Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 35 sabiħa bil-partitarji illi ġew armati sa snienhom bil-banda u mitt elf ħaġ'oħra li toħloq atmosfera sabiħa. Semmejt il-partitarji. Kont timmaġina li l-Ġiljaniżi kapaċi jagħmlu atmosfera daqshekk sabiħa? Biex ngħidlek il-verità saqsejt lil xi erba' plejers barranin illi kienu jilagħbu hawn dwar l-atmosfera illi jkun hemm f 'San Ġiljan u assigurawni illi l-partitarji huma ferm numerużi u għandhom għal qalbhom it-tim tagħhom. Joħolqu ambjent uniku f 'Malta u meta rbaħna l-kampjonat kien hemm festa sħiħa. Bla dubju tajjeb illi ngħidilhom prosit u anke grazzi kbira illi kienu warajna matul dan is-sajf. X'taħseb dwar il-kumitat ta' San Ġiljan immexxi mill-president Daniel Aquilina? Li nista' ngħid huwa li San Ġiljan għandhom kumitat ħabrieki li jistinka mhux ftit sabiex iżomm l-isem tal- klabb u anke l-plejers tiegħu kuntenti. Ma jiddispjaċinix li ġejt hawn anzi nħoss li għamilt l-għażla t-tajba. Daniel Aquilina għandu karattru ferm kwiet u onest. Taf kif qiegħed miegħu u tispikka fih il-valur tal-ġenerożità. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal- plejers l-oħra tat-tim? Nista' ngħid li dan it-tim qisu familja waħda li kollha jaħdmu għal għan wieħed. Naħseb mil-logħbiet illi stajt tara matul dan l-istaġun spikka l-qbil bejn il-plejers u l-armonija li ġabet ir- riżultat. Meta xi ħadd minna kien jagħmel xi żball ġejna mgħallma mill-kowċ li mhux ngħajtu miegħu jew naħtfuh iżda ninkuraġġuh jagħmel aħjar. Dan kollu kien iċ-ċavetta tas-suċċess finali tagħna. Xi tgħidli mbagħad dwar il-kowċ tagħkom Marko Orlovic? Biex ngħidlek il-verità qabel ma ġejt hawn ma kontx nafu. Madankollu nista' nikkonferma illi jaf imexxi sew it-tim u għallimna ħafna valuri illi fl-aħħar mill-aħħar għenuna biex nirrispettaw lil xulxin u naħdmu fi spirtu ta' tim. Awtomatikament kollox jiġi waħdu u nista' ngħidlek illi l-armonija illi kellna miegħu waqt il-ħin tat-taħriġ kienet unika. Togħġbok il-ħajja f 'Malta? Il-ħajja f 'Malta hija sabiħa. Il-mara wkoll laqtitha ħafna din il-gżira. Għamlet madwar xahrejn hawnhekk iżda mbagħad kellha tmur lura l-Montenegro minħabba xi impenji u għalhekk qattajt xahar waħdi fejn xi drabi ġie xi ħabib iżommli kumpanija. Malta huwa pajjiż trankwill u fl-istess ħin m'hemmx minn xiex tiddejjaq għax issib x'tagħmel speċjalment matul is-sajf. Il-baħar huwa nadif u l-ikel huwa uniku. Hawn ħafna storja u tradizzjoni f 'din il-gżira li tagħmilha unika fil- Mediterran. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- waterpolo lest li jagħmel biex isir dejjem aħjar? Bħal kull sport ieħor jekk ma jkunx hemm sagrifiċċju ma tirnexxix. Wieħed minnhom hu li jekk tkun plejer internazzjonali jista' jkun illi tqatta' xi żmien 'il bogħod mill-familja u din bla dubju hija l-iktar ħaġa diffiċli li teżisti. Hemm imbagħad sagrifiċċji oħra fiżiċi fejn jekk trid vera ttejjeb il-forma tiegħek fiżika trid tal-inqas tagħmel erba' sigħat fl-ilma kuljum, sagħtejn filgħodu u sagħtejn oħra filgħaxija. Hemm imbagħad xi siegħa oħra li trid tagħmilha fil-gym ħalli ssaħħaħ il-muskoli. Minkejja dawn is-sagrifiċċji kollha jekk int ikollok il-motivazzjoni u l-entużjażmu għandek garanzija ta' suċċess. L-aħħar messaġġ li nixtieqek tgħaddili huwa mmirat lejn iż-żgħażagħ jew tfal li jixtiequ jaqbdu dan l-isport tant popolari f 'pajjiżna. L-ewwel ħaġa huwa importanti illi tħobb dan l-isport. Meta xi ħaġa tagħmilha bil-qalb aktar tirnexxi fiha u joħroġ ħafna pożittiv minnha. Il-waterpolo bħala sport mhux li tant huwa sinonimu ma' qligħ ta' flus u huwa għalhekk illi ħafna plejers lokali u internazzjonali jilagħbuh bil-qalb. Dan l-isport għandu jkun il- passatemp tiegħek għal bidu sakemm imbagħad tibda tieħdu bis-serjetà u tkun lest tagħmel is-sagrifiċċji neċessarji. Huwa sport li jgħejjik xi ftit però jgħinek ħafna biex tiżviluppa fiżikament. Madwaru hemm grupp ta' nies illi jħobbu l-logħba mhux jaraw il- qligħ ekonomiku li ser jieħdu minnu. U dan kollu jagħmel dan l-isport ferm sabiħ u attraenti. plejer tal-waterpolo fid-dinja Twieled -24 ta' Frar 1986 l-belt pittoreska ta' Herceg Novi l-Montenegro. Huwa meqjus minn bosta bħala l-aqwa plejer tal-waterpolo d-dinja l-preżent fejn kien fundamentali biex San Ġiljan jirbħu l-10 Kampjonat -istorja tagħhom. Għandu 31 sena u għandu tul impressjonanti ta' 198 ċentimetru. Huwa plejer b'kariżma kbira u saqajh mal-art li għalkemm b'kurrikulu impressjonanti ma jiftaħar xejn b'dak li jagħmel anzi tispikka h il-valur tal- umiltà. ALEKSANDAR IVOVIC Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017