Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 MINN nhar it-Tnejn, 4 ta' Settembru, 2017, jibdew jintlaqgħu applikazzjonijiet mingħand persuni li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel għal xiri ta' bonds tal-Gvern maħsubin speċifikament għall-anzjani. Tant li dan qiegħed jissejjaħ 62+ Government Savings Bond. Dan se jkollu rata ta' imgħax vantaġġjuża ta' 3%, liema rata hija kważi d-doppju tar-rati ta' imgħax li qegħdin joffru l-banek kummerċjali fil-preżent. L-imgħax ta' dan il-bond jitħallas kull sitt xhur. Kif spjega l-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna, il- Gvern iddeċieda li jniedi dan il-Bond għax jinsab konxju mit-tnaqqis drastiku fid-dħul addizzjonali li l-pensjonanti kien qiegħed ikollhom fid- dawl ta' tnaqqis tar-rati ta' interess li depożiti fissi mal- banek kummerċjali kellhom fl-aħħar snin. Fil-fatt kien għalhekk li fil-Baġit għal din is-sena l-Gvern kien ħabbar miżura li permezz tagħha jinħareġ il-Bond b'rata ta' imgħax ferm aħjar minn dik tas-suq immirat biss għall- pensjonanti biex b'hekk itejbu d-dħul tagħhom. Dawk eliġibbli se jkunu jistgħu jinvestu mhux inqas minn €500 u mhux iżjed minn €10,000. L-imgħax jitħallsu darbtejn fis-sena, darba kull sitt xhur, kull 13 ta' Marzu u kull 13 ta' Settembru. L-imgħaxijiet jingħaddew f 'kont fil-bank li jkun għażel l-individwu. L-imgħaxijiet huma taxxabbli u tkun fid-deskrizzjoni tal-individwu jekk dawn jinqatgħux mill-ewwel jew jiddikjarahomx hu fil- Formola tad-Dikjarazzjoni tat-Taxxa. Il-Bond, li huwa għal ħames snin, jimmatura fit-13 ta' Settembru, 2022, meta allura jingħata lura l-ammont li jkun inħareġ oriġinarjament. Il- Bond ma jistax jiġi negozjat, lanqas ma jista' jgħaddi għand ħaddieħor u lanqas ma jista' jintuża biex iservi ta' xi forma ta' garanzija. Ebda individwu ma jista' jixtri bond flimkien ma' persuna oħra. Kuraturi appuntati mill-Qorti jistgħu jixtru bonds f 'isem persuni eliġibbli imma li m'għandhomx il-kapaċità jagħmlu dan. Bonds jistgħu jinxtraw ukoll minn individwi jew persuni legali li għandhom prokuri f 'isem individwi oħrajn. Fil-każ ta' kuraturi appuntati mill-Qorti u ta' persuni li jkunu qegħdin jaġixxu bis-saħħa ta'prokuri l-bonds mixtrija jitqiesu bħala li huma tal-individwu li f 'ismu jkunu inxtraw. Tliet żgħażagħ bi ġrieħi gravi wara ħabta fil-Gżira TLIET żgħażagħ sofrew ġrieħi gravi waqt li żagħżugħa oħra sofriet grieħi ħfief meta kienu involuti f 'inċident tat- traffiku fil-Gżira, bil- karozza li kienu fiha tispiċċa fit-traffic lights. L-inċident seħħ kmieni lbieraħ filgħodu għall-ħabta tas-1:15, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq ix-Xatt, il- Gżira. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li tfajla ta' 20 sena minn Birkirkara kienet qed issuq il-karozza tagħha tat-tip Opel Astra, u għal xi raġuni tilfet il-kontrol tal-vettura bil-konsegwenza li ntlaqtet vettura li kienet ipparkjata, u eventwalment il-karozza spiċċat b'impatt mat-traffic lights. Flimkien mat-tfajla, fl-istess karozza kien hemm ġuvni ta' 21 sena residenti Ħaż-Żabbar, ġuvni ta' 20 sena residenti Raħal Ġdid u tfajla ta' 17-il sena residenti Pembroke. Fuq il-post tal-inċident issejħu membri mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittmi u ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t'Ambulanza. Aktar tard, iż-żewġ ġuvintur u t-tfajla ta' 20 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tfajla ta' 17-il sena sofriet ġrieħi ħfief. L-investigazzjonjiet tal- Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin, hekk kif ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl- inkjesta li ġiet appuntata. Ħruġ ta' bonds tal-Gvern għall-anzjani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017