Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Opinjoni 20 F tit ilu qajment pandemonju fuq il-medja soċjali proposta li xi ћadd gћamel fuq il-paġna tal-facebook tiegћu biex tqum diskussjoni dwar jekk il-gvern gћandux jelimina persuni li gћandhom 'il fuq minn ћamsa u sebgћin sena. Skont min tella' din il-proposta din id-diskussjoni gћandha tqum minћabba li dawn ix-xjuћ mhu qed jgћatu xejn lill-ekonomija, u qed jieћdu riżorsi li jistgћu jintużaw minn min hu iżgћar minnhom. Bosta tkażaw u (ġustament) ikkundannaw lil min ћareġ b'din il-proposta mill-agћar. Jien, waqt li ovvjament ma napprovax dak li ntqal, ma niskantax u ma nara xejn bi kbir f 'dak li din il-persuna ipproponiet. Ma niskantax gћax l-art u ż-żerriegћa biex jixxettlu ћsibijiet tal-biża' bћal dawn kienet ilha li ġiet ippreprata, inkluż minn uћud li skandalizzaw ruћhom. Single mothers, Tarznari u Immigranti Din li d-dinjità ta' persuna titqies minn kemm tgћati kontribut gћall-ekonomija mhix ћaġa li vvintaha l-individwu li ћareġ b'din l-idea mill-agћar dwar ix-xjuћ. Gћal snin twal smajna stejjer, imwasslin u mћawrin minn bosta ġurnali rispettabbli, kif ukoll minn ċerti opinjonisti u 'ћassieba' borgiżi li jemmnu li huma xi benefatturi tal- umanità, li l-akbar gћelt tal-pajjiż huma xi kategorija jew oћra bћas-single mothers, il-ћaddiema tat-tarzana jew dawk li jieћdu s-servizzi soċjali. Gћadna nisimgћu wkoll min jgћid li l-paga ta' dak li jkun m'gћandhiex tkun meqjusa ma' kemm gћandu bżonn biex jgћix sew, imma ma' kemm hu/i produttiv/a. Ir-rispettabilità u d-dinjità ta' dawn in-nies kienet marbut ma' kemm jipproduċu jew jiswew lis-soċjetà. Ħadd minn dawn il-kittieba u opinjonisti rispettabbli ma qies jew iqis kemm ser ibatu (jew kemm batew) familji u individwi konkreti minn din il-ћdura. L-istess dwar l-immigranti, u hawn mhux qed nirriferi biss gћal gruppi jew individwi li jћaddnu l-ideat ћżiena tal-Lemin Estrem. Setturi tal-media, NGOs u politiċi ewlenin u blokk politiku bћall-Unjoni Ewropea, li tant iparlaw fuq drittijiet u l-bqija, ma jiddejqux jitkellmu fuq l-immigranti bћala burden – piż. Issa din li dawn il-vittmi jissejћu piż mhux biss tostor ir-responsabbiltajiet tagћna fl-isfortuna tagћhom (dawn qed jaћarbu u jiġu 'l hawn gћax, fost affarijiet oћra, in-naћa tagћna tad-dinja qed tisloћilhom ir-riżorsi u qed tesportalhom biss armi), imma tqis lil dawn il-bnedmin li suppost igawdu dinjità u drittijiet primarjament bћala skariġġ li wieћed irid jissaporti jew jara kif iwaћћlu lil ћaddieћor. Hi ta' min jiskanta gћalhekk li dan l-individwu gћamel l-istess raġunament – ћażin imma konsistenti mar- raġunamenti li semmejt fiż-żewġ l-paragrafi oћra - gћal kategorija li wkoll hi vulnerabbli u mhix produttiva? Il-Krudeltà ta' karikatura Taћt ċerta aspett terġa' u tgћid, anke dwar ix-xjuћ jeżistu karikaturi vjolenti (anke jekk fid-deher mhumiex) li, ironikament, huma wkoll indirettament marbuta mal-idea li d-dinjità ta' persuna hi marbuta ma' kemm hu produttiv. Qed nirriferi gћall-istampa ta' 'Anzjani attivi' meta din issir speċi ta' domma; idea li kull persuna xiћa hi jew tista' tkun hekk. Hi ћaġa tajba li persuna tibqa' attiva kemm jista' jkun possibli. Madankollu mhux dejjem hu possibli, speċjalment gћal nies li gћandhom età kbira. Min gћal raġunijiet ta' saћћa, min gћal gћejja mhux biss fiżika u min gћal affarijiet oћra ma jistax u/jew ma jridx ikun 'attiv' fil-mod li bih tiġi mpenġija f 'din l-istampa. Dawn imma donnhom jimbarazzaw lis-soċjetà tagћna u rridu nwarrbuhom. (Karikaturi tax-xjuћija, li jwarrbu xjuћ konkreti billi jgћatu impressjoni ta' anzjani kollha cool u banalitajiet oћra, kienu saћansitra affarijiet bћall-programm 'Villa Sunset' ta' ftit ta' snin ilu). Jekk m'gћamel xejn tajjeb, min ћareġ b'dak is-suġġeriment mill-agћar, irrikonoxxa li x-xjuћija mhix l-istampa smart u spiss falza li bosta mkejjen spiss irewћu. Li ser ikollok nies gћajjenin u mhux produttivi li rridu jew nissaportu jew nuru xi forma ta' vjolenza magћhom billi nwarrbuhom (anke jekk inwarrbuhom billi naћbuhom wara karikatura). Jekk irridu li ћmerijiet bћal dawn li ssuġerixxa dan l-individwu ma jitweldux jew ma jsibux udjenza, irridu naqtugћha din li norbtu d-dinjità ta' persuna ma' kemm tirnexxi jew le fl-ekonomija, jew kemm ma tkunx dipendenti. Solidarjetà Xtaqt qabel nagћlaq nifraћ lir-residenti ta' Pembroke fil-militanza tagћhom kontra l-iżvilupp taċ-Chiswick. Minkejja li kif gћidt f 'artiklu xi ġimgћat ilu l-qagћda wara l-elezzjoni hi waћda tal-biża' – mhux gћax tela' l-PL imma gћax ġab dak in- numru ta' voti – hu ta' gost li tara komunità torganizza u timmilita. Kellu bżonn lokalitajiet oћra jimitawhom biex jipproteġu l-ġid u l-ambjent tal-komunità. Ċerti opinjonisti u 'assieba' borgiżi jemmnu li huma xi benefatturi tal- umanità, li l-akbar gelt tal-pajjiż huma xi kategorija jew ora bas- single mothers, il-addiema tat- tarzna jew dawk li jiedu s-servizzi soċjali. Ix-xjuija mhix l-istampa smart u spiss falza li bosta mkejjen spiss irewu Dak li tiżra… MICHAEL GRECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017