Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/844302
Il-Ħadd 02 ta' Lulju 2017 | illum Intervista 7 pajjiżi oħrajn." Imma jkompli jgħid illi l-akbar kriżi u periklu li ffaċċjat Malta fl-ewwel erba' snin ta' Gvern Laburista kienet il-kriżi f 'Ċipru. Dan għaliex meta s-sitwazzjoni f 'Ċipru kienet resqet sew lejn kollass, il-midja Ġermaniża qalet li 'issa Malta jmiss', minħabba diversi similaritajiet ġeografiċi u anke bankarji. "Kulħadd beda jċempel, kumpaniji Ġermaniżi bdew iċemplulhom mill-Ġermanja u jgħidulhom biex ineħħu kull ċenteżmu li għandhom Malta. Kien attakk ikrah u kriżi enormi. Min-naħa tiegħi, biex nilqgħu kemm nistgħu ltqajt ma' diversi esperti, tkellimna u qattajna ġranet sħaħ, kuljum nevalwaw l-'inflows' u l-'outflows' tal-flus mill-banek Maltin." Scicluna jgħid ukoll illi apparti minn dan kollu, Gvern Laburista kellu wkoll battalja fid-Direttiva dwar l-Anti-Tax Avoidance, billi juri li se jikkoopera fil-ġlieda kontra l-evitar ta' ħlas tat-taxxa imma fl-istess ħin li se jibqa' fuq quddiem jipproteġi r-reġim ta' taxxa f 'Malta, approvat mill-Unjoni Ewropea. Għal ftit mumenti, id-diskors jaqa' fuq il-Malta Files, li kif ifakkar Scicluna ma kien żvelar tal-ebda informazzjoni li ma kinitx diġà pubblika. "Din ma kienet leak xejn. Bnew storja fuq il-bagalja li dehret fuq in-Net u l-bastimenti u l-jotts kbar li jidħlu f 'pajjiżna. Naturalment, sabuna mifrudin. Konna dejjem żammejna ma' ftehim mill-1994, imma f 'din il-kampanja ma żammejniex miegħu u min ried jagħmel il-ħsara, għamilha." Scicluna kien qed jirreferi għall-ftehim bejn iż- żewġ partiti biex is-settur finanzjarju ma jintużax bħala ballun politiku, minħabba l-vulnerabbilità tiegħu fid-dawl ta' interessi partikolari minn diversi pajjiżi oħrajn fl-UE. "Saret ħsara kbira lil pajjiżna," jasserixxi Scicluna li jkompli jgħid illi dawk li jaħdmu fil-qasam finanzjarju "daħlu f 'qoxorthom u ma tkellmux quddiem dan l-attakk bla preċedent. Allura qam paniku u biża' tal- prospetti fil-qasam finanzjarju jekk jerġa' jkun elett Gvern Laburista." Għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta Scicluna jisħaq illi kieku l-kampanja elettorali kienet waħda twila l-pajjiż kien ikun fil-periklu ta' instabbilità enormi. "Tinsiex li għandna Oppożizzjoni konvinta li hi biss għandha dritt tigverna u li Gvern Laburista huwa aberazzjoni. L-idea tal-PN kienet mhux li tikkritika, imma li twaqqa' l-Gvern." "Fid-dawl ta' build up ta' paniku li kien qed jinħoloq, kienet xi ħaġa għaqlija li morna għall-elezzjoni. Jien inħoss li ma kienx hemm għalfejn issir ħsara daqshekk lil pajjiżna għall- konvenjenza politika." Ma jaħsibx li Busuttil kien il- persuna idonea Scicluna qed jitkellem dwar ħsara għall-pajjiż u attentati biex Gvern Laburista, elett demokratikament ikun imwaqqa'. Qed jitkellem dwar attakki bla preċedent fuq l-istituzzjonijiet. Allura b'dan kollu li qed jgħid xi jkun il-ġudizzju tiegħu ta' Simon Busuttil, issa li l-karriera qasira tiegħu bħala Kap