Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JORDAN LUKAKU - Il-winger ta' Lazio Jordan Lukaku, li jiġi ħu l-plejer ta' Manchester United Romelu Lukaku, sar l-idolu tal-partitarji ta' Lazio wara l-azzjoni ferm sabiħa illi wettaq sabiex wassal għall-goal ta' Murgia fir-rebħa li kisbu kontra Juventus fis-SuperCup Taljana. Dan kollu wassal sabiex id-diriġenti Biancocelesti jikkunsidraw illi jġeddu l-kuntratt tal-player Belġjan li bħalissa jagħlaq f 'Ġunju 2019. Lukaku għandu 23 sena u diġà lagħab 5 partiti mat-tim nazzjonali Belġjan. Matul l-istaġun li għadda huwa lagħab 15-il logħba ma' Lazio għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka. SHKODRAN MUSTAFI - Inter avviċinaw lil Arsenal sabiex jippruvaw jikkonvinċuhom biex Shkodran Mustafi jingħaqad magħhom. Is-sit GianlucadiMarzio.com qal illi n-Neroazzurri qegħdin ifittxu difensur u skont il-coach Luciano Spalletti dan jista' jkun il-player ideali. Wara li falla t-tentattiv illi jakkwistaw lil EliaquimMangala mingħand ManchesterCity, l-attenzjoni daret fuq Mustafi illi ngħaqad ma' Arsenal sena ilu. Dawn tal-aħħar bħal qishom ma tantx huma ħerqana illi jħallu lil dan il-plejer jitlaq hekk kif nefqu 35 miljun ewro għalih. Mustafi għandu 25 sena u lagħab 19-il darba mat-tim nazzjonali Ġermaniż. IVAN PERISIC - Il-kowċ ta' Manchester United, Jose Mourinho lest li jistenna sa Jannar sabiex il- klabb tiegħu jakkwistaw aktar plejers biex isaħħaħ it-tim. Skont l-istazzjon televiżiv ESPN, Mourinho kellu f 'moħħu li jikseb lill-plejer ta' Inter Ivan Perisic pero' kull tentattiv mill-club tiegħu s'issa rriżulta fin-negattiv. Ir-Red Devils madankollu akkwistaw lil Victor Lindelof, Romelu Lukaku u Nemanja Matic. JULIAN DRAXLER - Arsenal xeħtu ħarsithom fuq il-winger Ġermaniż ta' Paris St Germain Julian Draxler. Bl-ispazju mat-tim Franċiż li issa sar ferm limitat wara l-akkwisti riċenti, Draxler qiegħed jikkonsidra bis-serjeta' din il-proposta. Il-klabb minn Pariġi qegħdin jitolbu 32 miljun lira sterlina lil Arsenal. Sadanittant, Borussia Dortmund u Inter ukoll qegħdin jiġru wara l-firma ta' dan il-plejer. Draxler lagħab 17-il darba ma' PSG fejn skorja erba' gowls. NACHO - Real Madrid jistgħu jirrilaxxjaw lid-difensur Spanjol tagħhom Nacho bid- destinazzjoni probabbli tkun l-Italja mal-klabb mill-kapitali Roma. Il-gazzetta Corrieredello Sport qal illi l-club Taljan kien qed jiġri wkoll wara l-Awstrijak Dragovic, iżda wara li dan jiswa €20 miljun, id-diriġenti Romanisti jixtiequ prezz irħas u għalhekk marru għal Nacho illi jiswa €15-il miljun. Nacho qed ifittex klabb minħabba li din hi s-sena tat-Tazza tad-Dinja u għalhekk jixtieq isib postu mat-tim nazzjonali Spanjol. YERRY MINA - Barcelona akkwistaw lill-Kolombjan ta' PalmeirasYerry Mina fejn ser jingħaqad magħhom fis-sena 2018. Skont is-sit KolombjanSport, Mina ma jistax jingħaqad mal-ġganti Spanjoli minn issa u għalhekk sar dan il-ftehim illi jarah jilbes il-flokk Blaugrana mis-sena li ġejja. Mina huwa difensur illi jista' jaqdi l-bżonnijiet ta' Valverde li ra difiża xejn attenta fis-Super Cup mitlufa kontra Real Madrid. Mina għandu 22 sena u kellu esperjenzi fi clubs tal-Amerika t'Isfel bħal Santa Fe u Deportivo Pasto. DAVID DE GEA - Real Madrid qed jippjanaw offerta ta' madwar 46 miljun lira sterlina lil Manchester United għall-goalkeeper Spanjol David de Gea. Skont il-ġurnal Ingliż The Sun, il-ġganti Spanjoli ilhom ħafna jsegwu lil dan il-plejer u jixtiequ li jingħaqad magħhom mill-aktar fis possibbli. Sadanittant il- kowċ tal-Los Blancos Zinedine Zidane mhux favur illi jiġi akkwistat player ta' isem illi eventwalment jiswa l-flus wara li kellhom pre-season eċċellenti u għalhekk issuġġerixxa illi l-attenzjoni tmur fuq l-akkwist ta' De Gea. STEVAN JOVETIC - Newcastle United qegħdin ifittxu player ta' nofs il-ground li fl-istess ħin jaqdi d-dmirijiet ta' attakkant u l-coach tagħhom Rafa Benitez issuġġerixxa lil Stevan Jovetic ta' Inter. Il- player Montenegrin jogħġob ħafna lill-kowċ Spanjol u jidħol tajjeb fil-pjan offensiv illi għandu f 'moħħu. Newcastle tilfu l-ewwel partita tagħhom fil-kampjonat kontra Tottenham u għandhom bżonn midfielder biex jagħtu aktar saħħa lill-attakk. Jovetic għadda l-istaġun li għadda misluf ma' Sevilla għalkemm reġarritorna ma' Inter wara il-preseason. LEONARDO SPINAZZOLA - Juventus qed jistennew aħbarijiet pożittivi sabiex jakkwistaw lil Leonardo Spinazzola mingħand Atalanta. Id-diriġenti Bianconeri madankollu mhux lesti jistennew ħafna u għalhekk qed jevalwaw il-possibilta' li jakkwistaw lill-plejer ta' Porto, Danilo Pereira skont ma' qal il- ġurnal TuttoSport. B'Tottenham Hotspur ukoll interessati, Porto qed jitolbu somma ta' €25 miljun. Danilo huwa plejer Portugiż ta' 25 sena illi ma' Porto lagħab 61 darba fejn skorja 10 gowls.