-każi d-dħul ikun kalm ħafna u qajla tisma' ċapċip. Għal dawn il-festi d-dħul tal-vara għandu jkun miżmum ċertu silenzju u solennità. Differenza oħra hija fuq ir-refa' tal-vara għaliex issib fejn tintrefa' mill-membri ta' xi fretellanza bħalma jsir fin-Naxxar u oħrajn ikollhom il-lasti li jkunu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra ta' xi familji. Saħansitra ssib min iħallas donazzjoni biex jerfa' bħalma jsir fil-każ tal-vara ta' Santa Venera. Issib ukoll postijiet fejn il-vara f 'ċertu ħin ma tibqax titnrefa' mir- reffiegħa imma tintrefa' min- nies li naturalment tant ikunu numerużi li ma jintużawx il-forċini. Min–naħa l-oħra issib postijiet fejn il-vara ma tintelaq qatt minn idejn ir- reffiegħa. F'xi purċissjonijiet daħlet it-tradizzjoni wkoll li jakkumpanjaw persunaġġi marbuta mal- istorja tal-qaddis festeġjat kif jiġri fil-festa ta' San Girgor f 'Tas-Sliema. Insibu wkoll postijiet fejn il- purċissjoni tkun dejjem akkumpanjata mill-Banda fil-waqt li nsibu oħrajn fejn il-banda takkumpanja l-purċissjoni biss fil-ħruġ u d-dħul. F'Għawdex teżisti t-tradizzjoni li mal-ħruġ tal- purċissjoni jindaqq l-innu l-kbir ħaġa li ftit li xejn teżisti f 'Malta. Ħaġa oħra li f 'Għawdex hija importanti imma f 'Malta kważi ma teżistix huwa l-fatt li l-banda tar-raħal takkumpanja l-purċissjoni. Din il-ħaġa f 'Malta ftit li xejn hija użanza. L-aħħar ħaġa li ser nitkellem fuqha huwa l-fatt li f 'ċertu każi meta l-festa liturġika tkun fix-xitwa nsibu ċertu postijiet li żammew il-festa tagħhom fix-xitwa minkejja l-periklu li l-festa tista' titħassar minħabba l-Maltemp. Eżempju ċar huwa San Pawl tal-Belt Valletta, il-Kunċizzjoni ta' Bormla u tal-Belt Victoria Għawdex u San Ġużepp tar- Rabat Malta. Għall-kuntrarju nsibu festi li wkoll il-festa liturġika tagħhom taħbat fix-xitwa imma ġew trasferiti għas-sajf bħal Santa Katerina taż-Żejtun u taż-Żurrieq, San Nikola tas-Siġġiewi, San Ġorġ u San Sebastajn ta' Ħal Qormi u ħafna oħrajn. Dawn huma ftit mid- differenzi li nsibu fil-festi lokali u li mhux dejjem ninutawhom imma li huma importanti għax joffru diversità fit-tradizzjonijiet tal-festi Maltin. Mario Coleiro Id-diversità fit-tradizjonijiet tal-festi tagħna l-Maltin L-Imġarrin jirkantaw l-irfigħ tal-Madonna Il-Ħamruniżi, bħal bosta oħrajn jagħmlu l-ġirja tradizzjonali fi tmiem il-purċissjoni Santa Liena, l-unika vara li toħroġ filgħodu Parti mill-purċissjoni tal-Karmnu taż-Żurrieq tinbidel f 'pellegrinaġġ f 'sens ta' devozzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017