Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-Kap il-ġdid tal-PN jeħtieġ isalva lill-PN M eta nhar il-Ħadd li għadda dan l-editorjal għalaq bil-kliem '...nittamaw li l-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, din il-kampanja teċita naqra iktar' ma konniex qed nobsru li l-fatt matul din il-ġimgħa, il-kampanja elettorali għal Kap ġdid tal-PN kienet se tieħu x-xejra drammatika li ħadet, b'allegazzjonijiet mill-aktar serji fuq wieħed mill- kandidati għal din it-tiġrija, bidla qawwija s-sentiment tal-Kunsilliera li jaf iwassal biex, kontra kull aspettativa, Alex Perici Calascione jispiċċa t-tiġrija nali u -aħħar, il-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv li taf taqta' ras kandidat ħamest ijiem qabel ma ssir l-ewwel fażi ta' votazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista issa jinsab fi kriżi bla preċedent li trid tkun verament politikament għami li tiċħad. Il-proċess li skatta lbieraħ bit-tħabbira li se jitlaqqa' l-istess Kunsill Amministrattiv u r-reazzjoni mill-PN ma' din il-gazzetta li għadu kmieni wisq biex wieħed jiddeċifra l-eżitu, tefgħet lill-PN f 'inċertezza kbira ħafna. Fil-verità, sa qabel għada, il-PN u l-proċess elettorali li għaddej minnu se jkunu f 'limbu totali. Mhux ċar x'inhuma dawn il-'passi xierqa' li se jieħu dan l-organu importanti, mhux ċar jekk Delia hux se jkun mitlub jiritira l-kandidatura, mhux ċar x'jiġri bl-elezzjonijiet fl-aħħar ta' din il-ġimgħa jekk jaqa' Delia u lanqas hu ċar x'tip ta' passi oħrajn jista' u għandu l-poter li jieħu l-istess Kunsill Amministrattiv. Dan kollu ħoloq inċertezza li fil-verità qed tifni lill-PN minn ġewwa u iktar kemm iddum, aktar se ġġib lil dan il-partit ta' 140 sena, rebbieħ għal tant u tant snin, għarkupptejh. Il-kawża ta' dan kollu huwa fil-fatt kont bankarju f 'isem Adrian Delia li żvelat Daphne Caruana Galizia. Lil hinn minn jekk il-kont hux vera tiegħu jew fetħux għal klijent, minn jekk hu kien jew ma kienx jaf kif qed jintużaw dawn il-flus u minn jekk din hux prassi jew le, Delia ma fehemx punt kardinali. Ladarba hu tefa' ismu biex ikun Kap tal-PN, imma iktar minn hekk, Kap tal-Oppożizzjoni u terġa' u tgħid Prim Ministru prospettiv, hu kellu d-dmir morali, anke jekk mhux legali jew politiku, li jpoġġi l-karti fuq il-mejda. Li jgħid lil dawk li se jivvutawlu issa u dawk li forsi jivvutawlu jekk isir Kap tal-PN x'għandu u m'għandux. L-assi kollha, id-djun kollha u dawk il-kontijiet kollha li seta' fetaħ f 'isem klijenti biex b'hekk ipoġġi lilu nnifsu 'il fuq mid-dubji u mid- dellijiet. Minflok, Delia għażel li jieħu t-triq inglorjuża li kien ħa l-Ministru Konrad Mizzi, bit-tama li għax ħelisha dan, se jeħlisha hu. Fil- verità ma tgħallimx lezzjoni waħda, mill-iżbalji li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti u anke l-ewwel Gvern Laburista, minkejja riżultat elettorali qawwi favurih. Il-ħtija ma tiġix min-'nar' biss. Jekk hemm id-'duħħan' serju, ifisser li postok fil- politika mhux tenibbli, jew għallinqas mhux tenibbli sakemm ikun pruvat li d-duħħan kien f 'għajnejn in- nies mhux ġej min-nar. Hawnhekk kellna ammissjoni li l-kont kien f 'isem Delia. Mela la kien f 'ismu se jirrifletti fuqu. Mela la kien f 'ismu u kien se jirrifletti fuqu, kellu jkollu l-għaqal politiku li jsemmih jew jiddikjarah u mhux jinsieh u jiddikjara solennement ma' din il- gazzetta li barra mill-pajjiż ma kellu xejn. Kull ma ried jagħmel huwa li jkun onest mill-ewwel u jammetti mill- ewwel, meta jifrex il-karti, li barra mill-pajjiż hemm kontijiet f 'ismu, li hu ma jgawdi mill-ebda sold minn dak li hemm fil-kont, li dan jinsab f 'ismu minħabba raġunijiet professjonali u li se jirratifika s-sitwazzjoni mill- ewwel. Minflok, ma semma xejn jew nesa kif kienu 'nsew' politiċi oħrajn bħal Austin Gatt u Konrad Mizzi. U bħalhom, meta nqabad bil-qalziet xi ftit imniżżel ftakar u ġab ħafna raġunijiet li kważi m'emminhom ħadd. Minkejja li Delia għandu ħafna attribwiti tajbin u anke jekk kellna nagħtuh il- benefiċċju tad-dubju, li jibda kariga daqstant importanti fit-tmun ta' partit flaġġellat li għandu bżonn injezzjoni ta' ħajja, bi sħaba daqstant sewda fuq rasu, mhix ottima la għalih u wisq anqas għall- PN. U l-PN għandu tort ukoll. Għax suppost dan l-eċerċizzju profond ta' dikjarazzjonijiet tal-assi u investigazzjonijiet missu sar qabel, mhux issa. Kif qal sors ta' din il-gazzetta, 'lill-Kunsilliera ngħadduhom minn għarbiel qawwi imma lil dawk li se jkunu Kap u forsi anke Prim Ministru, kemm rajna li ilhom tesserati ftit snin u barra bid-daqq'. Jiġifieri l-frakass li jinsab fih il-PN illum, huwa parti kbira wkoll mit-tort ta' min ma ħasibx li jkun hawn tali għarbiel. Il-ġimgħa l-oħra għalaqna billi ttamajna li l-kampanja tal-PN teċita xi ftit iktar. Illum se ngħalqu billi għall-ġid tal-PN u tad- demokrazija Maltija nittamaw li dan il-kapitlu jingħalaq kemm jista' jkun malajr u min jieħu t-tmun tal-PN jibda t-triq biex ifejjaq il-feriti kbar li qed jinfetħu f 'din l-elezzjoni mill-aktar dannuża għall- PN. Editur: Albert Gauci Cunningham 21