Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet Ġurnata taċ-ċinema għat-tfal Festa ta' fi lms għat-tfal bi prezzijiet imraħħsa Minn Carmel Bonnici ITTIENI edizzjoni, għal din is-sena, tal-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal, organizzata mid- distributuri lokali tal-films KRS Relasing, se ssir nhar is-Sibt 2 ta' Settembru 2017. Dakinhar, hemm imħejji programm ta' 14-il film li jkopru varjetà ta' ġeneri - animazzjoni, kummiedji avventurużi, avventuri ta' fantasija bl-azzjoni, drammi avventureski wkoll bl-azzjoni u kummiedji għall-familji. Il-wiri tal-films, bi prezzijiet imraħħsa, jinbdew mid-9.OOam u jibqgħu sejrin sas-7.00pm, waqt li fl- Għawdex il-ħinijiet huma fis-2pm, fl-4pm u fis-6pm. Dakinhar se jintwerew dawn il-films: Everything, Everything - dramm romantiku dwar tfajla li qed issofri minn marda serja li minn ġo d-dar issir tħobb tifel ġar tagħha. The Nut Job 2: Nutty by Nature - Film animat fejn l-annimali li jgħixu f 'post arjuż miftuħ jingħaqdu biex ma jħallux post ta' divertiment jinbena hemm. The Emoji Movie: Express Yourself – B'mowbajl ta' tifel jinqala' kaos sħiħ meta "emoji" juri aktar minn emozzjoni waħda. Valerian and the City of a Thousand Planets - Avventura tax-xjenza fittizja fejn żewġ aġenti speċjali jridu jżommu l-paċi fl- univers. Cars 3 - Fid-dinja tal-karozzi tal- ġiri, vettura antika tipprova tirbaħ kontra karozzi ġodda ta' ħeffa. Captain Underpants: The First Epic Movie - Film animat divertenti dwar żewġt itfal imqarbin li jbiddlu lill-għalliem tagħhom f 'supereroj ta' nofs kedda. War of the Planet of the Apes - Is-serje tad-dominanza tax-xadini fuq l-umani tkompli bi gwerra ma' kurunell uman kattiv. Spider-Man: Homecoming - Supereroj żagħżugħ li jattendi skola sekondarja jrid juri li hu kapaċi li jingħaqad mat-tim elite 'Avengers'. Beauty and the Beast - L-istorja animata klassika ta' Disney issa b'atturi reali. Despicable Me 3 - Film animat dwar Gru; li jiskopri li għandu ħuh tewmi, Dru li jaqla' inkwiet aktar minnu. Transformers: The Last Knight - Il-ġlieda ħarxa bejn ir-robots aljeni tkompli fid-dinja tagħna. Diary of a Wimpy Kid: The Long Haul - Kummiedja sfrenata b'avventuri farseski fuq vjaġġ twil. Wonder Woman - Fantasija spettakulari fejn gwerriera mill- Amażonja titlaq mill-post fejn tgħix biex tqanqal gwerra. Power Rangers - Xi żgħażagħ jakkwistaw poteri kbar f 'din il- fantasija tax-xjenza fittizja. Smurfs: The Lost Village - Film kollu animat b'xi Puffi li jazzardaw 'il bogħod mil-lokal tagħhom u jsibu sigriet sorprendenti. Il-films se jintwerew f 'dawn iċ- ċinema ta' Malta u Għawdex: Eden - San Ġiljan Embassy - Valletta Empire - Buġibba Gallerija - Fgura Citadel - Għawdex Oratorio Don Bosco - Għawdex Min jaħseb kmieni għall-biljetti ma jiddiżappuntax ruħu. Il-films se jintwerew f 'dawn iċ- ċinema ta' Malta u Għawdex: Eden - San Ġiljan Embassy - Valletta Empire - Buġibba Gallerija - Fgura Citadel - Għawdex Oratorio Don Bosco - Għawdex Min jaħseb kmieni għall-biljetti ma jiddiżappuntax ruħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017