Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Muscat u l-PL ma tantx qed iħabblu rashom dwar Perici u Portelli Tkompli minn paġna 7 Intant apparti Said u Delia, li qed jissemmew bħala l-favoriti, hemm ukoll Alex Perici Calascione u Frank Portelli. Perici Calascione, għall-inqas prima facie, ma tantx jidher li se jkun ta' theddida għall-Partit Laburista jew inkella għal Joseph Muscat għax il-perċezzjoni fost bosta hija li jirrapreżenta wisq il- kontinwità, wisq l-istatus quo. Qisu baqa' Simon Busuttil imexxi, imma ma baqax fl-istess ħin. Minkejja dan u minkejja li fir- realtà, Perici Calascione huwa ġeneralment sottovalutat, il-fatt li xi ftit jew wisq huwa kaxxa magħluqa jista' jkun ta' problema għall-avversarju. Minkejja li kien teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Perici Calascione xorta jibqa' xi ftit ta' kwantità mhux magħrufa li allura jista' joħloq element ta' sorpriża. Huwa kalm u jidher li jħobb jikkampanja aktar fil-kwiet u l-bogħod mill-kameras, jimmira lejn l-udjenza li fl-aħħar mill- aħħar irid minnha, fil-każ ta' din il-ġimgħa, il-Kunsillieri. Jekk Perici Calascione jgħaddi għat-tieni fażi, kontra kull mistenni lil hinn mill-PN, dan jista' jindika biċ-ċar li dan il-kandidat jasal mingħajr wisq daqq tat-trombi u ċirimelli, bħal dak iż-żiemel li ma tarahx ġej minn warajk, imma fl-aħħar mumenti jgħaddik. S'issa iżda, il-Labour ma tantx jidher li qed jitlef wisq irqad fuq Perici Calascione. L-eżerċizzju ta' Mistoqsija u Tweġiba fuq paġna 9 għandha tagħti xi ftit aktar dawl fuq x'jaħseb dan il-kandidat dwar kwistjonijiet aktar bażiċi u li jitrattaw kwistjonijiet bħall-prekarjat, ix- xogħol, l-ekonomija u iktar. Min-naħa l-oħra hemm Frank Portelli. Xi ftit żbukkat u jgħid l-affarijiet xi ftit jew wisq kif inhuma fejn jidħlu materji ta' partit. Il-Labour mhux qed jitlef irqad għax jaf li Portelli ftit li xejn għandu ċans jgħaddi għat-tieni rawnd. Jekk jgħaddi imma u jekk jiġri dak li ħafna qed jassumu li huwa impossibbli, jiġifieri li jkun hu li jirbaħ din l-elezzjoni, ix-xenarju politiku Malti jaf jinbidel b'mod drastiku. L-ideat ta' Portelli, speċjalment dwar l-immigrazzjoni, jattitraw ħafna kritika imma minkejja kollox, xorta huma popolari ferm fost firxa wiesgħa ta' nies, inkluż ħafna Laburisti. Stħarriġ fuq il- gazzetta oħt Maltatoday li qed ikun ippublikat ilum, jixhed dan. Ħafna minn dawn in-nies jafu jersqu lejn il-PN jekk dan ikun iebes fuq l-immigrazzjoni, anke jekk l-istess partit ikun f 'riskju li jitlef ħafna voti minn ħafna li ma jistgħu qatt jaċċettaw li persuna tinqala' mill-pajjiż, bil-familja b'kollox u tkun ripatrijata. Imma lura għal-Labour u Muscat. Minkejja li fil-kandidatura ta' Frank Portelli hemm xi ftit tal-fattur 'Trump', fis-sens ta' spontanjetà u l-argumenti li ma jsegwux il-bibbja tal-korrettezza politika, Muscat ftit li xejn qed jinkwieta għax jaf li l-probabbiltà li jkun elett Portelli hija remotissima. Kollox ma' kollox iżda, qed jirriżulta anke minn wara d-dibattitu li sar nhar il-Ħamis li għadda u li xxandar fuq il-midja Nazzjonalista, li s'issa l-ebda wieħed mill-erba' kandidati għall- inqas f 'dan il-punt mhu qed joffri theddida partikolari lil Muscat, jew theddida li l-PL jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Naturalment imma, it-triq għadha twila u l-leġiżlatura għadha fl- infanzja tagħha, li jfisser li min se jirbaħ l-ewwel u anke t-tieni rawnd ta' dawn l-elezzjonijiet se jkollu żmien biżżejjed biex jibni profil b'saħħtu ta' Kap tal-Oppożizzjoni u allura Prim Ministru prospettiv. L-iktar spettatur interessat f 'dan kollu, jiġifieri l-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, se jkun qed jittama li l-persuna eletta ma tissaħħaħx biżżejjed biex tkun theddida għall-pjanijiet ta' Muscat li jirtira mix- xena politika Maltija u probabbilment jilħaq minflok Martin Shultz. S'issa ħadd ma jidher li se jirrokka lill- Gvern Laburista biżżejjed, imma fi kliem l-eks PM Brittaniku Harold Wilson, 'ġimgħa hija twila ħafna fil-politika', aħseb u ara ħames snin! Jekk jiġri dak li ħadd mhu qed jipprevedi u jirbaħ Portelli x-xenarju politiku jinbidel kompletament 'L-iktar spettatur interessat f 'dan kollu, jiġifieri l-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, se jkun qed jittama li l-persuna eletta ma tissaħħaħx biżżejjed biex tkun ta' theddida għall-pjanijiet ta' Muscat li jirtira mix-xena politika'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017