Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Opinjoni 17 N har l-Erbgħa fil-gżejjer Maltin kien reġistrat terremot tal-qawwa ta' 4.4 fuq l-iskala Richter. Kif nafu ma kien hemm l-ebda ħsara. Imma jkun xieraq li nikkunsidraw numru ta' affarijiet li huma ta' relevanza. Kemm aħna ppreparati għall-konsegwenzi ta' terrimot ferm iktar qawwi li jista' jikkawża ħsara konsiderevoli kif ukoll numru mhux żgħir ta' mwiet? Madwar sentejn ilu, id- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) flimkien mal-awtoritajiet Sqallin għall-protezzjoni ċivili kien organizza ezerċizzju ta' simulazzjoni dwar terrimot f 'Għawdex. Bla dubju, l-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili ħadu esperjenza kbira minn dan l-eżerċizzju. Mhuwiex magħruf jekk id- DPĊ kienx involut f 'iktar eżerċizzji ta' din ix-xorta minn dakinhar, f 'Malta jew barra. L-anqas mhu magħruf jekk bħala riżultat tal-eżerċizzju ta' simulazzjoni f 'Għawdex ittieħdux miżuri speċifiċi li bħala riżultat tagħhom ġew imsaħħa l-oqsma operattivi tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ikun f 'loku jekk nosservaw li mhux biss id-Dipartiment tal-protezzjoni Ċivili, il-Pulizija, l-Armata u l-awtoritiajiet tas-saħħa jeħtiġilhom it-taħriġ kontinwu biex ikunu f 'pożizzjoni li jaħdmu tajjeb fl-eventwalità ta' terremot qawwi fil-gżejjer Maltin. Flimkien mal-operaturi differenti konnessi mal- infrastruttura (enerġija, ilma u transport), hi l-popolazzjoni kollha li teħtieġ it-taħriġ għal din l-eventwalità, anke jekk hi waħda rari. Eżerċizzji ta' simulazzjoni li jinvolvu l-popolazzjoni kollha huma meħtieġa biex fuq livell lokali tkun żviluppata l-kapaċità li niffunzjinaw bħala pajjiż f 'każ ta' diżastru ta' din ix-xorta. Jeħtieġ li nibnu korp għad-difiża ċivili f 'kull lokalità li jkun imħarreġ mid-DPĊ imma li jkun ibbażat fil-lokalitajiet kollha f 'Malta u Għawdex. Din hi responsabbiltà li flimkien mar-riżorsi meħtieġa għandha tkun assenjata lill-Kunsilli Lokali ggwidati mid-DPĊ. Dan hu l-mod kif għandha tinbena l-kapaċità tagħna bħala pajjiż li nkunu mħejjija għall- konsegwnezi ta' diżastri ta' din ix-xorta. L-involviment tal-Kunsilli Lokali jgħin biex il-ħtiġijiet ta' dawk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà jkunu indirizzati. Hu meħtieġ li jkun identifikat l-aħjar mod kif ikunu mgħejuna t-tfal, dawk morda fit-tul kif ukoll dawk kollha li għandhom kwalunkwe diżabilità. Dan bla dubju jirrikjedi nies imħarrġa apposta li bħalissa id-DPĊ ftit li xejn għandu. Dan hu nuqqas ovvju fis- sistema li jeħtieġ li jkun indirizzat minnufih. Dawk inkarigati biex jikkordinaw f 'każ ta' diżastru għandu jkollhom il-kapaċità li jikkomunikaw ma dawk neqsin mis-smigħ. Kemm hemm persuni mħarrġa fil-lingwa tas-sinjali fid- DPĊ, fil-Korp tal-Pulizija, fl-Armata, fis-Sistema tas- Saħħa? Li dan in-nuqqas ta' kapaċità tal-awtoritajiet li jikkomunikaw ikun indirizzat, mhux ħtieġa biss ħalli nkunu mħejjija f 'każ ta' diżastru, imma hi ħtieġa ta' kuljum għal kull awtorità li tagħti servizz lill-pubbliku. Meta nqisu li hu magħruf li hawn tal-inqas madwar 500 persuna f 'Malta u Għawdex neqsin mis-smigħ, din hi materja li għandha tkun indirizzata prinċipalment f 'livell lokali. Id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili hu wieħed mill-iżgħar dipartimenti. Sal- lum ta lill-pajjiż servizz mill- aqwa fil-każijiet ta' nirien, tniġġiż kif ukoll l-assistenza meħtieġa minn għargħar wara maltempati qliel. Ikun pass ieħor 'il quddiem jekk niżviluppaw ukoll il-kapaċità li nkunu mħejjija sewwa għal diżastri u dan billi t-taħriġ meħtieġ jinfirex mal- lokalitajiet kollha. Skont Cacopardo... Wara t-terremot ta' nhar l-Erbgħa: id-difiża ċivili "L-involviment tal-Kunsilli Lokali jgħin biex il-ħtiġijiet ta' dawk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà jkunu indirizzati. Hu meħtieġ li jkun identifikat l-aħjar mod kif ikunu mgħejuna t-tfal, dawk morda fit-tul kif ukoll dawk kollha li għandhom kwalunkwe diżabilità" "Il-popolazzjoni kollha teħtieġ it- taħriġ għall-eventwalità ta' terremot, anke jekk hi waħda rari" CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com It-terremot f 'Amatrice s-sena li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017