Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
11 Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet Jekk tbati b'qalbek, l-elezzjoni ma tagħmillekx tajjeb CARMEL Cacopardo mistenni jieħu post Arnold Cassola bħala Chairman tal-Alternattiva Demokratika. Dan ikkonfermah Cacopardo stess f 'kummenti ma' din il-gazzetta. Mistoqsi għalfejn iddeċieda li jieħu tmexxija ta' dan il- partit f 'idejh, huwa wieġeb li wasal iż-żmien li nokkupa l-kariga ta' mexxej wara 40 sena attiv fil-politika lokali." Minkejja dan, Cacopardo jeħtieġ li l-ewwel jgħaddi mill-għarbiel tal-membri u l-eżekuttiv tal-istess partit; proċess li mistenni jsir f 'Settembru li ġej. Cacopardo kien kandidat għall-Alternattiva Demokratika fuq żewġ distretti fl-elezzjoni tal- 2017, ir-raba' u l-ħdax. Hu akkwista 355 vot mit- total ta' 2,564 vot li kisbet l-Alternattiva Demokratika. PN, PD, AD ilkoll b'mexxej ġdid Il-Perit, kien għall-ewwel darba kandidat tal-AD fl- elezzjoni ġenerali tal-2008, wara li f 'Jannar tal-istess sena, hu kien irriżenja mill- Partit Nazzjonalista wara numru ta' snin attiv fosthom saħansitra fl-eżekuttiv. Huwa kien ikontesta tliet elezzjonijiet ġenerali bħala kandidat f 'isem il-PN fl- 1987, 1992 u 1996. B'hekk it-tliet partiti tal- oppożizzjoni f 'pajjiżna se jkunu qegħdin fil-proċess li jaħtru mexxej ġdid fil- ġimgħat li ġejjin, hekk kif il-battalja għal Kap tal-Partit Nazzjonalista waslet fl-eqqel tagħha u r-riżenja ta' Marlene Farrugia mill-Partit Demokratiku se twassal għall-ħatra ta' Kap ġdid għall-Partit Demokratiku. Cacopardo ta' 61 sena, huwa resident il- Kalkara, u gradwa bħala perit fl-1982. Fl-2006 huwa ppubblika l-ktieb tiegħu 'Time for Radical Change.' lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Carmel Cacopardo se jieħu r-riedni f 'idejh minn Veronica Lynn Mizzi META fil-pajjiż ikun hemm xi elezzjoni, ir-riskju li persuna tmut kawża ta' xi attakk tal-qalb jiżdied konsiderevolment. Dan joħroġ minn studju Malti li ġie ppubblikat fil-Malta Medical Journal, u jixhed kif ir-riskju ta' fatalità kawża ta' problemi relatati mal-qalb, jiżdiedu fis-sena tal- elezzjoni, sena qabel u sena wara. Dan l-istudju kkumpara r-rati ta' mewt kawża ta' xi problema bil-qalb fis-snin li fihom issir xi elezzjoni fil-pajjiż, fis-sena ta' qabilha, kif ukoll is-sena ta' wara l-elezzjoni, mal-bqija tas-snin, sa mill-elezzjonijiet bejn l-1985 sal- 2013. L-istess studju jitfa' wkoll dawl fuq ir-riskji ikbar li għandhom persuni li diġà għandhom xi problemi b'qalbhom jew li nstabitilhom xi kundizzjoni medika relatata mal- qalb. Jissemma wkoll l-istress bħala kawża ta' dawn il-problemi tal-qalb, fost l-oħrajn l-istroke, u fil-fatt minħabba żieda fl-ammont ta' stress esperjenzat f 'dan il-perjodu, ir-riskju ta' mortalità, ikompli jiżdied. L-istudju, minħabba f 'hekk jagħti parir sabiex persuni li diġà jbatu minn xi kundizzjoni medika tal-qalb u għandhom tendenza li jieħdu l-elezzjonijiet b'ċerta serjetà, joqogħdu iktar attenti partikolarment fiż-żminijiet tal- elezzjonijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-pariri jmorru lil hinn minn hekk u saħansitra huwa suġġerit li partikolarment fi żmien l-elezzjoni tiżdied l-attività fiżika u jiżdiedu l-passatempi sabiex dak li jkun, ma jaħsibx u jinkwieta kontinwament fuq l-elezzjoni. L-istudju jirrakomanda li t-tobba tal-familja għandhom ikunu konxji ta' din is-sitwazzjoni sabiex ikunu huma l-ewwel nies li jistgħu jidentifikaw dawk il-persuni li l-iktar ikunu f 'riskju. L-istudju intitolat 'Life expectancy, mortality and elections: their association during elections in Malta', ta' Elaine Claire Lautier, Kathleen England, Natasha Azzopardi Muscat, Neville Calleja u Dorothy Gauci, jagħti ħarsa wkoll lejn is-sitwazzjoni tas-suwiċidji fis- snin tal-elezzjoni. Minbarra l-kundizzjonijiet mediċi relatati ma' problemi tal-qalb, l-istudju analizza l-istatistika relatata mas-suwiċidji fis-snin imsemmija. Fil-fatt, f 'dan l-aspett, l-elezzjonijiet f 'Malta kellhom impatt pożittiv għaliex hemm tendenza li inqas persuni jippruvaw jagħmlu suwiċidju fis-snin tal-elezzjoni. L-istudju jispjega kif dan jista' jkun minħabba l-fatt li Malta huwa pajjiż żgħir, u n-nies iħossuhom iktar involuti fil- proċess elettorali. Din l-attività tista' tħalli l-persuni iktar ħerqana għal xi ħaġa f 'ħajjithom u għalhekk ma jħossuhomx imdejqin, bla skop jew mingħajr tama, li huma fatturi li ġeneralment iwasslu biex persuna tikkunsidra li tneħħi ħajjitha. Fil-fatt, l-istudju jgħid li jekk persuna tinżamm okkupata, ikollha inqas ċans taħseb u tikkontempla dwar suwiċidju jew attentat biex tweġġa' lilha nnifisha. Studju mediku juri li r-rati ta' mwiet kawża ta' problemi tal-qalb jiżdiedu qrib l-elezzjoni