Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet TA' spiss nistaqsu, kemm fuq il-midja kif ukoll waqt diskorsi fil-privat, dwar min mill-erba' kandidati kapaċi jkun l-aħjar għall-Partit Nazzjonalista. Isiru mistoqsijiet dwar jekk jafx l-istruttura, jekk għandux il- viżjoni u jekk hux kapaċi jerġa' jqajjem l-entużjażmu fost bażi ta' votanti li bħalissa tinsab l-aktar diżilluża li qatt kienet. Il-Ġeneral, Filosfu u Strateġista Militari Ċiniż Sun Tzu kien qal, fi kwotazzjoni pjuttost famuża fl- arti tal-gwerra illi "Jekk taf lill-għadu u lilek innifsek, m'għandekx għalfejn tinkwieta mir- riżultat ta' 100 battalja. Jekk taf lilek innifsek imma mhux l-għadu tiegħek, għal kull rebħa li tagħmel, issofri telfa." U biex tifhem lill- avversarju, jeħtieġ tifhem ukoll il-bidliet fi ħdanek kif se jimpattaw lilu. Għalhekk, il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn it-tiġrija għal Kap ġdid tal-PN, b'aċċenn partikolari fuq l-aħħar żviluppi, imma mill-perspettiva tal- Partit Laburista jiġifieri x'jaqbillu jew x'jaħseb li jaqbillu l-Partit Laburista (u Joseph Muscat) li jkun l-eżitu ta' din l-elezzjoni. B'Muscat iwiegħed li jitlaq minn idejh it- tmun tal-PL, li taħt it- tmexxija tiegħu s'issa kiseb l-ikbar rebħiet elettorali li qatt kiseb partit politiku mill-1964 sal-lum, liema avversarju se jkollu l-PL jista' jiddetermina jekk l-istess partit jirbaħx l-elezzjoni li jmiss b'qawwa, jirbaħx bi ftit jew inkella saħansitra jitlef l-elezzjoni ġenerali li għandha ssir fl- 2022. Din il-gazzetta tat ħarsa lejn il-kalkoli possibbli li l-Partit Laburista jista' qed iħares lejhom hekk kif jiddeċiedi x'jaqbillu hu. F'din l-analiżi se nħarsu lejn liema huma dwak il-fatti storiċi, l-iżviluppi riċenti, lejn l-immaġini u lejn il- karatteristiċi personali tal- kandidati illi jagħmluhom l-avversarju ideali jew inkella mhux mixtieq tal-PL u Joseph Muscat. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Labour x'jaqbillu... Tkompli f 'paġna 6 u 7 ?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017