Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
illum Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Arsenal offrew kuntratt ġdid lill-midfielder ċentrali tagħhom Alex Oxlade-Chamberlain. Skont il-ġurnal TheDaily Star, dan il-ftehim sar għal erba' snin fejn il-player Ingliż ser ikun qed jaqla' madwar 125,000 lira sterlina fil-ġimgħa. B'hekk ġiet eskluża għal kollox il-possibilta' li Chelsea jakkwistaw lil dan il-player illi kien qed jissemma' ħafna magħhom. Madankollu Arsene Wenger ried iżomm dan il-plejer akkost ta' kollox hekk kif xtaq ikompli jsaħħaħ nofs il-grawnd. Chamberlain ilu ma' Arsenal mis-sena 2011 u skorja disa' gowls f'130 partita li lagħab bil-flokk tal-Gunners. LIONEL MESSI - Manchester City qed jippreparaw offerta inkredibbli ta' €300 miljun sabiex jippruvaw jakkwistaw lill-istilla ta' Barcelona, Lionel Messi. Il-klabb mill-Premier League Ingliż qed jallega illi ltaqgħu ma' rappreżentanti ta' Messi f'ristorant f'Barcelona sabiex jiddiskutu t-trasferimenti storiku tiegħu. Il-plejer ta' 30 sena għadu kemm ftiehem kuntratt ġdid ta' erba' snin mal-Katalani bil-paga tiegħu tagħmlu l-aktar wieħed imħallas tal-kontinent. Madankollu, il-viċi-president ta' Barcelona Jordi Mestre żvela illi dan il-kuntratt għad irid jiġi ffirmat. Barcelona xejn m'huma għaddejjin minn perjodu faċli hekk kif wara t-tluq ta' Neymar qed jissemma' illi anke l-midfielder Andres Iniesta jista' jiċċaqlaq. SUSO - Il-ġurnal sportiv Taljan La Gazzetta dello Sport irrapporta illi Inter jinsabu interessati fl-akkwist tal-Ispanjol ta' Milan Suso. Il-plejer qed jiġi stmat illi jiswa 25 miljun ewro u jilgħab f 'nofs il-ground. Id-diriġenti Interisti jixtiequ s-servizzi ta' dan il-player mingħand il-kuġini Milanisti iżda l-ewwel iridu jneħħu wieħed minn Jovetic, Brozovic jew Candreva sabiex ikollhom il-flus għall-akkwist ta' Suso. Suso kellu esperjenzi wkoll ma' Genoa, Liverpool u Almeria qabel ingħaqad ma' AC Milan fejn skorja tmien gowls f '40 partita li lagħab magħhom. JONNY EVANS - West Brom irrifjutaw offerta ta' 18 –il miljun lira sterlina mingħand ManchesterCity għall-akkwist tal-player tagħhom Jonny Evans. Skont il-gazzetta TheDailyTelegraph, il-managertas- CityPepGuardiola jonqsu player fid-difiża u wara l-firem ta' Kyle Walker, Benjamin Mendy u Danilo, Evans jibqa' l-objettiv illi jmiss. Jonny Evans huwa difensur mill-Irlanda ta' Fuq u għandu 29 sena filwaqt illi ilu mal-klabb sa mill-2015. DUVAN ZAPATA - B'Nikola Kalinic illi jidher li se jiċċaqlaq, Fiorentina qed ifittxu l-werriet tiegħu u wara xi riflessjonijiet mid-diriġenti Viola huma qed jikkunsidraw lill-attakkant ta' Napoli Duvan Zapata. Dan il-plejer mhuwiex fil-pjanijiet ta' Sarri, il-kowċ Naplitan. Il-plejer Kolombjan, li kien ukoll f 'self ma' Udinese, ingħaqad ma' Napoli fl-2013. Bħala alternattiva, Fiorentina qed isegwu wkoll il-progress ta' Giovanni Simeone ta' Genoa li jiġi t-tifel tal-leġġendarju Diego. PHILIPPE COUTINHO - Wara t-telfa fis-Super Cup kontra Real Madrid, kibret ferm l-urġenza ta' Barcelona illi jixtru plejer ta' ċertu kalibru. Tikber il-possibilta' li Philippe Coutinho ta' Liverpool jiġi akkwistat mill-aktar fis possibbli sabiex ikollhom attakkant ieħor. Madankollu Liverpool mhux lesti jħallu lill-Brażiljan jitlaq għalkemm skont il-ġurnal MundoDeportivo, Coutinho għandu xewqa kbira li jingħaqad mal-klabb Blaugrana. MARCO ASENSIO - - L-attakkant ta' Real Madrid, Marco Asensio bħalissa huwa l-plejer tal-mument hekk kif wara l-gowl illi skorja kontra Barcelona fis-Super Cup Spanjola, qanqal diversi klabbs sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu. Skont DarioGol, Real Madrid huma lesti li jinnegozjaw kuntratt ieħor, madankollu Arsenal, Juventus, Liverpool u Milan għandhom f 'moħħhom illi jipperswadu lil plejer jingħaqad magħhom. Asensio għandu 21 sena u diġà lagħab tliet partiti mat-tim nazzjonali Spanjol. minn Cristian Antony Muscat FACUNDO COLIDIO - Wara r-rebħa li Inter kisbu nhar il-Ħadd li għadda kontra Fiorentina bl- iskor ta' 3-0, id-diriġenti Interisti huma ottimisti illi dan ser ikun staġun pożittiv għalihom. U qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, huma qed jaħdmu sabiex iġibu lejn il-belt ta' Milan l-attakkant ta' 17-il sena Facundo Colidio meqjus bħala talent ġdid Arġentin. Meta kollox kien jidher illi l-istilla mill- Amerika t'Isfel kellu jingħaqad ma' Inter is-sena illi ġejja, dan kollu jista' jseħħ qabel. Collidio jilgħab mat-tim nazzjonali Arġentin ta' taħt l-20 sena. MATHIEU DEBUCHY - Il-klabb Franċiż ta' Olympique Marseille qed jsegwu mill-qrib il-progress tal- player ta' Arsenal Mathieu Debuchy. Fil-fatt il-kowċ tagħhom Rudi Garcia qed ifittex plejer illi jilgħab mal-linja leminija u skont France Football, Debuchy huwa l-pedina mportanti li tant ilhom ifittxu. Debuchy mhux qed ikun inkluż fl-ewwel 11 ta' Arsenal u għalhekk aktar qed tikber il-possibilta' li dan it-trasferiment iseħħ. Il-plejer ta' 32 sena fil-karriera tiegħu kellu wkoll esperjenzi ma' Lille, Newcastle United u Bordeaux.