Illum previous editions

illum 2 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 56 49 43 61 9 16 76 74 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta Brown's Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara Remedies Pharmacy, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz- Zakak, Mosta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Martin's Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Ta' Pinu Pharmacy, Franġisk Portelli Street, Għarb Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir pjuttost imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jsir forza 6 BAĦAR: Qawwi L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 5 li jsir forza 3 għal 4 BAĦAR : Qawwi IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ- ċans li tirbaħ dan il-ktieb: Enrico ta' Surley f 'liema belt jiltaqa' ma' Adelaide? ❏ Brussel ❏ Venezja ❏ Londra Ibgħat ir-risposta tiegħek sad-9 ta' Ġunju f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Adelaide Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Markuż' hija Angela Buttigieg bin-numru tal-mowbajl li jispiċċa '652' Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-8 ta' Lulju 'dan l-indirizz: Spezzjonijiet ta' kliniċi fejn isiru trattamenti tal-IVF u 100 siegħa leave speċjali LAWTORITÀ għall- protezzjoni tal-embrijuni se tkun qed tissaħħaħ bl-ingaġġ ta' numru ta' spetturi li se jkunu qed jiżguraw li fil- kliniċi kollha fejn isiru trattamenti tal-IVF, il- kliniċi jkunu qed jimxu mar-regoli stabbiliti skont il-liġi. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta fil- Parlament kien qed isir id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji tal-istess awtorità. Il-Ministru Fearne spjega kif mill- 2015, minn meta beda jingħata s-servizz tal- IVF fil-qasam tas-saħħa pubblika, twieldu b'kollox 75 tarbija filwaqt li bħalissa hemm ukoll 32 koppja li qed jistennew tarbija bl-istess proċess. F'kumment mal-ILLUM, il-Ministru Fearne qal li dan ir-riżultat qed jinkiseb grazzi għall-ħidma ta' diversi professjonisti li qed jaħdmu qatigħ f 'dan ir-rigward. "Kull wild huwa miraklu minnu nnifsu imma wild ta' tarbija bl-assistenza tal-IVF mhu xejn inqas minn hekk u ta' dan irrid personalment nirringrazzja lil professjonisti bħal Dr Mark Brincat u Dr Mark Sant li jaħdmu ħafna sabiex jassistu lil dawk il-koppji li jirrikorru għal dan it-trattament sabiex ikollhom tarbija. Hemm ukoll speċjalisti oħra li rrid insemmi fosthom Konsulenti u Tobba tal-uroloġija li jgħinu ħafna speċjalment meta l-problemi jkunu ġejjin min-naħa tal-irġiel u ringrazzjament ukoll ma jonqosx lil qbiela u nies tekniċi li jaħdmu fil- laboratorji fejn isir ħafna xogħol delikat fil-proċess tal-IVF." Il-Ministru semma' wkoll kif f 'Mejju ta' din is-sena, il-gvern permezz ta' legal notice introduċa leave speċjali għal dawk il-koppji li jkunu għaddejjin mill- proċess tal-IVF. "Din hi miżura li forsi ntilfet xi ftit mill-attenzjoni tal-midja forsi għall-fatt li konna għaddejjin b'kampanja elettorali però permezz ta' din il-legal notice introduċejna 100 siegħa ta' leave speċjali għal dawk il- koppji li jkunu għaddejjin mill-proċess tal-IVF, kemm jekk it-trattament qed isir lokalment u kemm jekk barra minn pajjiżna. Il-proċess għandu ċerta tbatijiet u għalhekk dan il-leave se jkun qed jgħinhom biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-proċess li jridu jgħaddu minnu." Mistoqsi dwar it-triq 'il quddiem fil-qasam tal-IVF, il-Ministru Fearne qal li l-liġi li għandna llum saret f 'Novembru tal-2012. "Il- liġi tal-lum daħlet fl-2012 u dakinhar daħlet bħala liġi konservattiva. Ta' min ifakkar li t-tabib Jean Pierre Farrugia, dak iż-żmien deputat Nazzjonalista u chairperson tal-kumitat dwar l-IVF, kien xtaq liġi iktar miftuħa imma l-gvern Nazzjonalista kien ħa linja iktar konservattiva u llum għadna qed naħdmu bl- istess liġi. Però s-soċjetà llum inbidlet u s-sistemi kliniċi wkoll inbidlu. Dak li kien cuttng edge f 'dan il-qasam fl-2012 illum sar antik. Fost dak li tgħid il-liġi hemm il-fatt li jekk mara għandha problema ta' infertilità u ghandha bżonn l-għajnuna ta' assistenza riproduttiva dan jista' jsir biss dejjem jekk il-mara qiegħda f 'relazzjoni ma' raġel però jekk din il- mara tinsab f 'relazzjoni ma' mara oħra, fuq għażla ta' orjentazzjoni sesswali, il-liġi ma tippermettihx. Hemm bżonn anke għalhekk ta' reviżjoni tal-liġi li preżentement qed tiddiskrimna fuq l-orjentazzjoni sesswali tal-mara." Il-Ministru Fearne temm jgħid għalkemm huwa tajjeb li niddiskutu r-reviżjoni tal-liġi huwa tajjeb li niddiskutu s-suġġett bla ma nkunu isteriċi u nżommu dejjem l-inklużjoni sħiħa tal- membri kollha tas-soċjetà, kif ukoll l-interess tal-kopji u tat-trabi ġodda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 July 2017