tal-PN riesqa lejn it-tmiem? "Lil Simon Busuttil kont nafu mill-Parlament Ewropew, minn qabel ma' kien elett kap tal-PN. Inħoss li għas-sitwazzjoni li kien fiha l-PN fl-2013, b'partit finanzjarjament fallut u tgerfix b'ambizzjonijiet ta' tmexxija mid-Deputati Kapijiet, Simon Busuttil ma naħsibx li kien il-persuna idonea ('he wasn't the right person') Bżonn ta' strutturi għal komunikazzjoni mad-delegati u l-poplu L-intervista terġa' ddur fuq kwistjonijiet iktar 'tal-partit' b'Scicluna jisħaq bosta drabi li hemm bżonn illi l-partit joħloq strutturi, bħal m'hemm f 'Parlamenti Ewropej illi permezz tagħhom ikun hemm kuntatt bejn iċ-ċittadin u l-politiku li jirrapreżentah. Scicluna, simili għal dak li kien propost ukoll fil-kampanja għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, qed jipproponi li tinħoloq struttura li ġġib liċ-ċittadin u min jirrapreżentah, jew inkella l-uffiċjal elett flimkien f 'laqgħat li jkunu 'l bogħod mill-għajnejn tal-midja. Il-kolla li żżomm lill-Partit Laburista b'saħħtu Wasalna fit-tmiem tal-intervista u nfakkru illi l-kolla li qed torbot lill- Partit Laburista u dawk il-170,000 li fl-aħħar elezzjoni vvutawlu hija l-ekonomija u l-mod kif il-ġid li qed jinħoloq qed jitqassam. Jekk pajjiżna jesperjenza perjodu mhux daqstant pożittiv ekonomikament jew ikun hemm xi kriżi fl-UE li taffetwa s-swieq tagħha, il-kolla ddub? Scicluna jfakkar illi l-Gvern f 'kull baġit jippreżenta pjan ta' assesjar tar-riskji. "Imma aħna qed niffokaw iktar fuq żvilupp li jkun ekwu, qed naraw li l-infrastruttura pereżempju titjieb b'mod li tirrifletti t-tkabbir ekonomiku. Minkejja t-tkabbir għad għandna ċerti affarijiet neqsin li ma jixirqux f 'ekonomija li qiegħda dejjem tikber." Chris Fearne, f 'intervista mal- ILLUM ippubblikata fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd li għadda, wiegħed li se jagħmel minn kollox biex il-PL jirbaħ u jerġa' jirbaħ. Scicluna kif jista' jwiegħed l-istess? "L-ewwel nett il-poplu wera li mhux lest illi jbiddel żiemel rebbieħ nofs triq. Issa meta ngħidu nofs triq qed ngħidu nofs il-partita. Imma dan ma jfissirx li Gvern Laburista sa ħames snin oħra u daqshekk. Imbagħad tibda partita oħra." "Jekk Gvern Laburista jkompli jwettaq, joħloq il-ġid u jkompli joħloq soċjetà iktar inklussiva ħadd ma jniżżlu minn hemm. Min se jneħħi Gvern li joħloq il-ġid, li jqassmu b'mod ġust u jagħti d-drittijiet? Jekk ikompli jwettaq ikun Gvern Laburista biss li jista' jwaqqa' lilu nnifsu, mhux xi ħadd iniżżlu mill-Gvern." Scicluna jtemm jgħid li "maġġoranza ta' 40,000 ma jfissirx li kollox lura għan-normal. Kien hemm min ried jagħti tbeżbiża. Issa ejja nitkellmu, ħalli naraw x'seta' ġara...u mhux neċessarjament fil- pubbliku jew permezz ta' eżerċizzju bħal 'Gvern li Jisma''. Jeħtieġ ukoll li nżommu għajnejna miftuħin il-ħin kollu, nipprevedu dejjem affarijiet li jistgħu jagħtu isem ħażin. Aħna f 'dan il-Ministeru hekk għamilna...u hekk għandu jagħmel kull Ministru." mistrieħ, niflaħ għall-piż'