Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Aħbarijiet Il-Parlament jilqa' l-moda; l-arti fi ħwejjeġ... il-libsa tal-'Little Child' esebita L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja dwar il-moda f 'Malta mill-1917 F'KELMTEJN tal-okkażjoni, hu sostna li l-ilbies u l-moda juru tassew it-tibdil li sar fis-soċjetà matul is-snin, hekk kif l-istil, id- disinn u l-arti tal-ilbies ta' epoka jirriflettu ż-żmien u r-rabtiet li l-Maltin kellhom ma' ġnus differenti. L-Ispeaker kompla billi qal li l-ħeġġa fil-Maltin tal-imgħoddi u anke tal-lum sabiex isaħħu r-rabtiet tan-negozju tagħhom ma' pajjiżi oħra turi d-dinamiżmu tal-Maltin sabiex jibnu u jagħtu lil pajjiżhom qafas ta' ekonomija b'saħħitha u soda. Hu fakkar lil kulħadd li tul dawn il-mitt sena, in-nazzjon Malti għadda minn tibdil politiku kbir, minn żmien kolonjali, għat-twaqqif tal-istat ta' Malta bl-indipendenza fl-1964, għat- twaqqif tar-Repubblika ta' Malta fl-1974, l-għeluq tal-bażijiet militari Ingliżi f 'Malta fl-1979, u s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, u li grazzi għal dan it-tibdil politiku kbir f 'pajjiżna ssaħħaħ l-istat ta' Malta u kabbar ir-relevanza politika ta' pajjiżna. L-Ispeaker kompla jgħid illi l-istess jista' jingħad għall- ekonomija Maltija, li minn waħda li kienet tiddependi fuq id-dħul mill- bażijiet militari Brittaniċi, imxiet għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija b'għadd sabiħ ta' operaturi ekonomiċi f 'pajjiżna jimirħu fi swieq lil hinn mill-konfini tal-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika u fl-Amerika, bħala parti mill-moviment minn ekonomija magħluqa għal waħda globali. Fil-kuntest ta' din il-wirja, l-Ispeaker saqsa dwar kif dan il- qasam jista' jikber fil-ġejjieni filwaqt li ħeġġeġ l-imprendituri Maltin jinvestu aktar fil-qasam tal-ilbies u l-moda, qasam li jista' jikber f 'mutur ieħor tal-ekonomija Maltija. L-esbiti f 'din il-wirja juru l-personalità u l-karattru tal-persuna li sawret il-libsa u min jilbisha. Għalhekk wieħed jista' jagħraf f 'dawn l-esbiti xi ħaġa unika, li għalkemm tista' tkun influwenzata minn stili diversi, hemm fihom element partikolari attribwiti lill- Maltin, tenna l-Ispeaker. Għall-ftuħ uffiċjali ta' din il-wirja attendew u indirizzaw lil dawk preżenti l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u l-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi. il-Libsa ta' Mary Spiteri meta rrapreżentat lil Malta l-eurovision (Lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017